14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/33


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/17)

(2017/C 269/45)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, C.-M. Florescu, E. Gane u L. Liţu)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni (UE) tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetenzi tal-Unjoni

Il-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini hija intiża biss sabiex ittejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi, u ma għandha beda rabta diretta mad-diversità kulturali fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 TUE u tal-Artikolu 167 TFUE

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE

Il-Kummissjoni sempliċement telenka l-proposti ta’ atti li għalihom għandhom jinġabru dikjarazzjonijiet ta’ sostenn taċ-ċittadini u ma żżid ebda argument legali insostenn tal-konklużjoni li dawn jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tagħha.