30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/24


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-540/17)

(2017/C 369/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Distribution Loan Agreement fid-dritt tagħha ta’ surroga li jinkludu:

EUR 52 657 141,77 l-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għal dik ogħla (għal kull perijodu rilevanti) ta’ (i) ir-rata interbankarja rilevanti miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) jew (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’ 0,25 % (25 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Sussidjarament għal (i), u jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea ma hijiex surrogata fid-drittijiet tal- Bank Ewropew tal-Investiment, il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill- Bank Ewropew tal-Investiment skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Distribution Loan Agreement li jinkludu:

EUR 52 657 141,77 l,-ammont dovut lill- Bank Ewropew tal-Investiment fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għal dik ogħla (għal kull perijodu rilevanti) ta’ (i) ir-rata interbankarja rilevanti miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) jew (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’ 0,25 % (25 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea jew lill- Bank Ewropew tal-Investiment, skont il-każ, għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għal dik ogħla (għal kull perijodu rilevanti) ta’ (i) ir-rata interbankarja rilevanti miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) jew (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’ 0,25 % (25 punti bażiċi), mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv magħmul mis-Sirja.

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Electricity Distribution Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Electricity Distribution Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Electricity Distribution Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Distribution Loan Agreement.