25.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/20


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2017 – Fleig vs SEAE

(Kawża T-492/17)

(2017/C 318/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stephan Fleig (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Settembru 2016 li permezz tagħha d-Direttur tad-Direttorat “Riżorsi Umani” tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), fil-funzjoni tiegħu li tawtorizzah jikkonkludi kuntratti ta’ xogħol, iddeċieda li jittermina l-kuntratt ta’ xogħol tal-applikant għal żmien indeterminat b’effett mid-19 ta’ Ġunju 2017 (fil-verżjoni tad-deċiżjoni ta’ xoljiment li tirriżulta mill-ilment tar-rikorrent tad-19 ta’ April 2017);

tordna lil SEAE iħallas lir-rikorrent somma raġonevoli, ta’ ammont li għandu jiġi deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab minnu, u

tordna lil SEAE ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv: żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

2.

It-tieni motiv: ksur minn SEAE tad-dover ta’ diliġenza, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt għal protezzjoni kontra tkeċċija inġusta (Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea).

3.

It-tielet motiv: ksur tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.