23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/47


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 – IPPT PAN vs Il-Kummisjsoni u REA

(Kawża T-805/16)

(2017/C 022/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Instytut Podstawowych Problemów Techniki Polskiej Akademii Nauk (IPPT PAN) (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Le Berre, avukat)

Konvenuti: Il-Kummisjsoni u L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni;

tiddikjara li l-Kummissjoni żbaljat meta ħarġet in-nota ta’ debitu Nru 3241514040 (kif imnaqqsa bin-nota ta’ kreditu Nru 3233160082) u li l-ammont korrispondenti ta’ EUR 67 984,13 ma huwiex dovut mir-rikorrent;

tiddikjara li l-Kummissjoni u r-REA għandhom iħallsu lir-rikorrent taħt il-proġett SMART-NEST l-ammont ta’ EUR 69 623,94 flimkien mal-interessi mid-data tad-deċiżjoni;

tiddikjara li r-rikorrent ma għandux iħallas id-danni fil-forma ta’ somma f’daqqa lill-Kummissjoni fir-rigward tal-proġetti KMM-NOE u BOOSTING BALTIC;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 47 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar aċċess ġudizzjarju u aċċess għall-Ombudsman.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-kuntratti għall-proġetti KMM-NOE, BOOSTING BALTIC u SMART-NEST u tal-liġi Belġjana applikabbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament finanzjarju u tar-Regolament finanzjarju ddelegat tal-Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegat użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tiegħu għal rimedji kuntrattwali bbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent wettaq l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu II.19.1 tal-kuntratti għall-proġetti KMM NOE u BOOSTING BALTIC.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma tatx prova insostenn tal-allegazzjoni tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma stabbilietx b’mod validu l-allegazzjoni tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma eżerċitatx id-drittijiet kuntrattwali tagħha in bona fide.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-danni fil-forma ta’ somma f’daqqa mitluba taħt l-Article II.30 huma eċċessivi u għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 1231 tal-kodiċi ċivili Belġjan.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li pagament huwa dovut lir-rikorrent taħt il-proġett SMART-NEST bħala l-bqija tal-ħlas lura tal-kontribuzzjoni tar-rikorrent fil-Fond ta’ Garanzija.