17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/41


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Région Île-de-France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/17)

(2017/C 231/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Région Île-de-France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J.-P. Hordies, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fit-2 ta’ Frar 2017 (SA.26763 – (2014/C) –), dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata minn Franza favur l-impriżi tat-trasport fir-Région Île-de-France, sa fejn ikklassifikat lil din l-iskema bħala għajnuna mill-Istat;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tikklassifika l-iskema ta’ appoġġ tar-reġjun bħala għajnuna eżistenti.

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Dan il-motiv huwa diviż f’żewġ partijiet:

l-ewwel parti, hija bbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni dwar il-kriterju ta’ selettività.

It-tieni parti, hija bbażata fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni dwar il-kriterju tal-benefiċċju ekonomiku indebitu.