12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/39


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Nerantzaki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-813/17)

(2018/C 052/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eleni Nerantzaki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Korogiannakis, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord għas-Selezzjoni tal-EPSO tas-7 ta’ Marzu 2017 li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/331/16;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra Ares(2017)s 4916702 tal-14 ta’ Settembru 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni li ma tiġix ammessa għall-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/331/16;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra u dawk sostnuti b’rabta ma’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-konvenuta fl-evalwazzjoni tal-kwalifiki professjonali tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/331/16.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq raġunament inadegwat u kontradittorju li jikkostitwixxi ksur kemm tal-Artikolu 25 kif ukoll tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.