29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/45


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Parfümerie Akzente vs EUIPO (GlamHair)

(Kawża T-787/17)

(2018/C 032/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Parfümerie Akzente GmbH (Pfedelbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GlamHair” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 211 956

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 82/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.