20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/26


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SHAPE)

(Kawża T-180/16)

(2016/C 222/33)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guinot SAS (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “MASTER SHAPE”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 566 262

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23/02/2016 fil-Każ R 2907/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, sa fejn jinkludu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċeduri quddiem il-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.