9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Jannar 2018 – Michael Winterhoff bħala stralċjarju tal-patrimonju ta’ DIREKTexpress Holding AG vs Finanzamt Ulm

(Kawża C-4/18)

(2018/C 123/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Winterhoff bħala stralċjarju tal-patrimonju ta’ DIREKTexpress Holding AG

Konvenut: Finanzamt Ulm

Domanda preliminari

Imprenditur li jwettaq komunikazzjoni formali ta’ atti konformement mad-dispożizzjonijiet irregolati mid-dritt pubbliku huwa “fornitur ta’ servizz universali” fis-sens tal-punt 13 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 (1), li jiżgura t-totalità ta’ jew parti mis-servizz postali universali u dawn is-servizzi huma eżentati skont l-Artikolu 132(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2)?


(1)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).

(2)  ĠU 2006, L 347, p. 1.