30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/25


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-541/17)

(2017/C 369/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-UE skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Transmission Loan Agreement fid-dritt tagħha ta’ surroga li jinkludu:

CHF 3 383 971,66 u EUR 38 934 400,51, l-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

Interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għall-aggregat ta’ (i) 2,5 % (250 punti bażiċi) u (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.02, sal-pagament effettiv;

It-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Sussidjarament għall-ordni hawn fuq imsemmija, u jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea ma hijiex surrogata fid-drittijiet tal- Bank Ewropew tal-Investiment, il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill- Bank Ewropew tal-Investiment skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Transmission Loan Agreement li jinkludu:

CHF 3 383 971,66 u EUR 38 934 400,51, l-ammont dovut lill- Bank Ewropew tal-Investiment fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

Interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għall-aggregat ta’ (i) 2,5 % (250 punti bażiċi) u (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.02, sal-pagament effettiv;

It-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċedimenti.

Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea jew lill-Bank Ewropew tal-Investiment, skont il-każ, għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

Interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għall-aggregat ta’ (i) 2,5 % (250 punti bażiċi) u (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.02, mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv mis-Sirja;

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Electricity Transmission Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Electricity Transmission Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Electricity Transmission Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti dovuti skont l- Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Transmission Loan Agreement.