19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Finanzamt Kyritz vs Wolf-Henning Peters

(Kawża C-700/17)

(2018/C 104/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Kyritz

Konvenut: Wolf-Henning Peters

Domandi preliminari

1)

L-eżenzjoni fir-rigward tal-provvista ta’ kura medika mogħtija minn tabib speċjalist fil-kimika klinika u fid-dijanjostika tal-laboratorju għandha tiġi evalwata, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, fid-dawl tal-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jew fid-dawl tal-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

2)

L-applikabbiltà tal-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — fil-każ li din id-dispożizzjoni tal-aħħar hija applikabbli — teħtieġ li jkun hemm relazzjoni ta’ fiduċja bejn it-tabib u l-persuna mogħtija l-kura?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.