19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fid-29 ta’ Diċembru 2017 – Lies Craeynest et vs Brussels Hoofdstedelijk Gewest u Brussels Instituut voor Milieubeheer; il-parti l-oħra: Belgische Staat

(Kawża C-723/17)

(2018/C 104/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lies Craeynest, Cristina Lopez Devaux, Frédéric Mertens, Stefan Vandermeulen, Karin De Schepper, Clientearth vzw

Konvenuti: Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Brussels Instituut voor Milieubeheer

Il-parti l-oħra: Belgische Staat

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2008/50/KE (1) (tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta huwa allegat li Stat Membru ma installax il-punti ta’ kampjunament f’żona konformement mal-kriterji previsti fil-punt 1(a) tal-Parti B tal-Anness III tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina, fuq it-talba ta’ individwi direttament ikkonċernati mill-qbiż tal-valuri limitu previsti fl-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva, jekk il-punti ta’ kampjunament ġewx installati konformement ma’ dawn il-kriterji u, jekk dan ma jkunx il-każ, li jittieħdu fir-rigward tal-awtorità nazzjonali l-miżuri neċesssarji kollha, bħal ordni, sabiex il-punti ta’ kampjunament ikunu konformi ma’ dawn il-kriterji?

2)

Ikun hemm qbiż ta’ valur limitu fis-sens tal-Artikolu 13(1) u tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50/KE (tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, meta r-riżultati tal-miżuri mwettqa f’punt ta’ kampjunament wieħed previst fl-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jippermettu li jiġi kkonstatat li valur limitu, stabbilit mill-Anness XI ta’ din id-direttiva għall-medja kkalkolata kull sena kalendarja, huwa maqbuż jew ikun hemm qbiż f’dan is-sens unikament meta dan jirriżulta mill-medja tar-riżultati tal-miżuri tal-punti ta’ kampjunament kollha ta’ żona partikolari fis-sens ta’ din id-direttiva?


(1)  Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008, L 152, p. 1).