26.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/22


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Adapta Colour vs EUIPO – Coatings Foreign IP (Bio proof ADAPTA)

(Kawża T-224/17)

(2017/C 202/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Adapta Color, SL (Peñiscola, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coatings Foreign IP Co. LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Bio proof ADAPTA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 368 239

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 2521/2015-5

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors fl-intier tiegħu;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata

tikkundanna lill-konvenut, u, skont il-każ, lill-intervenjenti, sabiex ibatu l-ispejjeż ta’ din il-kawża, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u ta’ appell quddiem il-EUIPO.

Motiv invokat

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-223/17.