13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/45


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2017 – FV vs Il-Kunsill

(Kawża T-153/17)

(2017/C 382/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FV (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-rapporti ta’ evalwazzjoni li jirrigwardaw is-snin 2014 u 2015 adottati definittivament fil-5 ta’ Diċembru 2016;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi, billi jqis li, f’dan il-każ, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-2014 u l-2015 adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-konfront tiegħu huma vvizzjati bi żball manifest ta’ evalwazzjoni, b’ insuffiċjenza ta’ motivazzjoni kif ukoll bi ksur tad-dmir ta’ premura.