29.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/25


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/16)

(2016/C 314/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jindal Saw Ltd (New Delhi, l-Indja) u Jindal Saw Italia SpA (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja, sa fejn dan japplika għar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv li jgħid li l-Kummissjoni, bid-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-esportazzjoni, kisret l-Artikolu 2(8) u (9), l-Artikolu 3(2), (3) u (6), u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

2.

It-tieni motiv li jgħid li l-Kummissjoni, bid-determinazzjoni tagħha fir-rigward tal-effetti fuq il-prezzijiet, tal-eżistenza ta’ dannu u ta’ rabta kawżali, kisret l-Artikolu 3(2), (3), (5), (6), (7) u (8), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009 minħabba n-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali u ta’ għoti ta’ terminu suffiċjenti għall-preżentata tal-osservazzjonijiet.