26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/43


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2017 – Negru vs EUIPO – Sky (SkyPrivate)

(Kawża T-837/17)

(2018/C 072/54)

Lingwa tar-rikors: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Alexandru Negru (Iași, ir-Rumanija) (rappreżentant: I.-M. Iliescu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea u li tinkludi l-element verbali “Skyprivate”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 349/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.