28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/40


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – Bank Saderat vs Il-Kunsill

(Kawża T-433/15)

(2015/C 320/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Saderat (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Jeffrey, S. Ashley u A. Irvine, solicitors, u M E. Demetriou u R. Blakeley, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-Kunsill sabiex iħallsu s-somom segwenti:

EUR 8 8 9 06  191 għad-dannu materjali mġarrab sad-data ta’ dan ir-rikors;

EUR 8 7 13  285 għall-interessi fuq l-ammont imsemmi fl-ewwel inċiż iktar 'il fuq, flimkien mal-interessi ta’ kuljum li jammontaw għal EUR 10  377 sad-data tas-sentenza, sussidjarjament għar-rata prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew + 2 % kull sena sad-data tas-sentenza, iktar sussidjarjament għar-rata u għall-perijodu li tqis xierqa l-Qorti Ġenerali;

ir-rata ta’ kuljum ta’ EUR 54  716 għad-dannu materjali mid-data ta’ dan ir-rikors sat-tmiem tal-perijodu għat-talbiet;

l-interessi fuq l-ammont totali kkalkolat konformement mat-tielet inċiż iktar 'il fuq bir-rata ta’ 4,2601 % kull sena sad-data tas-sentenza, sussidjarjament għar-rata prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew + 2 % kull sena sad-data tas-sentenza, iktar sussidjarjament għar-rata u għall-perijodu li tqis xierqa l-Qorti Ġenerali;

EUR 3 2 9 64  320 għad-dannu materjali mid-data tat-tmiem tal-perijodu għat-talbiet;

EUR 1 0 00  000 għad-dannu morali;

l-interessi wara s-sentenza fuq l-ammonti msemmija fis-sitt inċiżi iktar 'il fuq, bir-rata ta’ 4,2601 % kull sena sad-data tal-ħlas, sussidjarjament għar-rata prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew + 2 % kull sena sad-data tal-ħlas, iktar sussidjarjament għar-rata u għall-perijodu li tqis xierqa l-Qorti Ġenerali; u

l-ispejjeż imġarrba mill-bank għal dan ir-rikors;

tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż imġarrba mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent isostni li l-fatt li ġew imposti fuqu miżuri restrittivi mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi ksur suffiċjentement gravi tal-obbligi intiżi li jagħtuh drittijiet u, għalhekk, l-Unjoni Ewropea saret responsabbli għall-ħlas fuq bażi mhux kuntrattwali.

Skont ir-rikorrent, dan il-ksur kien il-kawża diretta ta’ dannu materjali u ta’ dannu mhux materjali importanti kontrih li minħabba fih huwa intitolat għall-kumpens.