Official Journal L 207 , 23/07/1998 P. 0001 - 0046
Id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-makkinarju IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [1], Huma u jaġixxu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [2], (1) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/392/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-makkinarju [3] ġiet emendata b’mod frekwenti u b’mod sostanzjali; billi għar-raġunijiet ta’ kjarezza u ta’ razzjonalità d-Direttiva msemmija għandha tiġi kkonsolidata; (2) Billi s-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa ggarantit il-moviment liberu ta’ l-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital; (3) Billi s-settur tal-makkinarju jagħmel parti importanti mill-industrija ta’ l-inġinerija u huwa wieħed mis-sisien industrijali ta’ l-ekonomija tal-Komunità; (4) Billi l-ispiża soċjali fuq in-numru kbir ta’ inċidenti kkawżati direttament mill-użu tal-makkinarju tista’ titnaqqas bid-disinn u l-kostruzzjoni bla perikolu tal-makkinarju u permezz ta’ stallazzjonijiet u manutenzjoni xierqa; (5) Billi l-Istati Membri huma responsabbli milli jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà fuq it-territorju tagħhom tal-persuni u, fejn xieraq, ta’ l-annimali domestiċi u ta’ l-oġġetti u, b’mod partikolari, tal-ħaddiema b’mod speċjali f’dak li għandu x’jaqsam mar-riskji li jinħolqu bl-użu tal-makkinarju; (6) Billi, fl-Istati Membri, is-sistemi leġislattivi li għandhom x’jaqsmu mal-prevenzjoni ta’ l-inċidenti huma differenti ħafna minn xulxin; billi d-dispożizzjonijiet obbligatorji relevanti, spiss supplimentati bi speċifikazzjonijiet u/jew standards tekniċi de facto mandatarji, mhux bilfors iwasslu għal livelli differenti ta’ saħħa u ta’ sigurtà, imma madankollu, minħabba d-differenzi bejniethom, jikkostitwixxu ostakoli għall-kummerċ ġewwa l-Komunità; billi, barra minn hekk, iċ-ċertifikazzjoni ta’ konformità u s-sistemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni għall-makkinarju jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn xulxin; (7) Billi d-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti dwar is-saħħa u s-sigurtà li jipprovdu protezzjoni kontra r-riskji kkawżati mill-makkinarju għandhom jiġu mqarrba lejn xulxin biex jiżguraw il-moviment liberu tal-makkinarju fis-suq mingħajr ma jbaxxu l-livelli eżistenti ta’ protezzjoni ġġustifikati fl-Istati Membri; billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li għandha x’taqsam mad-disinn u l-bini tal-makkinarju, essenzjali għal ambjent tax-xogħol f’iktar sigurtà, għandhom jiġu akkumpanjati minn dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-prevenzjoni ta’ ċerti riskji li l-ħaddiema jistgħu jkunu esposti għalihom fuq ix-xogħol, kif ukoll minn dispożizzjonijiet imsejsa fuq l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-ħaddiema fl-ambjent tax-xogħol; (8) Billi l-liġijiet tal-Komunità, fl-għamla preżenti tagħhom, jipprovdu - permezz ta’ deroga minn waħda mir-regoli fundamentali tal-Komunità, jiġifieri l-moviment liberu ta’ l-oġġetti - illi l-ostakoli għall-moviment ġewwa l-Komunità li jirriżultaw mid-differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mat-tqegħid fis-suq tal-prodotti għandhom jiġu aċċettati safejn u sakemm id-dispożizzjonijiet involuti jistgħu jiġu magħrufa bħala meħtieġa biex jissodisfaw ħtiġiet imperattivi; (9) Billi l-paragrafi 65 u 68 tal-White Paper dwar it-tkomplija tas-suq intern, approvata mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju 1985, jipprovdu għal approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni leġislattiva; billi, għalhekk, l-armonizzazzjoni tal-liġijiet f’dan il-każ għandha tiġi limitata għal dawk il-ħtiġiet bżonnjużi sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet imperattivi u essenzjali dwar is-saħħa u s-siġurtà li għandhom x’jaqsmu mal-makkinarju; billi dawn il-ħtiġiet għandhom jieħdu l-post tad-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti minħabba li huma essenzjali; (10) Billi ż-żamma jew it-titjib tal-livell ta’ sigurtà miksub mill-Istati Membri jikkostitwixxu wieħed mill-għanijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva u tal-prinċipju tas-sigurtà kif definit mill-ħtiġiet essenzjali; (11) Billi l-qasam ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun imsejjes fuq definizzjoni ġenerali tat-terminu "makkinarju" sabiex jagħti lok għall-iżvilupp tekniku tal-prodotti; billi l-iżvilupp ta’ stallazzjonijiet kumplessi u tar-riskji li dawn jinvolvu huma ta’ natura ekwivalenti u l-inklużjoni espressa tagħhom fid-Direttiva hija għalhekk iġġustifikata; (12) Billi huwa wkoll meħtieġ li wieħed jittratta komponenti ta’ sigurtà li jinħarġu fis-suq separatament u li l-funzjoni tas-sigurtà tagħhom tiġi ddikjarata mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità; (13) Billi, għall-fieri kumerċjali, wirjiet, eċċ. għandu jkun possibbli li jiġi esibit makkinarju li ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva; billi, madankollu, il-partijiet interessati għandhom jiġu mgħarrfa kif jixraq illi l-makkinarju ma jikkonformax u ma jistax jinxtara f’din il-kondizzjoni; (14) Billi l-ħtiġiet essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà għandhom jiġu osservati sabiex jiżguraw illi l-makkinarju jkun mingħajr perikolu; billi dawn il-ħtiġiet għandhom jiġu applikati b’dixxerniment biex iqisu l-iżviluppi fil-qasam fiż-żmien tal-kostruzzjoni tiegħu u tal-ħtiġiet tekniċi u ekonomiċi; (15) Billi l-ħruġ tal-makkinarju għax-xogħol fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jista’ jkollu x’jaqsam biss ma’ l-użu tal-makkinarju nnifsu kif maħsub għalih mill-fabbrikant; billi dan ma jipprekludix li jiġu stabbiliti l-kondizzjonjiet ta’ l-użu estern għall-makkinarju, sakemm, iżda, illi ma jkunx b’daqshekk modifikat b’mod li mhuwiex speċifikat f’din id-Direttiva; (16) Billi huwa meħtieġ mhux biss li jiġi żgurat il-moviment liberu u l-ħruġ għax-xogħol tal-makkinarju li jġorr il-marka "CE" u li jkollu ċertifikat ta’ konformità imma li jiġi wkoll żgurat il-moviment liberu ta’ makkinarju li ma jġorrx il-marka "CE" fejn dan għandu jiġi inkorporat f’makkinarju ieħor jew assemblat ma’ makkinarju ieħor biex jagħmel stallazzjoni kumplessa; (17) Billi, għalhekk, din id-Direttiva tiddefinixxi biss il-ħtiġiet essenzjali għas-saħħa u s-sigurtà, supplimentati b’numru ta’ ħtiġiet iktar speċifiċi għal ċerti kategoriji ta’ makkinarju; billi, sabiex il-fabbrikanti jiġu megħjuna jagħtu prova tal-konformità ma’ dawn il-ħtiġiet essenzjali u sabiex tkun tista’ ssir spezzjoni għall-konformità ma’ dawn il-ħtiġiet, huwa mixtieq li jkun hemm standards armonizzati fil-livell Ewropew għall-prevenzjoni tar-riskji li jinqalgħu minħabba d-disinn u l-kostruzzjoni tal-makkinarju; billi dawn l-istandards armonizzati fil-livell Ewropew huma mfassla minn korpi tal-liġi privata u għandhom iżommu l-istatus ta’ mingħajr irbit tagħhom; billi għal dan il-għan il-Kumitat Ewropew ta’ l-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni ta’ l-Elettroteknika (CENELEC) huma l-korpi rikonoxxuti bħala kompetenti biex jadottaw standards armonizzati b’mod konformi mal-linji ta’ gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ korpi ffirmata fit-13 ta’ Novembru 1984; billi fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, standard armonizzat huwa speċifikazzjoni teknika (dokument Ewropew tal-standard jew ta’ l-armonizzazzjoni) adottat minn kull wieħed minn dawn iż-żewġ korpi, fuq il-bażi ta’ mandat mill-Kummissjoni b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 83/189/KEE [4] u fuq il-bażi tal-linji ta’ gwida li hemm referenza għalihom hawn fuq; (18) Billi nstab li huwa meħtieġ li jittejjeb il-qafas leġislattiv sabiex jiġi żgurat kontribut effettiv u xieraq minn min iħaddem u mill-ħaddiema għall-proċess ta’ l-istandardizzazzjoni; (19) Billi r-responsabbilità ta’ l-Istati Membri għas-sigurtà, is-saħħa u l-aspetti l-oħra koperti bil-ħtiġiet essenzjali fit-territorju tagħhom għandha tiġi magħrufa fi klawsola ta’ sigurtà li tipprovdi proċeduri adegwati Komunitarji ta’ protezzjoni; (20) Billi, kif inhija fil-preżent il-prattika fl-Istati Membri, il-fabbrikanti għandhom iżommu r-responsabbilità li jiċċertifikaw il-konformità tal-makkinarju tagħhom mal-ħtiġiet essenzjali relevanti; billi l-konformità ma’ standards armonizzati toħloq presunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġiet essenzjali relevanti; billi jitħalla għad-diskrezzjoni tal-fabbrikant biss, fejn jaħseb li hemm il-ħtieġa, li jkollu l-prodotti tiegħu eżaminati u ċċertifikati minn terza persuna; (21) Billi, għal ċerti tipi ta’ makkinarju li jġorru fattur ogħla ta’ riskju, hija mixtieqa proċedura ta’ ċertifikazzjoni iktar stretta; billi l-proċedura ta’ eżaminazzjoni tat-tip tal-KE adottata tista’ tirriżulta f’li tingħata dikjarazzjoni tal-KE mill-fabbrikant mingħajr ħtieġa iktar stretta bħalma huma garanzija tal-kwalità, verifika mill-KE jew sorveljanza mill-KE; (22) Billi huwa essenzjali li, qabel il-ħruġ ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità mill-KE, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jipprovdi file tekniku tal-kostruzzjoni; filwaqt li mhuwiex madankollu essenzjali li d-dokumenti kollha jkunu disponibbli b’mod permanenti f’manjiera materjali, imma għandhom ikunu disponibbli meta mitluba; billi ma hemmx il-ħtieġa li l-file ikun jinkludi pjanti dettaljati tas-subassemblaġġi użati fil-fabbrikazzjoni tal-makkinarju, għajr jekk it-tagħrif dwar dawn ikun indispensabbli biex tiġi aċċertata l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali ta’ sigurtà; (23) Billi, fil-komunika tagħha tal-15 ta’ Ġunju 1989 dwar approċċ globali għaċ-ċertifikazzjoni u l-eżaminazzjoni [5], il-Kummissjoni pproponiet li jitfasslu regoli komuni li għandhom x’jaqsmu mal-marka ta’ konformità "CE" f’disinn wieħed; billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar approċċ globali għall-istima tal-konformità [6], il-Kunsill approva bħala prinċipju ta’ gwida, l-adozzjoni ta’ approċċ konsistenti bħal dan rigward l-użu tal-marka "CE"; billi iż-żewġ elementi bażiċi fl-approċċ il-ġdid li għandhom jiġu applikati huma għalhekk il-ħtiġiet essenzjali u l-proċeduri ta’ l-estimi tal-konformità; (24) Billi dawk li huma indirizzati minn kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva għandhom jiġu mgħarrfa bir-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet u bir-rimedji legali miftuħa lilhom; (25) Billi din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-obbligi ta’ l-Istati Membri fejn għandhom x’jaqsmu d-dati ta’ għeluq għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttivi dikjarati fil-Parti B ta’ l-Anness VIII, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: IL-KAPITOLU I IL-KAMP, IT-TQEGĦID FIS-SUQ U L-LIBERTÀ TAL-MOVIMENT L-Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tapplika għall-makkinarju u tistabbilixxi l-ħtiġiet essenzjali ta’ saħħa u sigurtà għalihom, kif definit fl-Anness I. Għandha tapplika wkoll għall-komponenti ta’ sigurtà maħruġa fis-suq separatament. 2. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: (a) "makkinarju" jfisser - assemblaġġ ta’ partijiet jew komponenti magħqudin flimkien, li mill-inqas wieħed minnhom jiċċaqlaq, bl-azzjonaturi xierqa, ċirkwiti xierqa ta’ kontroll u ta’ enerġija, eċċ., magħqudin flimkien għal applikazzjoni speċifika, b’mod partikolari għall-ipproċessar, it-trattament, il-moviment jew l-ippakkjar ta’ materjal, - assemblaġġ ta’ magni li, biex jiksbu l-istess għan, huma arranġati u kontrollati biex jaħdmu bħala ħaġa waħda u integra, - tagħmir interskambjabbli li jimmodifika l-funzjoni ta’ magna, li jitqiegħed fis-suq bil-għan li jitwaħħal ma’ magna jew ma’ serje ta’ magni differenti jew ma’ tractor mill-operatur innifsu safejn u sakemm dan it-tagħmir ma jkunx spare part ta’ biċċa għodda; (b) "komponenti ta’ sigurtà" tfisser komponent, sakemm mhuwiex tagħmir li jista’ jinbidel ma’ ieħor, li l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità joħorġu fis-suq biex iwettaq funzjoni ta’ sigurtà meta jiġi użat u li n-nuqqas jew it-tħaddim ħażin tiegħu jipperikola s-sigurtà jew is-saħħa ta’ persuni esposti. 3. Dawn li ġejjin jitħallew barra mill-għan ta’ din id-Direttiva: - makkinarju li s-sors waħdieni ta’ l-enerġija tiegħu huwa sforz manwali applikat direttament, għajr jekk ma tkunx magna ta’ rfigħ jew tat-tniżżil ta’ tagħbijiet, - makkinarju għall-użu mediku użat f’kuntatt dirett mal-pazjenti, - tagħmir speċjali użat f’postijiet ta’ fieri u/jew ta’ xalar, - boilers tal-fwar, tankijiet u reċipjenti tal-pressjoni, - makkinarju mfassal b’mod speċjali jew użat għal għanijiet nukleari li, f’każ ta’ ħsara, jista’ jirriżulta fil-ħruġ tar-radjo-attività, - sorsi radjo-attivi li jagħmlu parti minn magna, - armi tan-nar, - tankijiet tal-ħażna u pajpijiet għall-petrol, diesel, likwidi li jieħdu n-nar u sustanzi perikolużi, - mezzi tat-trasport, jiġifieri vetturi u t-trailers tagħhom maħsubin biss għat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru jew b’networks ta’ l-ajru, bit-triq, bil-ferrovija jew bil-baħar, kif ukoll il-mezzi tat-trasport safejn u sakemm dawn il-mezzi jiġu ddisinjati biex jittrasportaw l-oġġetti bl-ajru, fuq networks bl-ajru, fuq it-toroq pubbliċi jew bil-baħar. Il-vetturi użati fl-industrija ta’ l-estrazzjoni tal-minerali ma għandhomx jiġu esklużi, - bastimenti tal-baħar u unitajiet mobbli li jbaħħru mal-kosta flimkien mat-tagħmir abbord dawn il-bastimenti jew unitajiet, - cableways, li jinkludu linji tal-funikular, pubbliċi jew privati, għat-trasport ta’ persuni, - tratturi agrikoli jew ta’ ħidma fil-foresti, kif definiti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 74/150/KEE [7], - inġenji ddisinjati u mibnija b’mod speċjali għal għanijiet militari jew tal-pulizija, - liftijiet li jservu b’mod permanenti numru ta’ sulari ta’ bini u ta’ kostruzzjonijiet, li jkollhom kompartiment li jimxi bejn gwidi li ma jiċċaqalqux u huma inklinati f’angolu ta’ iktar minn 15-il grad orizzontali u ddisinjati għat-trasport ta’: (i) persuni; (ii) persuni u oġġetti; (iii) oġġetti waħedhom biss jekk il-kompartimenti jkunu aċċessibbli, jiġifieri persuna tkun tista’ tidħol fih mingħajr diffikultà u li jkollu l-kontrolli tiegħu ġewwa l-kompatiment jew minn fejn jistgħu jintlaħqu minn persuna fuq ġewwa, - mezzi tat-trasport tal-persuni li jużaw vetturi mmuntati b’ingranaġġi (rack and pinion), - tagħmir tat-tidwir fil-minjieri, - elevaturi tat-teatru, - inġenji ta’ rfigħ/liftijiet fuq postijiet tal-bini maħsuba biex jerfgħu persuni jew persuni u oġġetti. 4. Fejn, fejn għandhom x’jaqsmu l-komponenti ta’ makkinarju jew ta’ sigurtà, ir-riskji li hemm referenza għalihom f’din id-Direttiva huma għal kollox jew parzjalment koperti b’Direttivi Komunitarji speċifiċi, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika, jew għandha tieqaf milli tapplika, fil-każ ta’ dawn il-komponenti ta’ makkinarju jew ta’ sigurtà u rigward dawn ir-riskji waqt l-implimentazzjoni ta’ dawn id-Direttivi speċifiċi. 5. Fejn, fejn għandu x’jaqsam il-makkinarju, ir-riskji huma prinċipalment ta’ orġini mill-elettriku, dan il-makkinarju għandu jkun kopert esklussivament bid-Direttiva 73/23/KEE [8]. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw illi l-makkinarju jew il-komponenti ta’ sigurtà koperti b’din id-Direttiva jistgħu jinħarġu fis-suq u jiġu mħaddma biss jekk ma jipperikolawx is-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni u, fejn xieraq, ta’ annimali domestiċi jew ta’ proprjetà, meta jiġu installati u miżmuma kif jixraq u użati skond l-għan maħsub għalihom. 2. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-intitolament ta’ l-Istati Membri li jistabbilixxu, fl-osservanza kif mistħoqqa tat-Trattat, dawk il-ħtiġiet li jidhrilhom meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-persuni u b’mod partikolari l-ħaddiema jkunu protetti meta jużaw il-makkinarju jew il-komponenti ta’ sigurtà involuti fil-kwistjoni, sakemm iżda illi dan ma jfissirx illi l-makkinarju jew il-komponenti ta’ sigurtà jiġu modifikati f’manjiera mhux speċifikata fid-Direttiva. 3. Fil-fieri kummerċjali, esibizzjonijiet, wirjiet, eċċ., l-Istati Membri ma għandhomx ma jaċċettawx il-wiri ta’ makkinarju jew ta’ komponenti ta’ sigurtà li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sakemm ikun hemm sinjal li jidher biċ-ċar li jindika li dan il-makkinarju jew komponenti ta’ sigurtà ma jikkonformawx u li ma humiex għall-bejgħ sakemm jinġiebu f’konformità mill-fabbrikant jew mir-rappreżentat awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità. Waqt wirjiet, għandhom jittieħdu miżuri adegwati ta’ sigurtà sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuni. L-Artikolu 3 Il-makkinarju u l-komponenti ta’ sigurtà koperti b’din id-Direttiva għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà ddikjarati fl-Anness I. L-Artikolu 4 1. L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu l-ħruġ fis-suq u t-tħaddim fit-territorju tagħhom ta’ makkinarju u komponenti ta’ sigurtà li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. 2. L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ makkinarju fejn il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jiddikjara b’mod konformi mal-punt B ta’ l-Anness II illi jkun maħsub biex jiġi inkorporat f’makkinarju jew mgħaqqad ma’ makkinarju ieħor biex jikkostitwixxi makkinarju kopert b’din id-Direttiva, għajr fejn ikun jista’ jiffunzjona indipendentement. "Tagħmir interskambjabbli", kif hemm referenza għalih fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 12(a), għandu fil-każi kollha jġorr il-marka "CE" u jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE li hemm referenza għaliha fil-punt A ta’ l-Anness II. 3. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu l-ħruġ fis-suq tal-komponenti ta’ sigurtà ddefiniti fl-Artikolu 1(2) fejn dawn ikollhom magħhom dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità kif hemm referenza għalih fil-punt Ċ ta’ l-Anness II. L-Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom iqisu dawn li ġejjin bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, inklużi l-proċeduri ta’ eżaminazzjonijiet tal-konformità li għalihom hemm provdut fil-Kapitolu II: - il-makkinarju li jġorr il-marka "CE" u li huwa akkumpanjat b’dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE li hemm referenza għaliha fil-punt A ta’ l-Anness II, - il-komponenti ta’ sigurtàli huma akkumpanjat b’dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE li hemm referenza għaliha fil-punt Ċ ta’ l-Anness II, Fin-nuqqas ta’ standards armonizzati, l-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass li jidhrilhom meħtieġ biex jiġbdu l-attenzjoni tal-partijiet interessati dwar l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali eżistanti li jitqiesu bħala importanti jew relevanti għall-implimentazzjoni xierqa tal-ħtiġiet essenzjali ta’ sigurtà u ta’ saħħa fl-Anness I. 2. Fejn standard nazzjonali li jittrasponi standard armonizzat, li r-riferenza għalih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ikopri wieħed jew iktar mill-ħtiġiet essenzjali ta’ sigurtà, il-makkinarju jew il-komponenti ta’ sigurtà mibnija b’mod konformi ma’ dan il-standard għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali relevanti. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ l-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards armonizzati. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jittieħdu l-miżuri xierqa biex jgħinu lis-sieħba soċjali li jkollhom influwenza fil-livell nazzjonali fuq il-proċess tat-tħejjija u ta’ l-immonitorjar ta’ l-istandards armonizzati. L-Artikolu 6 1. Fejn xi Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw illi l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2) ma jissodisfawx għal kollox il-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru interessat għandhom iressqu l-materja quddiem il-kumitat stabbilit skond id-Direttiva 83/289/KEE, u jagħtu r-raġunijiet għal dan. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien. Malli tirċievi l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk ikunx meħtieġ jew le li dawn l-istandards jiġu rtirati mit-tagħrif ippubblikat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(2). 2. Għandu jiġi stabbilit kumitat permanenti, li jkun magħmul mir-rappreżentanti maħtura mill-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-kumitat permanenti għandu jfassal ir-regoli ta’ proċedura tiegħu. Kull kwistjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva tista’ titressaq quddiem il-kumitat permanenti, b’mod konformi mal-proċedura li ġejja: Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz, fil-limitu taż-żmien li l-President tiegħu jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja, jekk meħtieġ billi jittieħed vot. L-opinjoni għandha tiġi rreġistrata fil-minuti; minbarra dan, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jkollu d-dritt li jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tiġi rreġistrata fil-minuti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha kollu li tqis l-opinjoni mogħtija mill-kumitat. Għandha tgħarraf lill-kumitat bil-manjiera li biha tkun qieset l-opinjoni tiegħu. L-Artikolu 7 1. Fejn Stat Membru jaċċerta illi: - il-makkinarju li jġorr il-marka "CE", jew - il-komponenti tas-sigurtà akkumpanjati mid-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE, użati b’mod konformi ma’ l-għan maħsub għalihom li x’aktarx jistgħu jkunu ta’ perikolu għas-sigurtà tal-persuni, u, fejn xieraq, ta’ l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirtira dan il-makkinarju jew dawn il-komponenti ta’ sigurtà mis-suq, biex jipprojbixxi l-ħruġ tagħhom fis-suq, biex dawn jitħaddmu jew jintużaw, jew biex jirrestrinġi l-moviment liberu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu fil-pront lill-Kummissjoni b’kull miżura minn dawn, u jindikaw ir-raġuni tad-deċiżjoni tagħhom u, b’mod partikolari, jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx minħabba: (a) nuqqas li jiġu ssodisfati l-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3; (b) applikazzjoni mhux korretta ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(e), (c) nuqqasijiet fl-istandards infushom li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2). 2. Il-Kummissjoni għandha tiftaħ konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati mingħajr dewmien. Fejn il-Kummissjoni, wara din il-konsultazzjoni, tikkunsidra illi l-miżura hija ġġustifikata, għandha mill-ewwel tinforma b’dan lill-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u lill-Istati Membri l-oħra. Fejn il-Kummissjoni, wara din il-konsultazzjoni, tikkunsidra illi l-miżura mhiex iġġustifikata, għandha mill-ewwel tinforma b’dan lill-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u lill-Istati Membri l-oħra. Fejn id-deċiżjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 tkun imsejsa fuq nuqqas fl-istandards, u fejn l-Istat Membru fl-oriġini tad-deċiżjoni jżomm il-pożizzjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandha mill-ewwel tgħarraf lill-kumitat biex jiftaħ il-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(1). 3. Fejn: - makkinarju li ma jikkonformax iġorr il-marka "CE", - komponent tas-sigurtà li ma jikkonformax ikun akkumpanjat b’dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu azzjoni xierqa kontra dawk kollha li jkunu waħħlu l-marki jew fasslu d-dikjarazzjoni u għandu jgħarraf b’dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. 4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jinżammu mgħarrfa bil-progress u bir-riżultat ta’ din il-proċedura. IL-KAPITOLU II IL-PROĊEDURI TA’ STIMA TAL-KONFORMITÀ L-Artikolu 8 1. Sabiex jiċċertifikaw illi l-makkinarju u l-komponenti ta’ sigurtà jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jfassal għall-makkinarju kollu jew għall-komponenti kollha tas-sigurtà dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE ibbażata fuq il-mudell mogħti fil-punt A jew fil-punt Ċ, skond kif jixraq, ta’ l-Anness II. B’żieda ma’ dan, għall-makkinarju biss, il-fabbrikant jew ir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu stabbiliti fil-Komunità għandhom iwaħħlu l-marka "CE" mal-magna. 2. Qabel ma jqiegħdu fis-suq, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu: (a) jekk ma jkunx hemm referenza għall-makkinarju fl-Anness IV, jifformola l-file li għalih hemm provdut fl-Anness V; (b) jekk jkun hemm referenza għall-makkinarju fl-Anness IV u l-fabbrikant ma jikkonformax, jew jikkonforma f’parti biss, ma’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2) jew jekk ma jkunx hemm standards minn dawn, għandu jissottometti kampjun tal-makkinarju għall-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE kif hemm referenza għaliha fl-Anness VI; (c) jekk ikun hemm referenza għall-makkinarju fl-Anness IV u huwa ffabbrikat b’mod konformi ma’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2): - jew jifformola l-file li hemm referenza għalih fl-Anness IV u jibagħtu lill-korp notifikat, li għandu jgħarrfu malajr kemm jista’ jkun li jkun irċieva l-file u jżommu, - jew jissottometti l-file li hemm referenza għalih fl-Anness IV lill-korp notifikat, li kemm jivverifika illi l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2) ikunu ġew applikati korrettement u għandu jfassal ċertifikat ta’ adegwatezza għall-file, - jew jissottometti kampjun tal-makkinarju għall-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE kif hemm referenza għaliha fl-Anness IV. 3. Fejn japplika l-ewwel inċiż tal-paragrafu 2(ċ) ta’ dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet fl-ewwel sentenza tal-paragrafi 5 u 7 ta’ l-Anness VI għandhom japplikaw ukoll. Fejn japplika t-tieni inċiż tal-paragrafu 2(ċ) ta’ dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet fl-ewwel sentenza tal-paragrafi 5, 6 u 7 ta’ l-Anness VI għandhom japplikaw ukoll. 4. Fejn japplikaw il-paragrafu 2(a) u l-ewwel u t-tieni inċiżi tal-paragrafu 2(ċ), id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE għandha tiddikjara biss il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva. Fejn japplikaw il-paragrafu 2(b) u t-tielet inċiż tal-paragrafu 2(ċ), id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE għandha tiddikjara l-konformità mal-kampjun li jkun għadda mill-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE. 5. Il-komponenti ta’ sigurtà għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni li japplikaw għall-makkinarju skond il-paragrafi 2, 3 u 4. Barra minn hekk, matul l-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE, il-korp notifikat għandu jivverifika kemm il-komponent tas-sigurtà ikun adattat biex iwettaq il-funzjonijiet tas-sigurtà dikjarati mill-fabbrikant. 6. (a) Fejn il-makkinarju huwa soġġett għal Direttivi oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ aspetti oħra u li wkoll jipprovdu għat-twaħħil tal-marka "CE", din ta’ l-aħħar għandha tindika illi l-makkinarju huwa wkoll preżunt li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-Direttivi l-oħra. (b) Madankollu, fejn waħda jew iktar minn dawn id-Direttivi jippermettu lill-fabbrikant, matul perjodu transitorju taż-żmien, li jagħżel liema arranġamenti għandu japplika, il-marka "CE" għandha tindika konformità biss ma’ dawk id-Direttivi li jkunu applikati mill-fabbrikant. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jingħataw fid-dokumenti, fl-avviżi jew fl-istruzzjonijiet meħtieġa fid-direttivi u li jakkumpanjaw dan il-makkinarju. 7. Fejn la l-fabbrikant u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità ma jissodisfa l-obbligi tal-paragrafi 1 sa 6, dawn l-obbligi għandhom jaqgħu fuq kull persuna li toħroġ il-makkinarju jew il-komponenti ta’ sigurtà fis-suq fil-Komunità. L-istess obbligi għandhom japplikaw għal kull persuna li tgħaqqad il-makkinarju jew partijiet minnu jew il-komponenti ta’ sigurtà ta’ oriġini varji jew li tibni makkinarju jew komponenti ta’ sigurtà għall-użu tagħha nnfisha. 8. L-obbligi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 7 ma għandhomx japplikaw għall-persuni li jimmuntaw b’magna jew trattur, tagħmir interskambjabbli kif għalih hemm provdut fl-Artikolu 1, sakemm il-partijiet ikunu kompatibbli u kull waħda mill-partijiet kostitwenti tal-magna mibnija ġġorr il-marka "CE" u tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE. L-Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi approvati li jkunu ħatru biex iwettqu l-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8 flimkien mal-biċċiet tax-xogħol li dawn il-korpi jkunu ġew maħtura biex iwettqu u bin-numri ta’ l-identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, lista tal-korpi notifikati u n-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u l-biċċiet tax-xogħol li għalihom ikunu ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata. 2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness VII meta jistmaw il-korpi li għandhom jiġu indikati f’din in-notifika. Il-korpi li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-istima stabbilita fl-istandards relevanti armonizzati għandhom jiġu miftiehma li kapaċi jissodisfaw dawn il-kriterji. 3. Stat Membru li jkun approva korp għandu jirtira n-notifika tiegħu jekk isib illi l-korp ma jissodisfax iktar il-kriterji li hemm referenza għalihom fl-Anness VII. Għandu mill-ewwel jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kif jixraq. IL-KAPITOLU III IL-MARKA ‘CE’ L-Artikolu 10 1. Il-marka ta’ konformità tal-KE għandha tkun magħmula mill-inizjali "CE". L-għamla tal-marka li għandha tiġi użata hija murija fl-Anness III. 2. Il-marka "CE" għandha titwaħħal fuq il-makkinarju b’mod distint u viżibbli b’mod konformi mal-punt 1.7.3 ta’ l-Anness I. 3. It-twaħħil ta’ marki fuq il-makkinarju li x’aktarx iqarraq lil partijiet terzi bit-tisfira u l-għamla tal-marka "CE" għandu jkun projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra fuq il-makkinarju sakemm li b’daqshekk ma ttellifx milli l-marka "CE" tibqa’ tidher u tinqara. 4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7: (a) fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-marka "CE" ma gietx imwaħħla kif mistħoqq, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi mad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-marka "CE" u li ma jibqax jikser il-liġi skond il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru. (b) fejn in-nuqqas ta’ konformità jippersisti, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi l-ħruġ fis-suq tal-prodott involut fil-kwistjoni jew li jiżgura illi jiġi rtirat mis-suq b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7. IL-KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI L-Artikolu 11 Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li tirrestrinġi l-ħruġ fis-suq u t-tħaddim ta’ makkinarju jew ta’ komponent ta’ sigurtà għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom tkun imsejsa. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata malajr kemm jista’ jkun lill-parti interessata, li għandha fl-istess ħin tiġi mgħarrfa bir-rimedji legali disponibbli għaliha skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru interessat u bil-limiti taż-żmien li għalihom dawn ir-rimedji huma soġġetti. L-Artikolu 12 Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tagħmel disponibbli t-tagħrif dwar id-deċiżjonijiet kollha relevanti li jkollhom x’jaqsmu mat-tmexxija ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 13 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. 2. Qabel l-1 ta’ Jannar 1994, il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress magħmul fix-xogħol ta’ l-istandardizzazzjoni li għandu x’jaqsam ma’ din id-Direttiva u tipproponi kull miżura xierqa. L-Artikolu 14 1. Id-Direttivi elenkati fil-Parti A ta’ l-Anness VIII huma b’dan il-mezz revokati, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward id-dati ta’ għeluq għat-traspożizzjoni tad-Direttivi msemmija, kif stabbilit fil-Parti B ta’ l-Anness VIII. 2. Ir-referenzi għad-Direttivi irrevokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni mogħtija fl-Anness IX. L-Artikolu 15 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 16 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ Ġunju 1998. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. M. Gil-Robles Għall-Kunsill Il-President J. Cunningham [1] ĠU C 133, tat-28.4.1997, p. 6. [2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Settembru 1997 (ĠU C 304, tas-6.10.1997, p. 79), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Marzu 1998 (ĠU C 161, tas-27.5.1998, p. 54) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 1998 (ĠU C 152, tat-18.5.1998). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1998. [3] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 9. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1). [4] Id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tippreskrivi proċedura għall-għoti ta’ tagħrif fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi (ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/139/KE (ĠU L 32, ta’ l-10.2.1996, p. 31). [5] ĠU C 231, tat-8.9.1989, p. 3 u ĠU C 267, tad-19.10.1989, p. 3. [6] ĠU C 10, tas-16.1.1990, p. 1. [7] Id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip għat-tratturi agrikoli u tal-ħidma fil-foresti (ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/1/KE, Euratom, KEFA (ĠU L, ta’ l- 1.1.1995, p. 1). [8] Id-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE tad-19 ta’ Frar 1973 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġjiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku mfassal għall-użu f’ċerti limiti ta’ vultaġġ (ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1). -------------------------------------------------- L-ANNESS I IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI TA’ SAĦĦA U TA’ SIGURTÀ LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAD-DISINN U L-BINI TAL-MAKKINARJU U TA’ KOMPONENTI TAS-SIGURTÀ Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness "makkinarju" jfisser jew "makkinarju" jew "komponent ta’ sigurtà" kif definit fl-Artikolu 1(2). OSSERVAZZJONIJIET PRELIMINARI 1. L-obbligi stabbiliti bil-ħtiġiet essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà japplikaw biss meta jeżisti riskju korrispondenti għall-makkinarju involut fil-kwistjoni meta jiġi użat skond il-kondizzjonijiet previsti mill-fabbrikant. Ikun xi jkun il-każ, il-ħtiġiet 1.1.2, 1.7.3 u 1.7.4 japplikaw għall-makkinarju kollu kopert b’din id-Direttiva. 2. Il-ħtiġiet essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà stabbiliti f’din id-Direttiva huma mandatarji. Madankollu, meta titqies l-applikabilità, jista’ ma jkunx possibbli li jiġu ssodisfati l-għanijiet immedjati stabbiliti minnhom. F’dan il-każ, il-makkinarju għandu jiġi ddisinjat u mibni kemm jista’ jkun possibli bl-għan li jintlaħqu dawk l-għanijiet. 3. Il-ħtiġiet ta’ saħħa u sigurtà ġew raggruppati skond ir-riskji li jkopru. Il-makkinarju jippreżenta katina ta’ riskji li jistgħu jiġu indikati taħt iktar minn intestatura waħda f’dan l-Anness. Il-fabbrikant huwa taħt l-obbligu li jistma r-riskji sabiex jidentifika dawk kollha li japplikaw għall-magna tiegħu; għandu mbagħad jiddisinjaha u jibniha billi jqis l-istima tiegħu. 1. IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI TAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ 1.1. Rimarki ġenerali 1.1.1. Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: 1. "żona ta’ perikolu" tfisser kull żona ġewwa u/jew madwar il-makkinarju fejn persuna esposta tkun soġġetta għal riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà tagħha nnifisha; 2. "persuna esposta" tfisser kull persuna interament jew parzjalment fiż-żona ta’ perikolu; 3. "operatur/ħaddiem" ifisser il-persuna jew il-persuni mogħtija l-biċċa xogħol li tistalla/twaħħal, topera/tħaddem, taġġusta/tirranġa, tieħu ħsieb il-manutenzjoni, tnaddaf, issewwi jew tittrasporta l-makkinarju. 1.1.2. Il-prinċipji ta’ l-integrazzjoni tas-sigurtà (a) Il-makkinarju għandu jkun hekk mibni li jkun mgħammar għall-funzjoni tiegħu, u li jista’ jiġi aġġustat u miżmum mingħajr ma jqiegħed lill-persuna f’riskju meta jiġu mwettqa dawn ix-xogħlijiet skond il-kondizzjonijiet previsti mill-fabbrikant. L-għan tal-miżuri meħuda għandu jkun dak li jelimina kull riskju ta’ inċident matul il-ħajja kollha prevista tal-makkinarju, inklużi l-fażijiet tal-bini u ż-żarmar tiegħu, saħansitra fejn ir-riskju ta’ inċident jinħoloq minn ċirkostanzi mhux normali imma previsti. (b) Fl-għażla ta’ l-iktar metodi xierqa, il-fabbrikant għandu japplika l-prinċipji li ġejjin, fl-ordni mogħtija: - jelimina jew inaqqas ir-riskji safejn ikun possibbli (disinn u binja bla perikolu tal-makkinarju nnifsu), - jieħu l-miżuri meħtieġa fejn għandhom x’jaqsmu riskji li ma jistgħux jiġu eliminati, - jgħarraf l-utenti bir-riskji li jifdal minħabba xi nuqqasijiet fil-miżuri ta’ protezzjoni adottati, jindika jekk ikunx jinħtieġ xi taħriġ partikolari u jispeċifika kull ħtieġa li jipprovdi tagħmir ta’ protezzjoni personali. (c) Huwa u jiddisinja u jibni l-makkinarju, u meta jabbozza l-istruzzjonijiet, il-fabbrikant għandu jipprevedi mhux biss l-użu normali tal-makkinarju imma wkoll użu li jista’ jsir minnu b’mod raġonevoli. Il-makkinarju għandu jiġi ddisinjat b’mod li ma jippermettix użu mhux normali jekk dan l-użu joħloq riskju. F’każijiet oħra l-istruzzjonijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta’ l-utent għall-manjieri - li l-esperjenza wriet li jistgħu jinqalgħu - li fihom il-makkinarju ma għandux jintuża. (d) Skond il-kondizzjonijiet maħsuba għall-użu, għandhom jitnaqqsu għall-minimu possibbli, l-iskumdità, l-għeja u t-tensjoni psikoloġika li l-operatur iħabbat wiċċu magħhom, billi jitqiesu l-prinċipji ergonomiċi. (e) Waqt l-iddisinjar u l-kostruzzjoni tal-makkinarju, il-fabbrikant għandu jqis il-kostrizzjonijiet li għalihom l-operatur ikun soġġett b’riżultat ta’ l-użu meħtieġ jew previst tat-tagħmir ta’ sigurtà personali (bħalma huma x-xedd tas-saqajn, l-ingwanti, eċċ.). (f) Il-makkinarju għandu jkun fornut bit-tagħmir u l-aċċessorji kollha essenzjali speċjali biex jgħinhom jiġu aġġustati, biex issir il-manutenzjoni tagħhom u biex dawn jiġu użati mingħajr riskju. 1.1.3. Il-materjali u l-prodotti Il-materjali użati għall-kostruzzjoni tal-makkinarju jew ta’ prodotti, użati jew iffabbrikati matul l-użu tiegħu ma għandhomx jipperikolaw is-sigurtà jew is-saħħa tal-persuni esposti. B’mod partikolari, fejn jintużaw fluwidi, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni biex jintuża mingħajr ir-riskji minħabba l-mili, l-użu, l-irkupru jew is-saffija. 1.1.4. Id-dawl Il-fabbrikant għandu jforni dawl integru xieraq għax-xogħlijiet involuti fejn in-nuqqas tiegħu x’aktarx li jikkawża riskju minkejja d-dawl ta’ qawwa normali fl-ambjent. Il-fabbrikant għandu jiżgura li ma jkun hemm l-ebda medda ta’ dell li x’aktarx idejjaq, illi ma jkunx hemm tleqqija irritanti u li ma jkunx hemm effetti stroboskopiċi perikolużi minħabba d-dawl ipprovdut mill-fabbrikant. Il-partijiet fuq ġewwa li għandhom jiġu spezzjonati spiss, u ż-żoni li għandhom jiġu aġġustati jew mantenuti, għandhom ikunu fornuti b’dawl xieraq. 1.1.5. Id-disinn tal-makkinarju biex jiffaċilita t-tqandil tiegħu Il-makkinarju jew kull parti tal-komponenti tiegħu għandhom: - ikunu jistgħu jiġu mqandla mingħajr perikolu, - jiġu ppakkjati jew iddisinjati hekk li jkunu jistgħu jinħażnu mingħajr perikolu u mingħajr ħsara (eż. stabbilità adegwata, reffieda speċjali, eċċ.). Fejn it-toqol, id-daqs jew l-għamla tal-makkinarju jew il-partijiet komponenti varji tiegħu ma jħallihomx li jkunu jistgħu jiġu mċaqalqa bl-idejn, il-makkinarju jew kull waħda mill-partijiet komponenti għandhom: - jew ikollhom magħhom tagħmir imwaħħal għall-irfigħ, jew - ikunu ddisinjati hekk li jkunu jistgħu jiġu mgħammra b’dan it-tagħmir ta’ twaħħil (eż. threaded holes), jew - ikunu ta’ għamla hekk li t-tagħmir ta’ rfigħ standard ikun jista’ jitwaħħal mingħajr diffikultà. Fejn il-makkinarju jew waħda mill-partijiet komponenti tiegħu għandhom jiġu mqandla bl-idejn, għandhom: - ikunu jistgħu jiġu mċaqilqa mingħajr diffikultà, jew - ikollhom it-tagħmir biex jinġabru (eż. ħfin bl-idejn, eċċ.) u biex jiċċaqilqu b’sigurtà sħiħa. Għandhom isiru arranġamenti speċjali għat-tqandil ta’ għodda u/jew ta’ partijiet tal-makkinarju, saħansitra jekk ikunu ħfief, li jistgħu jkunu perikolużi (eż. fl-għamla, fil-materjal, eċċ.). 1.2. Il-kontrolli 1.2.1. Sistemi ta’ kontroll għas-sigurtà u l-affidabilità Is-sistemi tal-kontroll għandhom jiġu ddisinjati u mibnija hekk li jkunu bla perikolu u affidabbli, f’manjiera li jimpedixxu milli tinħoloq sitwazzjoni perikoluża. Fuq kollox għandhom ikunu ddisinjati u mibnija f’tali mod li: - jkunu jistgħu jifilħu għall-ħruxija ta’ l-użu normali u ta’ fatturi esterni, - l-iżbalji fil-loġika ma jwasslux għal sitwazzjonijiet perikolużi. 1.2.2. L-apparat tal-kontroll L-apparati tal-kontroll għandhom ikunu: - jidhru u jiġu identifikati biċ-ċar u mmarkati kif jixraq fejn meħtieġ, - f’pożizzjoni li jkunu jistgħu jintużaw għax-xogħol bla perikolu mingħajr eżitazzjoni jew telf ta’ żmien, u mingħajr ambigwità - iddisinjati hekk li l-moviment tal-kontroll ikun konsistenti ma’ l-effett tiegħu, - jinsabu ’l barra miż-żoni ta’ perikolu, għajr għal ċerti kontrolli fejn meħtieġa, bħalma huma waqfien f’emerġenza, console għat-taħriġ tar-robots, - imqiegħda hekk li t-tħaddim tagħhom ma jkunx jista’ jikkawża riskju addizzjonali, - ddisinjati jew protetti hekk li l-effett mixtieq, fejn ikun involut riskju, ma jistax jiġri mingħajr ħidma intenzjonata, - magħmulin hekk li jifilħu t-tensjoni prevista; għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-mezzi ta’ waqfien f’emerġenza li x’aktarx ikunu soġġetti għal tensjoni konsiderevoli. Fejn kontroll jiġi ddisinjat u mibni biex iwettaq numru ta’ azzjonijiet differenti, jiġifieri fejn ma jkunx hemm korrispondenza ta’ wieħed għal wieħed (eż. tastieri, eċċ.), l-azzjoni li għandha titwettaq għandha tkun murija biċ-ċar u soġġetta għal konferma fejn meħtieġ. Il-kontrolli għandhom jkunu hekk irranġati li l-firxa tal-pożizzjoni, l-ivvjaġġar u r-reżistenza tagħhom għat-tħaddim ikunu kompatibbli ma’ l-azzjoni li għandha titwettaq, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ta’ l-ergonomija. Iridu jitqiesu l-kostrizzjonijiet minħabba l-użu meħtieġ jew previst tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali (bħalma huma x-xeddijiet tas-saqajn, l-ingwanti, eċċ.). Il-makkinarju għandu jiġi mgħammar b’indikaturi (dials, sinjali, eċċ.) kif meħtieġa għal xogħol mingħajr perikolu. L-operatur għandu ikun kapaċi li jaqrahom mill-pożizzjoni tal-kontroll. Mill-pożizzjoni ewlenija tal-kontroll, l-operatur għandu ikun kapaċi jiżgura illi ma jkun hemm l-ebda persuna esposta fiż-żoni ta’ perikolu. Jekk dan ma jkunx possibbli, is-sistema tal-kontroll għandha tiġi ddisinjata u mibnija hekk li tkun tista’ tingħata twissija bil-ħoss (akustika) jew bil-għajn (viżwali) kull meta l-makkinarju jkun sejjer jibda jaħdem. Il-persuna esposta għandu ikollha ż-żmien u l-mezzi li tieħu azzjoni bil-ħeffa biex ma tħallix il-makkinarju jistartja. 1.2.3. Il-bidu tat-tħaddim (l-istartjar) Għandu ikun possibbli li l-makkinarju jiġi startjat biss permezz ta’ l-attwazzjoni volontarja tal-kontroll ipprovdut għal dan il-għan. L-istess ħtieġa tapplika: - għal meta l-makkinarju jerġa’ jiġi startjat wara waqfien mix-xogħol, tkun xi tkun ir-raġuni, - għal meta tiġi effettwata bidla sinnifikanti fil-kondizzjonijiet tat-tħaddim (eż veloċità, pressjoni, eċċ.), - għajr jekk dan l-istartjar mill-ġdid jew bidla mill-ġdid fil-kondizzjonijiet tat-tħaddim ikunu mingħajr riskju għall-persuni esposti. Din il-ħtieġa essenzjali ma tapplikax għall-istartjar mill-ġdid tal-makkinarju jew għall-bidla fil-kondizzjonijiet tat-tħaddim li jirriżultaw mis-sekwenza normali ta’ ċiklu awtomatiku. Fejn il-makkinarju jkollu numru ta’ kontrolli ta’ l-istartjar u għalhekk l-operaturi jkunu jistgħu jqiegħdu wieħed lill-ieħor fil-perikolu, għandu jitwaħħal apparat addizzjonali (p.e. apparat ta’ potenzjament jew apparat ta’ għażla li jħallu parti biss mill-mekkaniżmu ta’ l-istartjar jiġi attwat f’waqt wieħed) biex jiżgura li ma jkunx hemm riskji minn dawn. Għandu ikun possibbli li impjant awtomatizzat li jaħdem b’mod awtomatiku jkun jista’ jiġi startjat mill-ġdid mingħajr diffikultà wara waqfa ladarba jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet tas-sigurtà. 1.2.4. Il-mezz tal-waqfien. Waqfien normali Kull magna għandha tkun fornuta b’kontroll li bih tkun tista’ titwaqqaf għal kollox mingħajr perikolu. Kull stazzjon tax-xogħol għandu jiġi fornut b’kontroll li jwaqqaf uħud mill-partijiet li jiċċaqalqu jew il-partijiet kollha tal-makkinarju, skond it-tip ta’ riskju, hekk li l-makkinarju jinġieb bla perikolu. Il-kontroll tal-waqfien tal-makkinarju għandu ikollu prijorità fuq il-kontrolli kollha ta’ l-istartjar. Ladarba l-makkinarju jew il-partijiet perikolużi tiegħu jkunu ġew imwaqqfa, għandha tiġi maqtugħa l-provvista ta’ l-enerġja fornuta mill-attwatturi involuti. Waqfien ta’ emerġenza Kull magna għandha tkun fornita b’wieħed jew iktar mill-mezzi ta’ waqfien f’emerġenza biex jgħinu li jitwarrab kull perikolu attwali jew li jista’ jinqala’. Japplikaw l-eċċezzjonijiet li ġejjin: - il-magni li fihom il-apparat/mezz ta’ waqfien f’emerġenza ma jnaqqasx ir-riskju, jew għaliex ma jnaqqasx iż-żmien tat-twaqqif jew għaliex ma jkunx kapaċi jħaddem il-miżuri speċjali fir-riskju li jkun sejjer jittieħed, - magni li jinġarru bl-idejn li jinżammu fl-idejn u magni ggwidati bl-id. Dan il-mezz irid: - ikollu kontrolli li jiġu identifikati biċ-ċar, jidhru biċ-ċar u aċċessibbli bil-ħeffa, - iwaqqaf il-proċess ta’ perikolu malajr kemm jista’ jkun, mingħajr ma joħloq iktar riskji, - fejn meħtieġ, jikkawża jew jippermetti l-kawża ta’ ċertu moviment ta’ sigurtà. Ladarba jitwaqqaf l-operat attiv tal-kontroll ta’ waqfien f’emerġenza mix-xogħol tiegħu wara kmand għall-waqfien, dan il-kmand għandu jinżamm billi l-mezz ta’ waqfien f’emerġenza jibqa’ jaħdem sakemm jgħaddi speċifikament iż-żmien ta’ dan il-kmand; ma għandux ikun possibbli li l-mezz jerġa’ jitħaddem mingħajr ma jikkawża kmand ta’ waqfien; għandu ikun possibbli li l-mezz jitwaqqaf biss b’ħidma xierqa, u l-mezz tal-waqfien mit-tħaddim ma għandux jerġa’ jistartja lill-magna imma biss jippermettilha li tkun tista’ terġa’ tistartja. Installazzjonijiet kumplessi Fil-każ ta’ makkinarju jew partijiet ta’ makkinarju ddisinjati biex jaħdmu flimkien, il-fabbrikant għandu jiddisinja u jibni l-makkinarju hekk li l-kontrolli tal-waqfien, inkluż il-kontroll tal-waqfien f’emerġenza, ikunu jistgħu iwaqqfu mhux biss il-makkinarju nnifsu imma wkoll kull tagħmir li jaħdem ’il fuq u/jew ’l isfel minnu jekk it-tħaddim tiegħu jista’ jkun perikoluż. 1.2.5. L-għażla tal-mod Il-mod tal-kontroll magħżul ma għandux jiġi qabel is-sistemi l-oħra kollha tal-kontroll bl-eċċezzjoni tal-kontroll tal-waqfien f’emerġenza. Jekk il-makkinarju jkun ġie ddisinjat u mibni biex jippermetti l-użu tiegħu f’numru ta’ modi ta’ kontroll jew ta’ tħaddim li jippreżentaw livelli differenti ta’ sigurtà (eż. jippermetti għall-aġġustament, manutenzjoni, spezzjoni, eċċ.), għandu jiġi fornit b’kontroll li jagħżel il-mod tat-tħaddim li jista’ jiġi maqful f’kull waħda mill-pożizzjonijiet. Kull pożizzjoni ta’ l-apparat ta’ l-għażla għandha tikkorrispondi ma’ ħidma waħda jew ma’ mod wieħed ta’ kontroll. L-apparat ta’ l-għażla jista’ jinbidel b’metodu ieħor ta’ apparat ta’ l-għażla li jillimita l-użu ta’ ċerti funzjonijiet tal-makkinarju għal ċerti kategoriji ta’ operaturi (eż. il-kodiċijiet ta’ l-aċċess għal ċerti funzjonijiet ikkontrollati numerikament, eċċ.). Jekk, għal ċerti xogħlijiet, il-makkinarju għandu jkun kapaċi li jaħdem bil-mezzi ta’ protezzjoni tiegħu newtralizzati, l-apparat ta’ l-għażla tal-mod għandu fl-istess waqt: - iwaqqaf it-tħaddim tal-mod awtomatiku tal-kontroll, - jippermetti l-moviment bil-kontrolli li jeħtieġu azzjoni sostnuta biss, - jippermetti l-ħidma tal-partijiet perikolużi li jiċċaqalqu f’kondizzjonijiet imtejba ta’ sigurtà biss (eż. veloċità mnaqqsa, saħħa mnaqqsa, pass b’pass, jew dispożizzjonijiet oħra adegwati) filwaqt li ma jippermettix riskji minn sekwenzi marbutin ma’ xulxin. - ma jippermettix kull moviment li x’aktarx joħloq perikolu billi jaġixxi volontarjament jew involontarjament fuq is-sensors interni tal-magna. B’żieda ma’ dan, l-operatur għandu jkun kapaċi jikkontrolla l-ħidma tal-partijiet li jkun qiegħed jaħdem fuqhom fil-post ta’ l-aġġustament. 1.2.6. Il-waqfien tal-provvista tal-qawwa/enerġija L-interruzzjoni, il-bidu mill-ġdid wara interruzzjoni jew it-tmewwiġ f’kull manjiera tal-provvista tal-enerġja lill-makkinarju ma jridux iwasslu għal sitwazzjoni perikoluża. B’mod partikolari: - il-makkinarju ma għandux jaqbad jaħdem għall-għarrieda, - il-makkinarju ma għandux jiġi ostakolat milli jieqaf jekk ikun diġà ngħata l-kmand, - l-ebda parti li tiċċaqlaq tal-makkinarju ma għandha taqa’ jew tinbeżaq, - il-waqfien awtomatiku jew manwali tal-partijiet li jiċċaqalqu, ikunu liema jkunu, ma għandux ikun ostakolat, - l-apparat ta’ protezzjoni għandhom jibqgħu effettivi għall-kollox. 1.2.7. Il-waqfien taċ-ċirkwit tal-kontroll Ħsara fil-loġika taċ-ċirkwit tal-kontroll, jew waqfien jew ħsara taċ-ċirkwit tal-kontroll ma għandhomx iwasslu għal sitwazzjonijiet ta’ perikolu. B’mod partikolari: - il-makkinarju ma għandux jaqbad jaħdem għall-għarrieda, - il-makkinarju ma għandux jiġi ostakolat milli jieqaf jekk ikun diġà ngħata l-kmand, - l-ebda parti li tiċċaqlaq tal-makkinarju ma għandha taqa’ jew tinbeżaq, - il-waqfien awtomatiku jew manwali tal-partijiet li jiċċaqalqu, ikunu liema jkunu, ma għandux jiġi ostakolat, - l-apparat ta’ protezzjoni għandu jibqa’ effettiv għall-kollox. 1.2.8. Is-software Software interattiv bejn l-operatur u l-kmand jew is-sistema tal-kontroll ta’ magna għandu jkun sempliċi u spjegat tajjeb biex jintuża. 1.3. Il-protezzjoni kontra r-riskji mekkaniċi 1.3.1. L-istabbilità Il-makkinarju, il-komponenti jew l-oġġetti ta’ twaħħil tiegħu għandhom ikunu iddisinjati u mibnija b’tali mod li jkunu stabbli biżżejjed, taħt il-kondizzjonijiet previsti tax-xogħol (jekk meħtieġ għandhom jiġu meqjusa l-kondizzjonijiet klimatiċi) għall-użu mingħajr riskju li jinqalbu, jaqgħu jew jiċċaqalqu għall-għarrieda. Jekk l-għamla nnifisha tal-makkinarju jew ta’ l-istallazzjoni maħsuba tiegħu ma joffrux biżżejjed stabbilità għandhom jiġu inkorporati mezzi xierqa ta’ ankoraġġ u dawn għandhom jiġu indikati fl-istruzzjonijiet. 1.3.2. Ir-riskju ta’ ksur waqt ix-xogħol Il-partijiet varji tal-makkinarju u l-irbit tagħhom ma’ xulxin għandhom ikunu kapaċi jifilħu t-tensjonijiet li jkunu soġġetti għalihom waqt li jiġu użati kif previst mill-fabbrikant. Il-felħan għall-istrapazz tal-materjali użati għandu jkun adegwat skond in-natura tal-post tax-xogħol previst mill-fabbrikant, b’mod partikolari rigward il-fenomena ta’ l-għeja, l-età, it-therrija u l-grif. Il-fabbrikant għandu jindika fl-istruzzjonijiet it-tip u l-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet u tal-manutenzjoni meħtieġa għal raġunijiet ta’ sigurtà. Għandu, fejn xieraq, jindika l-partijiet soġġetti għat-therrija u l-kriterji biex jiġu mibdula. Fejn jibqa’ r-riskju ta’ qsim jew tad-diżintegrazzjoni minkejja l-miżuri meħuda (eż. fil-każ ta’ roti tat-tħin) il-partijiet li jiċċaqalqu għandhom jkunu mmuntati u mqegħda fil-pożizzjoni b’tali mod illi fil-każ ta’ qsim il-biċċiet maqsuma jiġu miżmumin. Pajpijiet li minnhom jgħaddu l-fluwidi kemm jekk ikunu riġidi u kemm jekk flessibbli, b’mod partikolari dawk taħt pressa qawwija, għandhom jkunu kapaċi jifilħu t-tensjonijiet previsti interni u esterni u għandhom ikunu mwaħħlin sewwa u/jew protetti kontra kull manjiera ta’ tensjoni u ta’ forzi esterni; għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi żgurat li l-qsim ma jikkawża l-ebda riskju (ċaqliq għall-għarrieda, ħruġ ta’ fluwidu bi pressa qawwija, eċċ). Fejn il-materjal li għandu jiġi proċessat jingħadda lill-għodda b’mod awtomatiku, għandhom jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin sabiex jevitaw riskji lill-persuni esposti (eż. ksur ta’ għodda): - meta l-biċċa li għandha tinħadem tiġi f’kuntatt ma’ l-għodda, din ta’ l-aħħar għandha tkun kisbet il-kondizzjonijiet normali tax-xogħol tagħha, - meta l-għodda tibda taħdem u/jew tieqaf mix-xogħol tagħha (b’mod intenzjonali jew b’mod aċċidentali) il-moviment tat-tressiq u l-moviment tal-għodda għandhom ikunu kkoordinati. 1.3.3. Riskji minħabba oġġetti li jaqgħu jew jinbeżqu Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jimpedixxu riskji mill-oġġetti li jaqgħu jew li jinbeżqu (eż. biċċiet li jkunu sejrin jinħadmu, għodda, qtugħ, frak, skart, eċċ.) 1.3.4. Riskji minħabba l-uċuħ, it-truf jew l-angoli (ta’ l-oġġetti) Safejn u sakemm jippermetti l-għan tagħhom, il-partijiet aċċessibli tal-makkinarju ma għandhom ikollhom l-ebda tarf aħrax, l-ebda angolu qawwi, u l-ebda wiċċ mhux wati biżżejjed li x’aktarx jikkawża feriment. 1.3.5. Riskji li għandhom x’jaqsmu ma’ makkinarju kombinat Fejn il-makkinarju jkun maħsub biex iwettaq numru ta’ ħidmiet differenti bit-twarrib ta’ biċċa bejn kull ħidma (makkinarju kombinat), il-makkinarju għandu jiġi ddisinjat u mibni hekk li jgħin lil kull element li jiġi użat b’mod separat mingħajr ma’ l-elementi l-oħra joħolqu perikolu jew riskju lill-persuna esposta. Għal dan il-għan, għandu jkun possibli li kull element li ma jkunx protett jista’ jitqabbad jew jitwaqqaf jaħdem separatament. 1.3.6. Riskji li għandhom x’jaqsmu mal-varjazzjonijiet skond il-veloċità tat-tidwir ta’ l-għodda Meta magna tkun ddisinjata u mibnija biex twettaq ħidma skond kondizzjonijiet differenti ta’ użu (eż. b’rati differenti ta’ veloċità jew tal-provvista ta’ l-enerġija), għandha tiġi ddisinjata u mibnija b’tali mod li l-għażla u l-aġġustament ta’ dawn il-kondizzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu mingħajr perikolu u b’mod affidabbli. 1.3.7. Il-prevenzjoni tar-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-partijiet li jiċċaqalqu Il-partijiet li jiċċaqalqu tal-makkinarju għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mifruxa sabiex jevitaw ir-riskji jew, fejn jibqa’ jkun hemm riskju, ikollhom ilqugħ jew mezzi ta’ protezzjoni mwaħħlin magħhom b’tali mod li jimpedixxu kull riskju ta’ kuntatt li jista’ jwassal għall-inċidenti. Għandhom jittieħdu l-passi kollha biex jiġi impedut l-imblukkaġġ aċċidentali tal-partijiet li jiċċaqalqu nvoluti fix-xogħol. Fil-każijiet fejn, minkejja l-prekawzjonijiet meħuda, x’aktarx li jinħoloq imblukkaġġ, għandhom jiġu pprovduti apparat jew għodda speċifika ta’ protezzjoni, manwal ta’ l-istruzzjonijiet u possibbilment sinjal fuq il-makkinarju mill-fabbrikant sabiex it-tagħmir jiġi żblukkat mingħajr perikolu. 1.3.8. L-għażla tal-protezzjoni kontra r-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-partijiet li jiċċaqalqu L-ilqugħ jew l-apparat ta’ protezzjoni użat biex jipproteġi mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-partijiet li jiċċaqalqu għandu jiġ magħżul fuq il-bażi tat-tip tar-riskju. Il-linji ta’ gwida li ġejjin għandhom jiġu użati biex jgħinu fl-għażla. A. Partijiet tat-trasmissjoni li jiċċaqalqu L-ilqugħ iddisinjat biex jipproteġi persuni esposti għar-riskji assoċjati mal-partijiet tat-trasmissjoni li jiċċaqalqu (bħalma huma taljoli/parankijiet, ċineg, gerijiet, ingranaġġi, xaftijiet, eċċ.) għandhom ikunu: - jew imwaħħlin b’mod fiss, b’mod li jikkonformaw mal-ħtiġiet 1.4.1 u 1.4.2, jew - ikunu jistgħu jiġu mċaqalqa, b’mod li jikkonformaw mal-ħtiġiet 1.4.1 u 1.4.2.A. L-ilqugħ li jkun jista’ jiġi mċaqlaq jista’ jintuża fejn ikun previst aċċess spiss. B. Partijiet li jiċċaqalqu involuti direttament fil-proċess L-ilqugħ jew l-apparat/mezzi ta’ protezzjoni mfassla biex jipproteġu persuni esposti għar-riskji assoċjati ma’ partijiet li jiċċaqalqu li jikkontribwixxu għax-xogħol (bħalma huma l-għodod tal-qtugħ, il-partijiet li jiċċaqalqu tal-preses, iċ-ċilindri, il-partijiet fil-proċess li jiġu maċinati, eċċ.) għandhom jkunu: - kull fejn possibbli, ilqugħ imwaħħlin b’mod fiss, b’mod li jikkonformaw mal-ħtiġiet 1.4.1 u 1.4.2, - inkella, ilqugħ li jkun jista’ jiġi mċaqlaq li jikkonforma mal-ħtiġiet 1.4.1. u 1.4.2.2.B jew apparat ta’ protezzjoni bħalma huwa apparat li jħoss (sensing) (eż. ostakoli mhux materjali, tapiti b’sensors), apparat tal-protezzjoni bil-kontroll mill-bogħod (remote control) (eż. kontrolli biż-żewġ idejn), jew apparat ta’ protezzjoni maħsub biex jimpedixxi awtomatikament li l-ġisem kollu ta’ l-operatur jew parti minnu jidħlu fiż-żona ta’ protezzjoni b’mod konformi mal-ħtiġiet 1.4.1. u 1.4.3. Madankollu, fejn ċerti partijiet li jiċċaqalqu involuti direttament fl-ipproċessar ma jistgħux isiru direttament jew parzjalment inaċċessibbli matul ix-xogħol minħabba xogħlijiet li jeħtieġu l-intervent ta’ l-operatur, fejn ikun teknikament possibbli dawn il-partijiet għandu jkollhom imwaħħla magħhom: - ilqugħ fiss, li jikkonforma mal ħtiġiet 1.4.1 u 1.4.2.1 li jimpedixxi l-aċċess għal dawk it-taqsimiet tal-partijiet li ma jintużawx fix-xogħol, - ilqugħ li jista’ jiġi aġġustat, li jikkonforma mal-ħtiġiet 1.4.1 u 1.4.2.3 li jillimita l-aċċess għal dawk it-taqsimiet tal-partijiet li jiċċaqalqu li huma strettament għax-xogħol. 1.4. Karatteristiċi meħtieġa fl-ilqugħ u fl-apparat ta’ protezzjoni 1.4.1. Ħtiġiet ġenerali L-ilqugħ u l-apparat tal-protezzjoni għandhom: - ikunu ta’ kostruzzjoni b’saħħitha, - ma joħolqu l-ebda riskju addizzjonali, - ma jkunux faċli biex jinqabżu jew li jiġu magħmulin mhux operabbli, - ikunu jinsabu f’distanza adegwata miż-żona ta’ perikolu, - jikkawżaw l-inqas xkiel għad-dehra tal-proċess tal-produzzjoni, - jippermettu li jitwettaq xogħol essenzjali fuq l-istallazzjoni u/jew il-bdil ta’ l-għodda u ta’ manutenzjoni billi jiġi ristrett l-aċċess biss għal dik iż-żona fejn għandu jsir ix-xogħol, jekk possibbli, mingħajr ma l-ilqugħ jew l-apparat tal-protezzjoni jiġi żarmat. 1.4.2. Ħtiġijiet speċjali għall-ilqugħ 1.4.2.1. Ilqugħ fiss L-ilqugħ fiss għandu jitwaħħal fil-post b’mod fiss. Għandu jiġi mwaħħal b’sistemi li jkunu jistgħu jinfetħu biss permezz ta’ għodda. Fejn ikun possibbli, l-ilqugħ ma jkunx jista’ jinżamm f’postu mingħar l-apparat tat-twaħħil tagħhom. 1.4.2.2. Ilqugħ li jista’ jiġi mċaqlaq A. Ilqugħ li jista’ jiġi mċaqlaq tat-tip A għandu: - sa fejn ikun possibbli jibqa’ mwaħħal mal-makkinarju meta dan ikun miftuħ, - jiġi assoċjat ma’ apparat ta’ tiskir biex jimpedixxi li l-partijiet li jiċċaqalqu jaqbdu jaħdmu sakemm dawn il-partijiet jista’ jsir aċċess għalihom u biex jagħtu l-kmand tal-waqfien kull meta ma jibqgħux magħluqin iktar. B. L-ilqugħ li jista’ jiġi mċaqlaq tat-tip B għandu jkun iddisinjat u inkorporat fis-sistema tal-kontroll hekk li: - il-partijiet li jiċċaqalqu ma jkunux jistgħu jaqbdu jaħdmu qabel ma jkun jista’ jilħaqhom l-operatur, - il-persuni esposti ma jkunux jistgħu jilħqu l-partijiet li jiċċaqalqu ladarba dawn ikunu qabdu jaħdmu, - jista’ jiġi aġġustat biss permezz ta’ azzjoni intenzjonali, bħalma hija l-użu ta’ biċċa għodda, ta’ ċavetta, eċċ., - in-nuqqas jew il-ħsara ta’ waħda mill-komponenti tagħhom timpedixxi l-istartjar jew il-waqfien tal-partijiet li jiċċaqalqu, - il-protezzjoni kontra kull riskju ta’ bżiq ta’ oġġetti tiġi ppruvata permezz ta’ ostakolu xieraq. 1.4.2.3. Ilqugħ aġġustabbli li jirrestrinġi l-aċċess L-ilqugħ li jista’ jiġi aġġustat biex jirrestrinġi l-aċċess għal dawk iż-żoni fejn il-partijiet li jiċċaqalqu huma strettament meħtieġa għax-xogħol għandu: - jkun jista’ jiġi aġġustat b’mod manwali jew awtomatiku skond it-tip tax-xogħol involut, - jkun jista’ jiġi aġġustat fil-pront mingħajr l-użu ta’ għodda, - inaqqas kemm jista’ jkun possibbli r-riskju tal-bżiq ta’ oġġetti. 1.4.3. Ħtiġiet speċjali għall-apparat tal-protezzjoni L-apparat ta’ protezzjoni għandu jkun iddisinjat u inkorporat fis-sistema tal-kontroll hekk li: - il-partijiet li jiċċaqalqu ma jistgħux jaqbdu jaħdmu waqt li jkunu jistgħu jintlaħqu mill-operatur, - il-persuni esposti ma jkunux jistgħu jilħqu l-partijiet li jiċċaqalqu ladarba jkunu bdew jaħdmu, - jistgħu jiġu aġġustati biss permezz ta’ azzjoni intenzjonali, bħalma hija l-użu ta’ biċċa għodda, ta’ ċavetta, eċċ., - in-nuqqas jew il-ħsara ta’ wieħed mill-komponenti tagħhom timpedixxi l-istartjar jew il-waqfien tal-partijiet li jiċċaqalqu. 1.5. Il-protezzjoni kontra riskji oħra 1.5.1. Il-provvista ta’ l-elettriku Fejn il-makkinarju jkollu provvista ta’ l-elettriku, għandu jkun iddisinjat, mibni u mgħammar b’tali mod li jiġu eliminati r-riskji kollha ta’ natura elettrika. Ir-regoli speċifiċi fis-seħħ li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir ta’ l-elettriku ddisinjat għall-użu f’ċerti limiti ta’ voltaġġ għandhom japplikaw għall-makkinarju li huwa soġġett għal dawn il-limiti. 1.5.2. L-elettriċità statika Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jimpedixxi jew jillimita l-binja ta’ charges elettrostatiċi li jistgħu jkunu perikolużi u/jew jiġu mgħammra b’sistema ta’ ħruġ ta’ ċarġ ta’ l-elettriku. 1.5.3. Provvista ta’ enerġija oħra għajr l-elettriku Fejn il-makkinarju jitħaddem b’enerġija oħra għajr l-elettriku (eż. l-enerġija idrawlika, pnewmatika, termika, eċċ.), dan għandu jkun hekk iddisinjat, mibni u mgħammar li jevita r-riskji kollha potenzjali assoċjati ma’ dawn it-tipi ta’ enerġija. 1.5.4. Żbalji fit-twaħħil L-iżbalji, li x’aktarx li jsiru meta jiġu mwaħħla jew imwaħħla mill-ġdid ċerti partijiet li jistgħu jkunu ta’ riskju, għandhom ikunu magħmulin impossibbli permezz tad-disinn ta’ dawn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ dan, permezz tat-tagħrif mogħti dwar il-partijiet infushom u/jew dwar fejn jitwaħħlu. Għandu jingħata l-istess tagħrif dwar il-partijiet li jiċċaqalqu u/jew dwar fejn jitwaħħlu fejn għandha tkun magħrufa d-direzzjoni taċ-ċaqliq sabiex jiġi evitat riskju. Kull tagħrif ieħor li jkun meħtieġ għandu jingħata fl-istruzzjonijiet. Fejn twaħħil ħażin jista’ tkun is-sors ta’ riskju, it-tqabbid żbaljat tal-fluwidu, inklużi l-kondutturi ta’ l-elettriku, għandu jkun magħmul impossibbli permezz tad-disinn jew, fin-nuqqas ta’ dan, permezz tat-tagħrif mogħti dwar il-pajpijiet, cables, eċċ. u/jew il-blokok tat-tqabbid. 1.5.5. Temperaturi estremi Għandhom jittieħdu passi biex jiġi eliminat kull riskju ta’ feriment ikkawżat b’kuntatt ma’ jew fil-viċinanza tal-partijiet tal-makkinarju jew il-materjali f’temperaturi għoljin jew baxxi ħafna. Għandu jiġi stmat ir-riskju tal-bżiq ta’ materjal jaħraq jew kiesaħ ħafna. Fejn jeżisti dan ir-riskju, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jimpedixxu li jseħħ dan jew, jekk dan ma jkunx teknikament possibbli, biex jagħmlu dan bla perikolu. 1.5.6. Nirien Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni biex jevita kull riskju ta’ nirien jew ta’ tisħin żejjed ikkawżat mill-makkinajru nnifsu jew minn gassijiet, likwidi, trab, fwar u sustanzi oħra prodotti jew użati mill-makkinarju. 1.5.7. Splużjoni Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni biex jevita kull riskju ta’ splużjoni kkawżata mill-makkinajru nnifsu jew minn gassijiet, likwidi, trab, fwar jew sustanzi oħra prodotti jew użati mill-makkinarju. Għal dan l-iskop, il-fabbrikant għandu jieħu passi biex: - jevita konċentrazzjoni perikoluża ta’ prodotti, - jimpedixxi l-kombustjoni ta’ atmosfera potenzjalment splussiva, - inaqqas kemm jista’ jkun kull splużjoni li tista’ tfaqqa’ biex ma tkunx ta’ perikolu għall-madwar. Għandhom jittieħdu l-istess prekawzjonijiet jekk il-fabbrikant jipprevedi l-użu tal-makkinarju f’atmosfera potenzjalment splussiva. It-tagħmir ta’ l-elettriku li jifforma parti mill-makkinarju għandu jikkonforma, sakemm u safejn jirrigwarda r-riskju ta’ splużjoni, mad-dispożizzjoni tad-Direttiva speċifika fis-seħħ. 1.5.8. Il-ħoss Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li ir-riskji li jirriżultaw mill-emissjoni ta’ ħsejjes fl-arja jitnaqqsu sa l-inqas livell billi jitqiesu l-progress tekniku u d-disponibbilità ta’ mezzi li jnaqqsu l-ħoss, b’mod partikolari mis-sors. 1.5.9. Il-vibrazzjoni Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jnaqqas ir-riskji li jirriżultaw mill-vibrazzjonijiet prodotti mill-makkinarju sa l-inqas livell, billi jitqiesu l-progress tekniku u d-disponibbilità ta’ mezzi li jnaqqsu l-vibrazzjoni, b’mod partikolari mis-sors. 1.5.10. Ir-radjazzjoni Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li kull emissjoni ta’ radjazzjoni tiġi llimitata għal kemm ikun meħtieġ u li l-effetti fuq persuni esposti ma jkunux eżistenti jew ikunu mnaqqsa għal proporzjonijiet mhux ta’ perikolu. 1.5.11. Ir-radjazzjoni esterna Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li r-radjazzjoni esterna ma tfixkilx it-tħaddim tiegħu. 1.5.12. Tagħmir tal-laser Fejn jintuża tagħmir tal-laser, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet li ġejjin: - it-tagħmir tal-laser fuq il-makkinarju għandu jkun ddisinjat u mibni hekk li jimpedixxi kull radjazzjoni aċċidentali, - it-tagħmir tal-laser fuq il-makkinarju għandu jkun protett hekk li r-radjazzjoni effettiva, ir-radjazzjoni prodotta bir-rifless jew bid-diffużjoni u r-radjazzjoni sekondarja ma jkunux ta’ ħsara għas-saħħa, - it-tagħmir ottiku għall-osservazzjoni jew l-aġġustament tat-tagħmir tal-laser fuq il-makkinarju għandu jkun hekk li r-raġġi tal-laser ma joħolqu l-ebda riskju għas-saħħa. 1.5.13. Emissjonijiet ta’ trab, gassijiet, eċċ. Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat, mibni u/jew mgħammar b’tali mod li bih ikunu jistgħu jiġu evitati r-riskji minħabba l-gassijiet, il-likwidi, il-fwar u l-materjali l-oħra ta’ skart li jipproduċi, Fejn jeżisti riskju, il-makkinarju għandu jkun mgħammar b’tali mod li s-sustanzi msemmija jkunu jistgħu jiġu kkontrollati u/jew evakwati. Fejn il-makkinarju ma jkunx magħluq matul it-tħaddim normali, l-apparat tal-konteniment u/jew ta’ l-evakwazzjoni għandhom ikunu jinsabu qrib kemm jista’ jkun tas-sors ta’ l-emissjoni. 1.5.14. Ir-riskju li wieħed jinqabad f’magna Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat, mibni jew mgħammar b’apparat li jimpedixxi persuna esposta milli tingħalaq fih jew, jekk dan ikun impossibli, b’apparat/mezz li jsejjaħ għall-għajnuna. 1.5.15. Ir-riskju ta’ żliq, ta’ tfixkil jew li wieħed jista’ jaqa’ Il-partijiet tal-makkinarju fejn persuni x’aktarx li jiċaqalqu minn naħa għall-oħra jew jieqfu għandhom ikunu ddisinjati u mibnija biex jimpedixxu milli l-persuni jiżolqu, jitfixklu f’dawn il-partijiet jew jaqgħu fuqhom jew minn fuqhom. 1.6. Il-manutenzjoni 1.6.1. Il-manutenzjoni tal-makkinarju Il-postijiet ta’ l-aġġustamenti, tal-lubrikazzjoni u tal-manutenzjoni għandhom ikunu jinsabu ’il barra miż-żoni tal-perikolu. Għandu jkun possibbli li jitwettqu x-xogħlijiet ta’ aġġustament, manutenzjoni, tiswija, tindif u ta’ servicing waqt li l-makkinarju jkun wieqaf. Jekk waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq ma jistgħux jiġu ssodisfati għal raġunijiet tekniċi, għandu jkun possibbli li dawn ix-xogħlijiet jitwettqu mingħajr riskju (ara 1.2.5). Fil-każ ta’ makkinarju awtomatizzat u, fejn meħtieġ, makkinarju ieħor, il-fabbrikant għandu jagħmel dispożizzjoni għal apparat tat-tqabbid għall-muntaġġ ta’ tagħmir dijanjostiku ta’ tisjib ta’ ħsara. Il-komponenti ta’ magna awtomatizzata li għandhom jitbiddlu spiss, b’mod partikolari għal bidla fil-fabbrikazzjoni jew fejn ikunu esposti għal xedd jew li x’aktarx jiddetterjoraw wara inċident, għandhom ikunu kapaċi li jitneħħew u jiġu mibdula bla xkiel u bla perikolu. L-aċċess għall-komponenti għandu jippermetti t-twettiq ta’ dawn il-biċċiet xogħol bl-apparat tekniku meħtieġ (għodda, strumenti ta’ tikjil, eċċ.) b’mod konformi mal-metodu tat-tħaddim speċifikat mill-fabbrikant. 1.6.2. L-aċċess għall-pożizzjoni tat-tħaddim u l-punti ta’ servicing Il-fabbrikant għandu jipprovdi mezzi ta’ aċċess (turġien, slielem, passaġġi, eċċ.) sabiex ikun hemm aċċess mingħajr perikolu għaż-żoni kollha użati fix-xogħol tal-produzzjoni, l-aġġustamenti u l-mautenzjoni. 1.6.3. L-iżolament tas-sorsi ta’ l-enerġija Il-makkinarju kollu għandu jkun mgħammar b’mezzi ta’ l-iżolament mis-sorsi kollha ta’ l-enerġija. Dawn l-iżolaturi għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar. Għandhom ikunu jistgħu jissakkru jekk it-tqabbid mill-ġdid jista’ jpoġġi fil-perikolu l-persuni esposti. Fil-każ li l-makkinarju jkun provdut bl-elettriku permezz ta’ plagg li jkun jista’ jiddaħħal f’ċirkwit, is-separazzjoni tal-plagg (miċ-ċirkwit) hija biżżejjed. L-iżolatur għandu jista’ jiġi msakkar ukoll fejn operatur ma jkunx jista’ jikkontrolla, minn kwalunkwe post li jkollu aċċess għalih, illi l-enerġija tkun għadha maqtugħa. Wara li l-enerġija tiġi maqtugħa, għandu jkun possibbli li kull enerġija li jkun baqa’ jew li tibqa’ maħżuna fiċ-ċirkwiti tal-makkinarju tinħela b’mod normali mingħajr riskju għall-persuni esposti. Bħala eċċezzjoni għall-ħtiġiet ta’ hawn fuq, ċerti ċirkwiti jistgħu jibqgħu mqabbdin mas-sorsi ta’ l-enerġija tagħhom sabiex, per eżempju, iżommu partijiet, jipproteġu t-tagħrif, jixegħlu fuq ġewwa, eċċ. F’dan il-każ, għandhom jittieħdu passi speċjali biex jiżguraw is-sigurtà ta’ l-operatur. 1.6.4. L-intervent ta’ l-operatur Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat, mibni u mgħammar illi l-ħtieġa ta’ l-intervent mill-operatur tkun illimitata. Jekk l-intervent ta’ l-operatur ma jkunx jista’ jiġi evitat, għandu jkun possibbli li dan jitwettaq bla xkiel u mingħajr perikolu. 1.6.5. It-tindif tal-partijiet ta’ ġewwa Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat u mibni illi jkun possibbli li jitnaddfu l-partijiet ta’ ġewwa li kellhom fihom sustanzi jew tħejjijiet perikolużi mingħajr ma l-operatur jidħol fihom; kull żblokk meħtieġ għandu jkun jista’ jsir minn barra wkoll. Jekk ikun impossibbli għal kollox li jiġi evitat id-dħul fil-makkinarju, il-fabbrikant għandu jieħu passi matul il-binja tal-makkinarju biex jitħalla li jsir it-tindif bl-inqas perikolu. 1.7. L-indikaturi 1.7.0. Apparat tat-tagħrif It-tagħrif meħtieġ biex il-makkinarju jiġi kkontrollat ma għandux ikun ambigwu u għandu jinftiehem malajr. Ma għandux ikun eċċessiv hekk li jgħabbi żżejjed lill-operatur. Fejn jistgħu jiġu pperikolati s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni esposti minħabba ħsara fit-tħaddim ta’ makknarju mhux sorveljat, il-makkinarju għandu jkun mgħammar biex jagħmel sinjal xieraq bil-ħoss jew bid-dawl bħala twissija. 1.7.1. Apparat ta’ twissija Fejn il-makkinarju jkun mgħammar b’apparat ta’ twissija (bħalma huma s-sinjali, eċċ,), dawn ma għandhomx ikunu ambigwi u għandhom jkunu jidhru bla xkiel. L-operatur għandu jkollu l-faċilitajiet biex jikkontrolla t-tħaddim ta’ dan l-apparat ta’ twissija f’kull waqt. Il-ħtiġiet tad-Direttivi speċifiċi dwar il-kuluri u s-sinjali tas-sigurtà għandhom jitħarsu. 1.7.2. Twissija ta’ riskji mill-fdalijiet Fejn ir-riskji jibqgħu minkejja l-miżuri kolla adottati jew fil-każ ta’ riskji potenzjali li ma jkunux evidenti (eż. cabinets ta’ l-elettriku, sorsi ta’ radjo-attività, bleeding minn ċirkwiti idrawliċi, riskju f’żona li ma tidhirx, eċċ.), il-fabbrikant għandu jipprovdi twissijiet. Dawn it-twissjiet għandhom preferibbilment jużaw simboli bl-istampi u/jew jingħataw f’wieħed mill-ilsna tal-pajjiż li fih il-makkinarju għandu jiġi użat, akkumpanjati, fuq talba, bl-ilsna magħrufa mill-operaturi. 1.7.3. Il-marki Il-makkinarju kollu għandu jkun immarkat b’mod li jista’ jinqara u li ma jitħassarx bid-dettalji minimi li ġejjin: - l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant, - il-marka "CE" (ara l-Anness III), - l-isem tas-serje jew tat-tip, - in-numru tas-serje, jekk applikabbli, - is-sena ta’ kostruzzjoni. Barra minn hekk, fejn il-fabbrikant jibni l-makkinarju maħsub li jintuża f’atmosfera li tista’ tkun splussiva, dan għandu jiġi indikat fuq il-makkinarju. Il-makkinarju għandu jġorr ukoll it-tagħrif sħiħ relevanti dwar it-tip tiegħu u essenzjali għall-użu mingħajr perikolu (eż. il-veloċità massima ta’ ċerti partijiet li jduru, id-dijametru massimu ta’ l-għodda li għandha titwaħħal, il-piż, eċċ.). Fejn parti ta’ magna għandha tiġi mqandla b’tagħmir ta’ rfigħ waqt l-użu, il-piż tagħha għandu jiġi indikat b’mod li jinqara sewwa, b’mod li ma jitħassarx u b’mod mhux ambigwu. It-tagħmir li jista’ jiġi mibdul wieħed ma’ l-ieħor li hemm referenza għalih fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1(2)(a), għandu juri l-istess tagħrif. 1.7.4. L-istruzzjonijiet (a) Il-makkinarju kollu għandu jkun akkumpanjat bl-istruzzjonijiet li mill-inqas ikunu jinkludu dan li ġej: - tennija tat-tagħrif li bih il-makkinarju jkun immarkat, għajr għan-numru tas-serje (ara 1.7.3) flimkien ma’ kull tagħrif ieħor addizzjonali xieraq biex jiffaċilita l-manutenzjoni (eż. indirizzi ta’ l-importatur, ta’ dawk li jsewwu, eċċ.), - l-użu previst għall-makkinarju fit-tifsira tal-1.1.2(ċ), - l-istazzjon(ijiet) tax-xogħol li għandu(hom) jiġi(jiġu) okkupat(i) mill-operaturi, - istruzzjonijiet għas-sigurtà: - tqegħid fis-servizz, - l-użu, - it-tqandil, billi jingħataw il-piż tal-makkinarju u tal-partijiet varji fejn dawn għandhom jiġu ttrasportati separatament b’mod regolari, - muntaġġ u żmuntar, - l-aġġustament, - il-manutenzjoni (servicing u tiswija), - fejn meħtieġa, l-istruzzjonijiet dwar it-taħriġ, - fejn meħtieġa, il-karatteristiċi essenzjali ta’ l-għodda li tista’ titwaħħal mal-makkinarju. Fejn meħtieġ, l-istruzzjonijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni għal metodi li fihom il-makkinarju ma għandux jintuża. (b) l-istruzzjonijiet għandhom jiġu mfassla f’wieħed mill-ilsna tal-Komunità mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità. Meta jiddaħħal għax-xogħol, il-makkinarju kollu għandu jkun akkumpanjat minn traduzzjoni ta’ l-istruzzjonijiet fil-lingwa jew fil-lingwi tal-pajjiż fejn il-makkinarju jkun sejjer jiġi użat u mill-istruzzjonijiet fil-lingwa oriġinali. Din it-traduzzjoni għandha ssir jew mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew mill-persuna li ddaħħal il-makkinarju fiż-żona tal-lingwa msemmija. Bħala deroga minn din il-ħtieġa, l-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni għall-użu mill-persunal speċjalizzat impjegat mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jistgħu jiġu fformulati f’lingwa waħda biss tal-Komunità magħrufa minn dan il-persunal. (c) L-istruzzjonijiet għandu jkun fihom id-disinni u d-dijagrammi meħtieġa biex il-makkinarju jitħaddem, jiġi mantenut, jiġi spezzjonat, jiġi eżaminat biex jaħdem sewwa u, fejn xieraq, jissewwa, u l-istruzzjonijiet kollha siewja b’mod partikolari dwar is-sigurtà. (d) Kull letteratura li tiddeskrivi l-makkinarju ma għandhiex tikkontradixxi l-istruzzjonijiet rigward l-aspetti tas-sigurtà. Id-dokumentazzjoni teknika li tiddeskrivi l-makkinarju għandha tagħti tagħrif dwar l-emissjoni ta’ ħsejjes fl-arja li hemm referenza għaliha f’(f) u, fil-każ ta’ makkinarju li jinżamm fl-idejn u/jew jiġi ggwidat bl-idejn, tagħrif dwar il-vibrazzjoni li hemm referenza għaliha fit-2.2. (e) Fejn meħtieġ, l-istruzzjonijiet għandhom jagħtu l-ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni u l-muntaġġ biex inaqqsu l-ħsejjes jew il-vibrazzjoni (eż. l-użu ta’ apparat li jattenwa l-ħoss, it-tip u l-piż tal-blokka tal-pedament, eċċ.). (f) L-istruzzjonijiet għandhom jagħtu t-tagħrif li ġej dwar l-emissjoni ta’ ħsejjes fl-arja mill-makkinarju, jew il-valur attwali jew valur stabbilit fuq il-bażi tal-qisien magħmula fuq makkinarju identiku: - il-livell tal-pressjoni tal-ħoss A-weighted kontinwu ekwivalenti fuq l-istazzjonijiet tax-xogħol, fejn dan jaqbeż is-70 dB(A); fejn dan il-livell ma jaqbiżx is-70 dB(A), dan il-fatt għandu jiġi indikat, - il-valur tal-quċċata tal-pressjoni tal-ħoss C-weighted instantanja fuq l-istazzjonijiet tax-xogħol, fejn din taqbeż it-63 Pa (130 dB f’relazzjoni ma’ 20 μPa), - il-livell tal-qawwa tal-ħoss emess mill-makkinarju fejn il-livell ekwivalenti tal-pressjoni tal-ħoss A-weighted kontinwa fuq l-istazzjonijiet tax-xogħol taqbeż il-85 dB(A). Fil-każ ta’ makkinarju kbir ħafna, minflok il-livell tal-qawwa tal-ħoss, jistgħu jiġu indikati l-livelli ekwivalenti tal-pressjoni kontinwa tal-ħoss f’postijiet madwar il-makkinarju. Fejn ma jiġux applikati l-istandards armonizzati, il-livelli tal-ħoss għandhom jiġu mkejla bl-użu tal-metodu l-iktar xieraq għall-makkinarju. Il-fabbrikant għandu jindika l-kondizzjonijiet tal-ħidma tal-makkinarju matul il-kejl u liema metodi jkunu ġew użati għall-kejl. Fejn l-istazzjon jew stazzjonijiet tax-xogħol mhumiex jew ma jistgħux jiġu definiti, il-livelli tal-pressjoni tal-ħoss għandhom jiġu mkejla f’distanza ta’ 1 metru mill-wiċċ tal-makkinarju u f’għoli ta’ 1,60 ta’ metru mill-art jew mill-pjattaforma ta’ l-aċċess. Il-pożizzjoni u l-valur tal-pressjoni massima tal-ħoss għandhom jiġu indikati. (g) Jekk il-fabbrikant ibassar illi l-makkinarju jiġi użat f’atmosfera li tista’ tkun splussiva, l-istruzzjonijiet għandhom jagħtu t-tagħrif meħtieġ. (h) Fil-każ ta’ makkinarju maħsub ukoll biex jintuża minn operaturi mhux professjonali, il-kliem u l-forma ta’ l-istruzzjonijiet għall-użu, filwaqt li jirrispettaw il-ħtiġiet essenzjali l-oħra msemmijin iktar ’il fuq, għandhom iqisu l-livell ta’ edukazzjoni ġenerali u d-dehen li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija minn dawn l-operaturi. 2. IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI TA’ SAĦĦA U TA’ SIGURTÀ GĦAL ĊERTI KATEGORIJI TA’ MAKKINARJU 2.1. Il-makkinarju ta’ oġġetti agrikoli ta’ l-ikel Fejn il-makkinarju huwa maħsub biex iħejji u jipproċessa oġġetti ta’ l-ikel (eż. tisjir, refriġerazzjoni, trattib, ħasil, tqandil, ippakkjar, ħżin, ġarr u tqassim), għandu jkun hekk iddisinjat u mibni illi jevita kull riskju ta’ infezzjoni, mard jew kontaġġ u għandhom jiġu osservati r-regoli ta’ l-iġjene li ġejjin: (a) il-materjali f’kuntatt, jew li huma maħsuba li jiġu f’kuntatt, ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi relevanti. Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat u mibni li dawn il-materjali jistgħu jitnaddfu qabel kull użu; (b) l-uċuħ kollha inklużi ma’ fejn jingħaqdu għandhom ikunu lixxi, u la għandu jkollhom ħniek u lanqas xquq li jistgħu jżommu materjali organiċi; (c) Il-muntaġġ għandu jkun ddisinjat hekk li jnaqqas ix-xtur, it-truf u l-irkejjen għall-minimu. Preferibbilment għandhom jiġu wweldjati jew magħqudin b’mod kontinwu. Ma għandhomx jintużaw viti, irjus tal-viti u rivets għajr fejn ma jistgħux jiġu evitati teknikament; (d) l-uċuħ kollha f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel għandhom ikunu jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati bla xkiel, fejn possibbli wara li jitneħħew faċilment il-partijiet żmuntati. L-uċuħ ta’ ġewwa għandu jkollhom kurvi ta’ raġġ biżżejjed li jippermettu tindif bir-reqqa; (e) il-likwidu li joħroġ mill-oġġetti ta’ l-ikel kif ukoll il-fluwidi tat-tindif, tad-diżinfettar u tat-tlaħliħ għandhom ikunu jistgħu jitneħħew mill-magna mingħajr xkiel (possibbilment f’pożizzjoni "nadifa"); (f) il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat u mibni li jimpedixxi kull likwidu jew kreaturi ħajjin, b’mod partikolari insetti, milli jidħlu, jew kull materjal milli jakkumula f’żoni li ma jistgħux jitnaddfu (eż. għal makkinarju mhux immuntat fuq saqajn jew roti, bit-tqegħid ta’ għeluq bejn il-makkinarju u l-qiegħ tiegħu, bl-użu ta’ unitajiet issiġillati, eċċ.); (g) il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li l-ebda sustanza anċillari (eż. lubrikanti, eċċ.) ma tkun tista’ tmiss ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel. Fejn meħtieġ, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni hekk li tkun tista’ tiġi kkontrollata l-konformità ma’ din il-ħtieġa. L-istruzzjonijiet B’żieda mat-tagħrif meħtieġ fit-taqsima 1, l-istruzzjonijiet għandhom jindikaw il-prodotti rrakkomandati u l-metodi tat-tindif, tad-diżinfettar u tat-tlaħliħ (mhux biss għaż-żoni li jkunu aċċessibbli bla xkiel imma wkoll għaż-żoni fejn l-aċċess ikun impossibbli jew mhux rakkomandat, bħalma huma l-pajpijiet, għandhom jiġu mnaddfa fuq il-post). 2.2. Makkinarju li jinġarr bl-idejn li jinżamm fl-idejn u/jew jiġi ggwidat bl-idejn Il-makkinarju li jinġarr bl-idejn li jinżamm fl-idejn u/jew li jiġi ggwidat bl-idejn għandu jikkonforma mal-ħtiġiet essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà kif ġej: - skond it-tip tal-makkinarju, għandu jkollu wiċċ ta’ rfid ta’ daqs biżżejjed u b’numru biżżejjed ta’ pumi u tweżin ta’ daqs xieraq u rranġati hekk li jiżguraw l-istabbilità tal-makkinarju fil-kondizzjonijiet ta’ tħaddim previsti mill-fabbrikant, - għajr fejn ikun teknikament impossibbli jew fejn ikun hemm kontroll indipendenti, fil-każ ta’ pumi li ma jistgħux jitneħħew f’sigurtà sħiħa, għandu jkun mgħammar b’kontrolli ta’ startjar u waqfien irranġati hekk li l-operatur ikun jista’ jħaddimhom mingħajr ma jitlaq il-pumi, - għandu jkun iddisinjat, mibni jew mgħammar hekk li jelimina r-riskji ta’ startjar aċċidentali u/jew ta’ li jibqa’ jaħdem b’mod kontinwu wara li l-operatur ikun ħeles il-pumi. Għandhom jittieħdu passi ekwivalenti jekk din il-ħtieġa ma tkunx teknikament possibbli, - il-makkinarju li jinġarr bl-idejn li jinżamm fl-idejn għandu jkun iddisinjat u mibni hekk li jħalli, fejn meħtieġ, kontroll bl-għajn tal-kuntatt ta’ l-għodda mal-materjal li jkun qiegħed jiġi pproċessat. L-istruzzjonijiet L-istruzzjonijiet għandhom jagħtu t-tagħrif li ġej fir-rigward tal-vibrazzjonijiet trasmessi minn makkinarju li jinżamm fl-idejn u minn makkinarju ggwidat bl-id: - il-valur ta’ l-aċċellerazzjoni weighted root mean square li għalih ikunu soġġetti d-dirgħajn, jekk dan jaqbeż it-2,5 m/s² kif stabbilit bil-kodiċi xieraq tat-test. Fejn l-aċċellerazzjoni ma taqbiżx it-2,5 m/s², dan għandu jissemma’. Fejn ma jkunx hemm kodiċi applikabbli tat-test, il-fabbrikant għandu jindika l-metodi tal-kejl u l-kondizzjonijiet li fuqhom ikun ġew magħmula l-kejlijiet. 2.3. Il-makkinarju li jaħdem l-injam u materjali analogi Il-makkinarju li jaħdem l-injam u l-makkinarju li jaħdem materjali bil-karatteristiċi fiżiċi u teknoloġiċi bħal dawk ta’ l-injam, bħalma huma s-sufra, il-għadam, il-lastiku mwebbes, materjal tal-plastika mwebbsa u materjal iebes simili għandu jikkonforma mal-ħtiġiet essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà li ġejjin: (a) il-makkinarju għandu jiġi ddisinjat, mibni jew mgħammar hekk li l-biċċa li tkun qiegħda tiġi maċinata tkun tista’ titqiegħed u tiġi ggwidata fis-sigurtà; fejn il-biċċa tinżamm bl-id fuq bank tax-xogħol dan ta’ l-aħħar għandu jkun stabbli biżżejjed matul ix-xogħol u ma għandux jostakola l-moviment tal-biċċa; (b) fejn il-makkinarju x’aktarx li jintuża f’kondizzjonijiet li jinvolvu riskju bil-bżiq tal-biċċiet ta’ l-injam, dan għandu jkun ddisinjat, mibni jew mgħammar biex jelimina dan il-bżiq, jew, jekk dan ma jkunx il-każ, hekk li l-bżiq ma joħloqx riskji għall-operatur u/jew il-persuni esposti; (c) il-makkinarju għandu jkun mgħammar b’waqfien awtomatiku li jwaqqaf l-għodda fi żmien qasir biżżejjed jekk ikun hemm riskju ta’ kuntatt ma’ l-għodda hija u tieqaf; (d) fejn il-għodda tkun inkorporata f’magna mhux għal kollox awtomatika, din ta’ l-aħħar għandha tkun iddisinjata u mibnija b’tali mod li telimina jew tnaqqas kull riskju ta’ feriment serju aċċidentali, per eżempju bl-użu ta’ blokok ċilindriċi tal-cutter (għodda tal-qtugħ), bir-restrizzjoni fil-fond tal-qtugħ, eċċ. 3. IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI TAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ BIEX JIKKUMPENSAW GĦAL RISKJI PARTIKOLARI MINĦABBA L-MOBBILITÀ TAL-MAKKINARJU Il-makkinarju li jippreżenta riskji minħabba l-mobbilità għandu jiġi ddisinjat u mibni biex jissodisfa l-ħtiġiet iddikjarati hawn taħt. Dejjem jeżistu riskji minħabba l-mobbilità fil-każ ta’ makkinarju li jimxi waħdu, li jiġi rmunkat jew li jiġi imbuttat jew miġrur minn makkinarju jew tratturi oħra, li jitħaddem f’żoni tax-xogħol u li t-tħaddim tiegħu jeħtieġ jew ċaqliq waqt ix-xogħol, sewwa jekk iċ-ċaqliq ikun kontinwu jew nofs kontinwu, bejn sensiela ta’ postijiet fissi tax-xogħol. Ir-riskji minħabba l-mobbilità jistgħu jeżistu wkoll fil-każ ta’ makkinarju mħaddem mingħajr ma jiġi mċaqlaq, imma li jkun mgħammar b’tali mod li jkun jista’ jiġi mċaqlaq iktar bil-ħeffa u mingħajr xkiel minn post għall-ieħor (makkinarju bir-roti, rombli, bil-ħoloq, eċċ. jew imqiegħed fuq gantries, trolleys, eċċ.). Sabiex jiġi vverifikat illi r-rotary cultivators u l-power harrows ma jkunux ta’ riskji inaċċettabbli għal persuni esposti, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, għal kull tip ta’ makkinarju involut, jagħmel l-eżaminazzjonijiet xierqa jew jordna li jsiru dawn l-eżaminazzjonijiet. 3.1. Ġenerali 3.1.1. Definizzjoni "Xufier" ifisser operatur responsabbli mill-moviment tal-makkinarju. Ix-xufier jista’ jinġarr mill-makkinarju jew jista’ jimxi huwa u jakkumpanja l-makkinarju, jew jista’ jkun qiegħed jiggwida l-makkinarju b’kontroll mill-bogħod (bir-remote control) (bil-cable, bir-radju, eċċ,). 3.1.2. Id-dawl Jekk ikun maħsub mill-fabbrikant li jiġi użat f’postijiet mudlama, il-makkinarju li jimxi waħdu għandu jkun mgħammar b’apparat/mezz ta’ dawl xieraq għax-xogħol li għandu jitwettaq, mingħajr preġudizzju għal kull regolament applikabbli (regolamenti tat-traffiku, regoli tan-navigazzjoni, eċċ.). 3.1.3. Id-disinn tal-makkinarju biex jiffaċilita t-tqandil tiegħu Matul it-tqandil tal-magna u/jew tal-partijiet tagħha, ma għandux ikun hemm il-possibbiltà ta’ ċaqliq għall-għarrieda jew ta’ riskji minħabba instabbilità sakemm il-magna u/jew il-partijiet tagħha jiġu mqandla b’mod konformi ma’ l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant. 3.2. Stazzjonijiet tax-xogħol 3.2.1. Pożizzjoni tas-sewqan Il-pożizzjoni tas-sewqan għandha tiġi ddisinjata bl-attenzjoni dovuta għall-prinċipji ergonomiċi. Jista’ jkun hemm żewġ pożizzjonijiet jew iktar ta’ sewqan u, f’dawn il-każi, kull pożizzjoni ta’ sewqan għandha tkun ipprovduta bil-kontrolli kollha meħtieġa. Fejn ikun hemm iktar minn pożizzjoni waħda ta’ sewqan, il-makkinarju għandu jiġi ddisinjat hekk li l-użu ta’ waħda minnhom ma jħallix l-użu ta’ l-oħrajn, għajr f’waqfien ta’ emerġenza. Il-viżibbiltà mill-pożizzjoni tas-sewqan għandha tkun tali illi s-xufier ikun jista’ jħaddem il-makkinarju u l-għodda tiegħu fil-kondizzjonijiet ta’ l-użu maħsub għalih fis-sigurtà kollha għalih innifsu u għall-persuni esposti. Fejn metħieġ, għandu jiġi pprovdut apparat xieraq biex jirrimedja r-riskji minħabba viżjoni inadegwata. Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat u mibni li, mill-pożizzjoni tax-xufier, ma jista’ jkun hemm l-ebda riskju li s-xufier u l-ħaddiema abbord jiġu f’kuntatt mhux maħsub minn qabel mar-roti jew mat-tracks. Il-pożizzjoni tax-xufier għandha tkun hekk iddisinjata u mibnija li tevita kull riskju għas-saħħa minħabba l-gassijiet ta’ l-egoist li joħorġu mill-makkinarju u/jew in-nuqqas ta’ ossiġenu. Il-pożizzjoni tas-sewqan tax-xufiera rekbin fuq il-makkinarju għandha tkun hekk iddisinjata u mibnija illi tkun tista’ titwaħħal kabina tax-xufier sakemm ikun hemm il-wisa’ għaliha. F’dan il-każ, il-kabina għandha tinkorpora post għall-istruzzjonijiet meħtieġa mix-xufier u/jew mill-ħaddiema. Il-pożizzjoni tas-sewqan għandha tkun mgħammra b’kabina adegwata jekk ikun hemm riskju minħabba ambjent perikoluż. Fejn il-makkinarju jkun mgħammar b’kabina, din għandha tkun iddisinjata, mibnija u/jew mgħammra biex tiżgura illi x-xufier ikollu kondizzjonijiet tajba ta’ ħidma u jkun protett minn kull riskju li jista’ jeżisti (per eżempju: tisħin u ventilazzjoni mhux adegwati, viżibbiltà mhux adegwata, ħoss u vibrazzjoni eċċessivi, oġġetti jaqgħu, penetrazzjoni minn oġġetti, qlib, eċċ.). Il-ħruġ għandu jippermetti evakwazzjoni veloċi. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut ħruġ ta’ emerġenza f’direzzjoni li tkun differenti minn dik tal-ħruġ tas-soltu. Il-materjali użati għall-kabina u t-tagħmir tagħha għandhom ikunu reżistenti għan-nar. 3.2.2. Il-postijiet ta’ bilqiegħda Is-sit tax-xufier ta’ kull makkinarju għandu jgħin lix-xufier li jżomm qagħda stabbli u jkun iddisinjat b’attenzjoni meħtieġa għall-prinċipji ta’ l-ergonomija. Is-sit għandu jkun iddisinjat hekk li jnaqqas il-vibrazzjonijiet trasmessi lix-xufier għall-iktar livell baxx li jista’ jiġi miksub b’mod raġjonevoli. Il-muntaġġ tas-sit għandu jiflaħ it-tensjonijiet kollha li għalih jista’ jkun soġġett, speċjalment fil-każ ta’ qlib fuq il-ġenb. Fejn ma jkunx hemm art taħt is-saqajn tax-xufier, ix-xufier għandu jkollu fejn iserraħ saqajh mgħotti b’materjal ta’ kontra ż-żliq. Fejn il-makkinarju jkun mgħammar bil-post għal struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib, is-sit għandu jkun mgħammar b’ċintorin tas-sigurtà jew apparat ekwivalenti li jżomm lix-xufier f’postu mingħajr ma jxekkel iċ-ċaqliq meħtieġ għas-sewqan jew kull moviment ikkawżat mill-molol tas-sospensjoni. 3.2.3. Postijiet oħra Jekk il-kondizzjonijiet ta’ l-użu jipprovdu li ħaddiema oħra għajr ix-xufier jinġarru kull tant jew regolarment mill-makkinarju, jew li jaħdmu fuqu, għandhom jiġu pprovduti postijiet xierqa li jgħinuhom jinġarru mill-makkinarju jew jaħdmu fuqu mingħajr riskju, b’mod partikolari r-riskju li jaqgħu. Fejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol jippermettu dan, dawn il-postijiet tax-xogħol għandhom ikunu mgħammra b’sitijiet. Jekk il-post tax-xufier jeħtieġ li jkun mgħammar b’kabina, il-postijiet l-oħra għandhom jiġu protetti wkoll minn dawk ir-riskji li jkunu ġġustifikaw il-protezzjoni tal-post tax-xufier. 3.3. Il-kontrolli 3.3.1. L-apparat tal-kontroll Ix-xufier għandu jkun kapaċi jħaddem l-apparat kollu tal-kontroll meħtieġ biex iħaddem il-makkinarju mill-post tax-xufier, għajr għall-funzjonijiet li jistgħu jitqabbdu jaħdmu mingħajr perikolu bl-użu biss ta’ l-apparat tal-kontroll li jkun jinsab ’il bogħod mill-post tax-xufier. Dan jirreferi b’mod partikolari għall-pożizzjonijiet ta’ ħidma l-oħra għajr il-pożizzjoni tax-xufier, li għalihom il-ħaddiema għajr ix-xufier ikunu responsabbli jew li minħabba fihom ix-xufier ikollu jħalli l-post tiegħu tas-sewqan biex iwettaq il-manuvra fis-sigurtà. Fejn ikun hemm il-pedali dawn għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mgħammra hekk li jħallu x-xogħol isir mingħajr perikolu mix-xufier bl-inqas riskju ta’ konfużjoni; il-wiċċ tagħhom ma għandux ikun jiżloq u għandhom ikunu ħfief biex jitnaddfu. Fejn ix-xogħol tagħhom jista’ jwassal għal riskji, speċjalment ċaqliq perikoluż, il-kontrolli tal-makkinarju, għajr dawk f’pożizzjonijiet issettjati minn qabel, għandhom jerġgħu lura lejn il-pożizzjoni newtrali tagħhom hekk kif jiġu mitluqa mill-operatur. Fil-każ ta’ makkinarju bir-roti, is-sistema ta’ l-istering għandha tiġi ddisinjata u mibnija hekk li tnaqqas il-forza taċ-ċaqliq għall-għarrieda tar-rota ta’ l-istering jew tal-lever ta’ l-istering ikkawżat minn xokkijiet fuq ir-roti tal-gwida. Kull kontroll li jillokkja d-differenxjal għandu jkun hekk iddisinjat u mqiegħed illi jippermetti li d-differenxjal jiġi miftuħ meta l-makkinarju jkun miexi. L-aħħar sentenza tat-taqsima 1.2.2 ma tapplikax għall-funzjoni tal-mobbilità. 3.3.2. L-istartjar Makkinarju li jaħem waħdu b’xufier li jirkeb fuqu għandu jkun mgħammar b’tali mod li ma jħallix persuni mhux awtorizzati li jqabbdu l-magna. Il-movimenti tal-mixi ta’ makkinarju li jaħdem waħdu b’xufier riekeb fuqu għandhom ikunu possibbli biss jekk ix-xufier ikollu l-kontrolli f’idejh. Fejn, għall-għanijiet ta’ tħaddim, il-makkinarju għandu jiġi mgħammar b’apparat li jaqbeż iż-żona normali ta’ spazju vojt tiegħu (eż stabbilizzaturi, driegħ ta’ krejn, eċċ.) ix-xufier għandu jiġi pprovdut bl-apparat li bih ikun jista’ jikkontrolla bla xkiel, qabel ma jibda jmexxi l-makkinarju, li dan l-apparat ikun fil-pożizzjoni partikolari li jippermetti ċaqliq bla perikolu. Dan japplika wkoll għall-partijiet l-oħra kollha li, biex jippermettu ċaqliq mingħajr perikolu, għandhom ikunu f’pożizzjonijiet partikolari, maqfula jekk meħtieġ. Fejn ikun teknikament u ekonomikment possibbli, il-moviment tal-makkinarju għandu jiddependi fuq it-tqegħid tal-partijiet imsemmija iktar ’il fuq, f’pożizzjoni ta’ mingħajr perikolu. Ma għandux ikun possibbli li makkinarju jibda miexi qabel ma titqabbad il-magna. 3.3.3. Il-funzjoni tal-mixi Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regolament tat-traffiku, il-makkinarju li jaħdem waħdu u t-trailers li jiġbed warajh għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tat-tnaqqis tal-mixi, tal-waqfien, ta’ l-użu tal-brejkijiet u ta’ l-immobilizzazzjoni hekk li jiżguraw is-sigurtà skond il-kondizzjonijiet kollha tax-xogħol, tat-tagħbija, tal-ġiri, ta’ l-art u tal-pendil maħsuba għalihom mill-fabbrikant u li jikkorrispondu għall-kondizzjonijiet li jiltaqgħu magħhom fl-użu normali. Ix-xufier għandu jkun kapaċi li jnaqqas il-veloċità u li jwaqqaf il-makkinarju li jaħdem waħdu permezz ta’ apparat ewlieni. Fejn is-sigurtà hekk teħtieġ fil-każ li l-apparat ewlieni ma jaħdimx, jew fin-nuqqas tal-provvista ta’ l-enerġija biex tħaddem l-apparat ewlieni, għandu jkun provdut apparat ta’ emerġenza b’kontrolli indipendenti għal kollox u aċċessibbli fil-pront biex inaqqsu l-mixi u jwaqqfu l-makkinarju. Fejn is-sigurtà hekk teħtieġ, għandu jkun provdut apparat ta’ l-ipparkjar biex jagħmel makkinarju wieqaf immobbli. Dan l-apparat jista’ jiġi kombinat ma’ wieħed mill-apparati li hemm referenza għalihom fit-tieni paragrafu, sakemm iżda illi jkun għal kollox mekkaniku. Il-makkinarju mmexxi mill-bogħod (bir-remote control) għandu jkun iddisinjat u mibni hekk li jieqaf awtomatikament jekk ix-xufier jitlef il-kontroll. It-taqsima 1.2.4 ma tapplikax għall-funzjoni tal-mixi. 3.3.4. Iċ-ċaqliq ta’ makkinarju kkontrollat minn min ikun miexi Iċ-ċaqliq ta’ makkinarju li jimxi waħdu kkontrollat minn min ikun miexi għandu jkun possibbli biss permezz ta’ azzjoni sostnuta mix-xufier fuq il-kontroll relevanti. B’mod partikolari, ma għandux ikun possibbli li makkinarju jiċċaqlaq waqt li l-magna tkun qiegħda titqabbad. Is-sistemi ta’ kontroll għall-makkinarju kkontrollat minn min ikun miexi għandu jiġi ddisinjat biex jimminimizza r-riskji li jinħolqu minn ċaċliq mhux maħsub għalih tal-magna lejn ix-xufier. B’mod partikolari: (a) it-tgħaffiġ; (b) il-korriment minn għodda li ddur. Ukoll, il-qawwa tal-veloċità normali tal-magna għandha tkun kompatibbli mal-pass tax-xufier huwa u miexi. Fil-każ ta’ makkinarju li fuqu tiġi mwaħħla għodda li ddur, ma għandux ikun possibbli illi l-għodda titħaddem meta jkun imdaħħal il-kontroll tar-reverse, għajr fejn iċ-ċaqliq tal-makkinarju jirriżulta miċ-ċaqliq ta’ l-għodda. Fil-każ ta’ dan ta’ l-aħħar, ir-reverse għandu jkun tali li ma jipperikolax lix-xufier. 3.3.5. Waqfien fiċ-ċirkwit tal-kontroll Waqfien fil-provvista ta’ l-enerġija għall-power-assisted steering, fejn ikun mgħammar, ma għandux jimpedixxi lill-makkinarju milli jiġi mmanuvrat matul iż-żmien meħtieġ biex jitwaqqaf. 3.4. Il-protezzjoni kontra r-riskji mekkaniċi 3.4.1. Ċaqliq mhux ikkontrollat Meta parti minn magna titwaqqaf, kull ċaqliq ’l hinn mill-post tal-waqfien, tkun xi tkun ir-raġuni għajr azzjoni mill-kontrolli, għandha tkun tali li ma tkunx ta’ riskju għall-persuni esposti. Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat, mibni u fejn xieraq imqiegħed fuq ir-reffieda mobbli tiegħu illi jiżgura illi meta jiġi mċaqlaq, l-oxxillazzjonijiet mhux ikkontrollati taċ-ċentru tal-gravità tiegħu ma jaffettwawx l-istabbilità tiegħu jew ma jeżerċitawx tensjoni fuq l-istruttura tiegħu. 3.4.2. Ir-riskju ta’ tifrik waqt it-tħaddim Il-partijiet tal-makkinarju li jduru b’veloċità kbira li, minkejja l-miżuri meħuda, jistgħu jinkisru jew jiddiżintegraw, għandhom ikunu mmuntati b’tali mod illi, fil-każ ta’ ksur, il-biċċiet tagħhom ma jtirux u, jekk dan ma jkunx possibbli, ma jistgħux jiġu mibżuqa lejn ix-xufier u/jew il-pożizzjonijiet tat-tħaddim. 3.4.3. Qlib Fejn, fil-każ ta’ makkinarju li jimxi waħdu b’xufier riekeb fuqu u possibbilment b’ħaddiema rekbin fuqu, ikun hemm ir-riskju li jinqaleb, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat għal u jkun mgħammar b’pożizzjonijiet ta’ ankoraġġi, b’hekk ikun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib (ROPS). Din l-istruttura għandha tkun tali li fil-każ ta’ qlib tippermetti lix-xufier riekeb fuqu u fejn xieraq lill-ħaddiema rekbin fuqu volum adegwat li jillimitawlhom il-liwja (DLV). Sabiex jiġi vverifikat illi l-istruttura tikkonforma mal-ħtieġa stabbilita fit-tieni paragrafu, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, għal kull tip ta’ struttura involuta, jagħmel l-eżaminazzjonijiet xierqa jew jordna li jsiru dawn l-eżaminazzjonijiet. B’żieda ma’ dan, il-makkinarju li jċaqlaq il-ġebel u/jew il-ħamrija elenkat hawn taħt b’kapaċità li taqbeż it-13-il kW għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib: - loaders tat-tkaxkir jew loaders tar-roti, - backhoe loaders, - it-tratturi tat-tkaxkir jew tratturi bir-roti, - il-barraxa, sewwa jekk jiġu mgħammra weħdihom (self-loading) kif ukoll jekk le, - graders, - steer dumpers artikulati. 3.4.4. Oġġetti li jaqgħu Fejn, fil-każ ta’ makkinarju li jimxi b’xufier riekeb fuqu u possibbilment b’ħaddiema rekbin fuqu, ikun hemm ir-riskju ta’ oġġetti jew materjal li jaqgħu, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mgħammar, jekk jippermetti d-daqs, b’pożizzjonijiet ta’ ankoraġġi li jippermettulu li jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-oġġetti li jaqgħu (FOPS). L-istruttura għandha tkun hekk illi fil-każ li jaqgħu oġġetti jew materjal, tiggarantixxi lill-ħaddiema riekba fuqha volum adegwat li jillimita l-liwi (DLV). Sabiex jiġi vverifikat illi l-istruttura tikkonforma mal-ħtieġa stabbilita fit-tieni paragrafu, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, għal kull tip ta’ struttura involuta, jagħmel l-eżaminazzjonijiet xierqa jew jordna li jsiru dawn l-eżaminazzjonijiet. 3.4.5. Mezzi ta’ aċċess Il-mankijiet u t-turġien għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u rranġati hekk li l-operaturi jużawhom istintivament u ma jużawx kontrolli għal dawn l-iskopijiet. 3.4.6. Apparat ta’ rmonk Il-makkinarju kollu użat għall-irmonk għandu jkun mgħammar b’apparat ta’ rmonkar jew ta’ agganċ iddisinjat, mibni u rranġat biex jiżgura l-agganċar jew l-iżganċar bla xkiel u fis-sigurtà, u li jimpedixxi żganċar aċċidentali waqt l-użu. Safejn u sakemm ikun meħtieġ mit-tagħbija tat-towbar, dan il-makkinarju għandu jkun mgħammar b’reffieda b’wiċċ li fuqu jistgħu joqgħodu l-oġġetti, xierqa għat-tagħbija u għall-art. 3.4.7. It-trasmissjoni tas-saħħa bejn il-makkinarju (jew trattur) li jimxi waħdu u l-makkinarju riċevitur. Xaftijiet tat-trasmissjoni b’joints universali li jgħaqqdu makkinarju (jew trattur) li jimxi waħdu ma’ l-ewwel bearing tal-makkinarju riċevitur għandhom ikollhom sigurtà fuq in-naħa tal-makkinarju li jimxi waħdu u fuq in-naħa tal-makkinarju riċevitur mat-tul kollu tax-xaft u l-joints universali assoċjati. Man-naħa tal-makkinarju (jew trattur) li jimxi waħdu, il-power take-off li miegħu jkun imwaħħal ix-xaft tat-trasmissjoni għandu jkun protett b’ilqugħ fiss mal-makkinarju (jew trattur) li jimxi waħdu jew bi kwalunkwe apparat ieħor li joffri protezzjoni ekwivalenti. Min-naħa tal-makkinarju rmunkat, ix-xaft tad-dħul għandu jkun magħluq f’casing ta’ protezzjoni mwaħħla mal-makkinarju. Jistgħu jitwaħħlu torque limiters jew freewheels mat-trasmissjonijiet tal-joint universali man-naħa li tmiss mal-magna biss. Ix-xaft tat-trasmissjoni tal-joint universali għandu jkun immarkat kif xieraq. Kull makkinarju rmunkat li x-xogħol tiegħu jeħtieġ li jkollu xaft tat-trassmissjoni mwaħħal ma’ makkinarju jew trattur li jimxi waħdu għandu jkollu sistema għat-twaħħil tax-xaft tat-trasmissjoni biex meta l-makkinarju jiġi żganċat, ix-xaft tat-trasmissjoni u l-ilqugħ tiegħu ma jiġrilhomx ħsara bil-kuntatt ma’ l-art jew ma’ parti mill-makkinarju. Il-partijiet ta’ fuq barra ta’ l-ilqugħ għandhom ikunu iddisinjati, mibnija u rranġati b’tali mod li ma jkunux jistgħu jduru max-xaft tat-trasmissjoni. L-ilqugħ għandu jgħatti x-xaft tat-trasmissjoni sat-truf tal-ħniek ta’ ġewwa fil-każ ta’ joints universali sempliċi u mill-inqas saċ-ċentru tal-joint jew il-joints ta’ barra fil-każ ta’ joints universali b’angoli wiesgħa. Il-fabbrikanti li jipprovdu aċċess għall-postijiet tax-xogħol maġenb ix-xaft tat-trasmissjoni bil-joint/joints universali għandhom jiżguraw li l-ilqugħ tax-xaft kif deskritti fis-sitt paragrafu ma jkunux jistgħu jintużaw bħala turġien għajr jekk ikunu ddisinjati u mibnija għal dan l-iskop. 3.4.8. Il-partijiet li jiċċaqalqu tat-trasmissjoni Permezz ta’ deroga mit-taqsima 1.2.8.A, fil-każ ta’ magni b’kombustjoni interna, l-ilqugħ li jitneħħew li ma jħallux aċċess għall-partijiet jiċċaqalqu tal-kumpartiment tal-magna ma għandhomx għalfejn ikollhom apparat tat-tiskir jekk ikollhom jinfetħu jew bl-użu ta’ biċċa għodda jew b’ċavetta jew b’kontroll li jkun jinsab fil-post tas-sewqan jekk dan ta’ l-aħħar ikun f’kabina magħluqa għal kollox b’sokor sabiex jimpedixxi aċċess mhux awtorizzat. 3.5. Il-protezzjoni kontra riskji oħra 3.5.1. Il-batteriji Il-housing tal-batterija għandu jkun mibni u jkun jinsab u l-batterija installata b’tali mod li tiġi evitata kemm jista’ jkun possibbli l-opportunità li jinbeżaq l-elettrolitu fuq l-operatur fil-każ ta’ qlib fuq ġenb u/jew biex jevitaw l-akkumulazzjoni ta’ gassijiet/fwar fil-postijiet okkupati mill-operaturi. Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat u mibni li l-batterija tkun tista’ tiġi skonnettjata bl-għajnuna ta’ apparat/mezz aċċessibbli bla xkiel ipprovdut għal dan l-iskop. 3.5.2. Nirien Jiddependi mir-riskji maħsuba bil-quddiem mill-fabbrikant meta l-makkinarju jkun użat, dan għandu, fejn jippermetti d-daqs tiegħu: - jew iħalli li jitwaħħlu apparat tat-tifi tan-nar li jkunu aċċessibbli mingħajr xkiel, - jew jiġi pprovdut b’sistemi tat-tifi tan-nar mibnija minn ġewwa. 3.5.3. Emissjonijiet ta’ trab, gassijiet, eċċ. Fejn jeżistu r-riskji, it-tagħmir ta’ konteniment li għalih hemm provdut fit-taqsima 1.5.12 jista’ jiġi mibdul b’apparat oħra, per eżempju bi tbexxix ta’ l-ilma. It-tieni u t-tielet paragrafu tat-taqsima 1.5.13 ma għandhomx japplikaw fejn il-funzjoni ewlenija tal-makkinarju hija t-tbexxix tal-prodotti. 3.6. L-indikazzjonijiet 3.6.1. Is-sinjali u t-twissijiet Il-makkinarju għandu ikollu l-apparat ta’ sinjalazzjoni u/jew pjanċi bl-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-aġġustament u l-manutenzjoni, kull fejn ikun hemm bżonn, biex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni esposti. Għandhom jiġu magħżula, ddisinjati u mibnija hekk li jkunu jidhru biċ-ċar u b’mod li ma jitħassrux. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li għandhom jiġu osservati fl-ivvjaġġar fit-toroq pubbliċi ewlenin, il-makkinarju bix-xufier riekeb fuqu għandu jġorr it-tagħmir li ġej: - apparat ta’ twissija bil-ħoss biex jiġbed l-attenzjoni ta’ persuni esposti, - sistema ta’ sinjali bid-dwal relevanti għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu maħsuba bħalma huma l-lampi tal-waqfien, l-lampi tar-rivers u lampi-sinjali jduru. Il-ħtieġa ta’ l-aħħar ma tapplikx għal makkinarju maħsub biss biex jaħdem taħt l-art u li ma jkollux enerġija elettrika. Il-makkinarju bir-remote control li fil-kondizzjonijiet normali ta’ l-użu jesponi persuni għar-riskji ta’ ħabta jew tagħfiġ għandu jkollu mwaħħal fuqu mezzi xierqa ta’ sinjalazzjoni taċ-ċaqliq tiegħu jew mezzi ta’ protezzjoni għall-persuni esposti għal dawn ir-riskji. L-istess japplika għall-makkinarju li, waqt l-użu tiegħu, jinvolvi t-tennija kostanti ta’ ċaqliq ‘il quddiem u lura fuq fus wieħed fejn id-dahar tal-magna ma jkunx jidher direttament għax-xufier. Il-makkinarju għandu jkun mibni b’tali mod li l-mezzi tat-twissija u tas-sinjalazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu mitfija lkoll bi żball. Fejn dan ikun essenzjali għas-sigurtà, mezzi bħal dawn għandhom jiġu pprovduti b’mezzi ta’ kontroll biex juru li huma f’kondizzjoni tajba tax-xogħol u li l-operatur għandu jkun jista’ jara ħsara tagħhom. Fejn iċ-ċaqliq tal-makkinarju jew ta’ l-għodda tiegħu ikun b’mod partikolari ta’ riskju, għandhom jiġu pprovduti sinjali fuq il-makkinarju biex iwissu li l-makkinarju jkun riesaq waqt li jkun jaħdem; is-sinjali għandhom jkunu li jistgħu jinqraw u f’distanza biżżejjed biex jiżġuraw is-sigurtà tal-persuni li jkunu fil-qrib. 3.6.2. Il-marki Il-ħtiġiet minimi dikjarati f’1.7.3 għandhom jiġu ssupplimentati b’dan li ġej: - is-saħħa nominali mfissra f’kW, - il-piż f’kg tal-konfigurazzjoni l-iktar komuni u, fejn xieraq: - il-ġibda massima tad-drawbar li għaliha hemm provdut mill-fabbrikant fl-apparat ta’ l-igganċjar, f’N, - it-tagħbija massima vertikali li għaliha hemm provdut mill-fabbrikant fl-apparat ta’ l-igganċjar, f’N. 3.6.3. Il-manwal ta’ l-istruzzjonijiet Barra mill-ħtiġiet minimi stabbiliti f’1.7.4, il-manwal ta’ l-istruzzjonijiet għandu jkun fih it-tagħrif li ġej: (a) rigward il-vibrazzjonijiet emessi mill-makkinarju, jew il-valur attwali jew ċifra kkalkolata mill-qisien miksuba minn fuq makkinarju identiku: - il-valur tal-weighted root mean squareacceleration li għalih ikunu soġġetti d-dirgħajn, jekk dan jaqbeż it-2,5 m/s²; jekk ma jaqbiżx it-2,5 m/s², dan għandu jissemma’, - il-valur tal-weighted root mean square acceleration li għalih ġisem il-bniedem (is-saqajn jew il-warrani) ikun soġġett, jekk dan jaqbeż iż-0,5 m/s²; jekk ma jaqbiżx it-2,5 m/s², dan għandu jissemma’, Fejn ma jiġux applikati l-istandards armonizzati, il-vibrazzjoni għandha tiġi mkejla bl-użu tal-metodu l-iktar xieraq għall-makkinarju involut. Il-fabbrikant għandu jindika l-kondizzjonijiet tat-tħaddim tal-makkinarju matul il-kejl u liema metodi jkunu ġew użati għall-kejl; (b) fil-każ ta’ makkinarju li jippermetti numru ta’ użi skond it-tagħmir użat, il-fabbrikanti tal-makkinarju bażiku li miegħu jista’ jitwaħħal it-tagħmir li jista’ jiġi mibdul wieħed ma’ l-ieħor u l-fabbrikanti tat-tagħmir li jista’ jiġi mibdul wieħed ma’ l-ieħor għandhom jipprovdu t-tagħrif meħtieġ biex jgħin sabiex it-tagħmir jitwaħħal u jiġi użat mingħajr perikolu. 4. IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI TAS-SAĦĦA U TAS-SIGURTÀ BIEX JIKKUMPENSAW GĦAR-RISKJI PARTIKOLARI MINĦABBA XOGĦOL TA’ RFIGĦ Il-makkinarju li jippreżenta riskji minħabba x-xogħol ta’ rfigħ - fil-biċċa l-kbira riskji bil-waqgħa ta’ tagħbijiet u ħbit waħda ma’ l-oħra (kolliżjonijiet) jew riskji minħabba dak li jaqa’ mill-qlib ikkawżat minn xogħol ta’ rfigħ - għandu jkun iddisinjat u mibni biex jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti hawn taħt. Ir-riskji minħabba l-irfigħ jinqalgħu b’mod partikolari fil-każ ta’ makkinarju ddisinjat biex iċaqlaq tagħbija li tinvolvi bidla fil-livell matul iċ-ċaqliq. It-tagħbija tista’ tkun magħmula minn oġġetti, materjali jew merkanzija. 4.1. Rimarki ġenerali 4.1.1. Definizzjonijiet (a) "aċċessorji ta’ rfigħ" tfisser il-komponenti jew it-tagħmir li ma jkunux imwaħħlin mal-magna u mqiegħda bejn il-makkinarju u t-tagħbija jew fuq it-tagħbija biex iwaħħalha; (b) "aċċessorji separati ta’ rfigħ" tfisser l-aċċessorji li jgħinu biex jagħmlu jew jużaw apparat ta’ gganċjar, bħalma huma krieket, shackles, viti bl-għajn, eċċ; (c) "tagħbija ggwidata" tfisser it-tagħbija li ċ-ċaqliq totali tagħha jsir matul gwidi fissi jew flessibbli, li l-pożizzjoni tagħhom tkun stabbilita b’punti fissi; (d) "koeffiċjent tax-xogħol" ifisser il-proporzjon aritmetiku bejn it-tagħbija garantita mill-fabbrikant sa fejn biċċa tagħmir, aċċessorju jew makkinarju jkun kapaċi jżommha u t-tagħbija massima tax-xogħol immarkata fuq it-tagħmir, l-aċċessorju jew il-makkinarju rispettivament; (e) "koeffiċjent tat-test" ifisser il-proporzjon aritmetiku bejn it-tagħbija użata biex isiru t-testijiet ta’ l-istatiċità jew id-dinamiċità fuq biċċa tagħmir, aċċessorju jew makkinarju u t-tagħbija massima tax-xogħol immarkata fuq it-tagħmir, l-aċċessorju jew il-makkinarju; (f) "test ta’ l-istatiċità" jfisser it-test li matulu l-ewwel jiġu spezzjonati l-makkinarju jew l-aċċessorju ta’ rfigħ u soġġetti għal forza li tikkorrispondi għat-tagħbija massima tax-xogħol immultiplikata bil-koeffiċjent statiku xieraq tat-test u wara jiġu spezzjonati mill-ġdid meta t-tagħbija msemmija ma tibqax merfugħa biex jiġi żgurat li ma tkun ġrat l-ebda ħsara; (g) "test tad-dinamiċità" jfisser test li matulu l-makkinarju jitħaddem fil-konfigurazzjonijiet possibbli kollha tiegħu bit-tagħbija massima tax-xogħol filwaqt li titqies l-imġiba dinamika tal-makkinarju biex jiġi eżaminat illi l-makkinarju u l-karatteristiċi ta’ sigurtà ikunu qegħdin jiffunzjonaw kif jixraq. 4.1.2. Il-protezzjoni kontra r-riskji mekkaniċi 4.1.2.1. Ir-riskji minħabba n-nuqqas ta’ stabbilità Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat u mibni li l-istabbilità meħtieġa f’1.3.1 tinżamm kemm waqt ix-xogħol u kemm barra minnu, inklużi l-fażijiet kollha tat-trasportazzjoni, muntaġġ u żmuntar, matul ħsarat previsti tal-komponent u wkoll matul it-testijiet imwettqa b’mod konformi mal-manwal ta’ l-istruzzjonijiet. Għal dan l-iskop, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandhom jużaw il-metodi xierqa ta’ verifika; b’mod partikolari, rigward trakkijiet industrijali li jaħdmu waħedhom b’refgħa li taqbeż il-1.80 m, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandhom, għal kull tip ta’ trakk industrijali involut, iwettqu test ta’ l-istabbilità tal-pjattaforma jew testijiet simili, jew jordnaw li jsiru dawn l-eżamijiet. 4.1.2.2. Binarji ta’ gwida u l-linji tal-binarji Il-makkinarju għandu jiġi pprovdut b’apparat li jaħdmu fuq il-binarji ta’ gwida jew linji li ma jħallux lill-makkinarju jaqbiżhom. Madankollu, jekk jiġri li l–makkinarju jaqbeż dawn il-binarji jew linji, jew jekk il-binarju jew il-komponent li jimxi ma jaħdimx, għandhom jiġu pprovduti l-apparat li ma jħallux lit-tagħmir, il-komponent jew lit-tagħbija milli jaqgħu jew milli tinqaleb il-magna. 4.1.2.3. Saħħa mekkanika Il-makkinarju, l-aċċessorji ta’ rfigħ u l-komponenti li jistgħu jitneħħew għandhom ikunu kapaċi jifilħu t-tensjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għalihom, fejn waqt l-użu u, fejn applikabbli, ’il barra minnu, skond il-kondizzjonijiet ta’ l-istallazzjoni u tax-xogħol li għalihom hemm provduti mill-fabbrikant, u fil-konfigurazzjonijiet kollha relevanti, b’qies xieraq, fejn japplika, għall-effetti tal-fatturi atmosferiċi u tas-saħħa eżerċitata minn persuni. Din il-ħtieġa għandha tiġi ssodisfata wkoll waqt it-trasportazzjoni, il-muntaġġ u l-iżmuntar. Il-makkinarju u l-aċċessorji ta’ rfigħ għandhom ikunu ddisinjati u mibnija hekk li jimpedixxu waqfien mix-xogħol minħabba kedd jew xedd, filwaqt li jitqies l-użu maħsub għalihom. Il-materjali użati għandhom jiġu magħżula fuq il-bażi ta’ l-ambjenti tax-xogħol li għalihom hemm provdut mill-fabbrikant, b’referenza speċjali għat-tmermir, grif, impatti, fraġilità minħabba l-kesħa u l-għomor. Il-makkinarju u l-aċċessorji ta’ rfigħ għandhom jkunu ddisinjati u mibnija li jifilħu tagħbija żejda waqt it-testijiet ta’ l-istatiċità mingħajr deformazzjoni permanenti jew difett fil-patenta. Il-kalkolu għandu jqis il-valuri tal-koeffiċjent tat-test ta’ l-istatiċità magħżul biex jiggaratixxi livell adegwat ta’ sigurtà: li l-koeffiċjient ikollu, bħala regola ġenerali, il-valuri li ġejjin: (a) makkinarju mħaddem bl-idejn u aċċessorji ta’ rfigħ: 1,5; (b) makkinarju ieħor: 1,25. Il-makkinarju għandu jiġi ddisinjat u mibni biex jifħaħ, mingħajr ħsara, it-testijiet tad-dinamiċità mwettqa billi tintuża t-tagħbija massima tax-xogħol immultiplikata bil-koeffiċjent tat-test tad-dinamiċità. Dan il-koeffiċjent tat-test tad-dinamiċità huwa magħżul biex jiggarantixxi livell adegwat ta’ sigurtà: il-koeffiċjent, bħala regola ġenerali, huwa ugwali għal 1,1. It-testijiet tad-dinamiċità għandhom isiru fuq makkinarju lest għax-xogħol skond il-kondizzjonijiet normali ta’ l-użu. Bħala regola ġenerali, it-testijiet għandhom isiru bir-rati ta’ ġiri nominali stabbiliti mill-fabbrikant. Jekk iċ-ċirkwit tal-kontroll jippermetti numru ta’ ċaqliq simultanju (per eżempju, dawrien jew spostament tat-tagħbija), it-testijiet għandhom jitwettqu fl-inqas kondizzjonijiet favorevoli, jiġifieri bħala regola ġenerali, billi jingħaqad flimkien iċ-ċaqliq involut. 4.1.2.4. It-taljoli, iċ-ċilindri, il-ktajjen u l-ħbula It-taljoli, iċ-ċilindri u r-roti għandu jkollhom dijametru li jaqbel mad-daqs tal-ħbula jew tal-ktajjen li jistgħu jiġu mgħammra bihom. Iċ-ċilindri u r-roti għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’tali mod li l-ħbula jew il-ktajjen li jiġu mgħammra bihom ikunu jistgħu jduru mingħajr ma joħorġu barra. Il-ħbula użati direttament biex jerfgħu jew biex jirfdu t-tagħbija ma għandux ikun fihom ċumbar għajr fit-truf tagħhom (iċ-ċumbar huwa tollerat fi stallazzjonijiet maħsuba fid-disinn tagħhom biex jiġu mibdula regolarment skond il-ħtieġa ta’ l-użu tagħhom). Il-ħbula sħaħ u t-truf tagħhom ikollhom koeffiċjent tax-xogħol magħżul hekk li jiggarantixxi livell adegwat ta’ sigurtà; bħala regola ġenerali dan il-koeffiċjent ikun ugwali għal ħamsa. Il-ktajjen ta’ rfigħ ikollhom koeffiċjent tax-xogħol magħżul hekk li jiggarantixxi livell adegwat ta’ sigurtà; bħala regola ġenerali dan il-koeffiċjent ikun ugwali għal erbgħa. Sabiex jivverifika li jkun ġie miksub koeffiċjent adegwat tax-xogħol, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, għal kull tip ta’ katina jew ħabel użati direttament biex jerfgħu tagħbija, u għat-tul tal-ħbula, jagħmlu t-testijiet xierqa jew jordnaw li jsiru dawn t-testijiet. 4.1.2.5. Aċċesorji separati ta’ rfigħ B’qies xieraq għall-proċessi tal-kedd u ta’ l-għomor, l-aċċessorji ta’ rfigħ għandhom jiġu mdaqqsa għal numru ta’ ċikli tax-xogħol konsistenti mat-tul tal-ħajja tagħhom kif ikun speċifikat fil-kondizzjonijiet tax-xogħol għal applikazzjoni mogħtija. Barra minn hekk: (a) il-koeffiċjent tax-xogħol għall-kombinazzjoni tal-ħabel tal-metall/tarf tal-ħabel tal-metall għandu jiġi magħżul hekk li jiggarantixxi livell adegwat ta’ sigurtà; bħala regola ġenerali dan il-koeffiċjent huwa ugwali għal ħamsa. Il-ħbula ma għandux ikun fihom ċumbar jew ħoloq għajr fi trufhom; (b) fejn jiġu użati ktajjen b’ħoloq iwweldjati, għandhom ikunu tat-tip ta’ b’ħolqa qasira. Il-koeffiċjent tax-xogħol għall-ktajjen ta’ kull tip jiġi magħżul hekk li jiggarantixxi livell adegwat ta’ sigurtà; bħala regola ġenerali dan il-koeffiċjent huwa ugwali għal erbgħa. (c) il-koeffiċjent tax-xogħol għall-ħbula tat-tessut jew bragi (slings) huwa dipendenti fuq il-materjal, il-metodu tal-fabbrikazzjoni, id-daqs u l-użu. Dan il-koeffiċjent huwa magħżul sabiex jiggaratixxi livell adegwat ta’ sigurtà; bħal regola ġenerali, huwa ugwali għal sebgħa, sakemm iżda illi l-materjali użati juru li huma ta’ kwalità tajba ħafna u li l-metodu tal-fabbrikazzjoni huwa xieraq għall-użu maħsub tagħhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-koeffiċjent jiġi, bħala regola ġenerali, stabbilit f’livell ogħla sabiex jiżgura livell ekwivalenti ta’ sigurtà. Ħbula u bragi tat-tessut ma għandux ikollhom għoqiedi, tagħqid jew ċumbar għajr fit-truf, minbarra fil-każ ta’ braga mingħajr truf (tonda). (d) il-komponenti tal-metall kollha li jagħmlu, jew jiġu użati ma’ braga għandu jkollhom koeffiċjent tax-xogħol li jiggarantixxi livell adegwat ta’ sigurtà; bħala regola ġenerali dan il-koeffiċjent huwa ugwali għal erbgħa. (e) il-kapaċità massima tax-xogħol ta’ braga b’ħafna truf (multilegged) tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-koeffiċjent tas-sigurtà ta’ l-iktar tarf dgħajjef, fuq in-numru ta’ truf u fuq fattur ta’ tnaqqis li jiddependi fuq il-konfigurazzjoni tal-braga; (f) sabiex jivverifika li jkun ġie miksub koeffiċjent adegwat tax-xogħol, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, għal kull tip ta’ komponent li hemm referenza għalih f’(a), (b), (ċ) u (d) jagħmel it-testijiet xierqa jew jordna li jsiru dawn t-testijiet. 4.1.2.6. Il-kontroll taċ-ċaqliq L-apparat biex jiġi kkontrollat iċ-ċaqliq għandu jaħdem b’tali mod illi l-makkinarju li fuqu jkunu installati jinżamm protett: (a) il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinjat jew mgħammar bl-apparat illi d-distanza taċ-ċaqliq tal-komponenti tiegħu għandha tinżamm fil-limiti speċifikati. Fejn xieraq, il-ħidma ta’ apparat bħal dan għandha tiġi preċeduta minn twissija; (b) fejn numru ta’ magni fissi jew immuntati fuq binarju jistgħu jiġu mmanuvrati flimkien fl-istess waqt u fl-istess post, bir-riskju li jaħbtu, dawn il-magni għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li jkun possibbli li fuqhom jitwaħħlu sistemi li jgħinu biex jevitaw dawn ir-riskji; (c) il-mekkaniżmi tal-makkinarju għandhom ikunu hekk ddisinjati u mibnija li t-tagħbijiet ma jkunux jistgħu jiżżerżqu b’mod perikoluż jew jaqgħu mingħajr ilqugħ jew b’mod mhux mistenni, saħansitra fil-każ ta’ waqfien totali jew parzjali tal-provvista ta’ l-enerġija jew meta l-operatur jieqaf milli jħaddem il-magna; (d) ma għandux ikun possibbli, f’kondizzjonijiet normali tax-xogħol, li t-tagħbija titbaxxa bil-brejk tal-frizzjoni biss, għajr fil-każ tal-makkinarju li l-funzjoni tiegħu teħtieġ li jitħaddem b’dan il-mod; (e) l-apparati taż-żamm għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija li t-twaqqigħ bi żball tat-tagħbijiet jiġi evitat. 4.1.2.7. It-tqandil tat-tagħbijiet Il-post tas-sewqan tal-makkinarju għandu jkun jinsab hekk li jiżgura l-aktar dehra wiesgħa possibbli tat-trajettorji tal-partijiet li jiċċaqalqu, sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ ħbit ma’ persuni jew tagħmir jew makkinarju ieħor li jista’ jkun qiegħed jimmanuvra fl-istess waqt u li x’aktarx jikkaġuna riskju. Il-makkinarju b’tagħbijiet iggwidati fissi f’post wieħed għandu jiġi ddisinjat u mibni hekk li jimpedixxi lil persuni esposti milli jintlaqtu mit-tagħbija jew mill-kontro-piżijiet. 4.1.2.8. Id-dwal Il-makkinarju li jeħtieġ protezzjoni mill-effetti tad-dawl filwaqt li jkun qiegħed jiġi użat għandu jkun mgħammar b’sistema li titfa’ l-iskarigi ta’ l-elettriku li jirriżultaw fl-art. 4.2. Il-ħtiġiet speċjali għall-makkinarju li s-sors ta’ l-enerġija tiegħu huwa differenti mill-isforz manwali 4.2.1. Il-kontrolli 4.2.1.1. Il-pożizzjoni tas-sewqan Il-ħtiġiet stabbiliti fit-taqsima 3.2.1 għandhom japplikaw ukoll għall-makkinarju li ma jiċċaqlaqx (immobbli). 4.2.1.2. Il-provvediment ta’ postijiet bil-qiegħda Il-ħtiġiet stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni paragrafu tat-taqsima 3.2.2., u dawk stabbiliti fit-taqsima 3.2.3 japplikaw ukoll għall-makkinarju li ma jiċċaqlaqx. 4.2.1.3. L-apparat tal-kontroll L-apparati li jikkontrollaw iċ-ċaqliq tal-makkinarju jew it-tagħmir tiegħu għandhom jerġgħu lura fil-pożizzjoni newtrali tagħhom hekk kif jiġu mitluqa minn idejn l-operatur. Madankollu, għal ċaqliq sħiħ jew parzjali li fih ma jkun hemm l-ebda riskju li t-tagħbija jew il-makkinarju jaħbat, l-apparati msemmija jistgħu jiġu mibdula b’kontrolli li jawtorizzaw waqfien awtomatiku f’livelli magħżula minn qabel mingħajr ma jinżamm apparat ta’ kontroll li għandu jinżamm biex jieqaf. 4.2.1.4. Il-kontroll tat-tagħbija Il-makkinarju b’tagħbija massima ta’ xogħol ta’ mhux inqas minn 1000 kilogramm jew mument ta’ qlib ta’ mhux inqas minn 40000 Nm għandu jiġi mgħammar b’apparat li jwissi lix-xufier u li jimpedixxi ċ-ċaċqliq perikoluż tat-tagħbija f’okkażjonijiet fejn: - il-makkinarju jitgħabba żżejjed: - jew bħala riżultat li jinqabeż il-piż massimu tax-xogħol, jew - b’riżultat tal-moments minħabba eċċess għall-piż, - il-moments li jwasslu għall-qlib jinqabżu minħabba li t-tagħbija tkun qiegħda tintrafa’. 4.2.2. L-istallazzjoni ggwidata bil-cables It-trasportaturi, it-tratturi jew il-trasportatura tat-tratturi li jaħdmu bil-cables għandhom jinżammu b’kontro-piżijiet jew b’apparat li jippermettilhom kontroll permanenti fuq it-tensjoni. 4.2.3. Riskji għall-persuni esposti. Mezz ta’ aċċess għall-post tas-sewqan u l-postijiet ta’ l-intervent Il-makkinjarju b’tagħbijiet iggwidati u l-makkinarju li r-reffieda tat-tagħbija tiegħu jsegwu mogħdija definita biċ-ċar għandhom jkunu mgħammra bl-apparat li jimpedixxu kull riskju għall-persuni esposti. Il-makkinarju li jservi livelli speċifiċi li fihom l-operaturi jkunu jistgħu igawdu aċċess għall-pjattaforma tat-tagħbija sabiex iqiegħdu fuq xulxin jew jorbtu t-tagħbija għandu jkun iddisinjat u mibni biex ma jħallix ċaqliq mhux kontrollat fuq il-pjattaforma tat-tagħbija, b’mod partikolari waqt it-tgħabija jew il-ħatt. 4.2.4. Kemm jixraq lill-iskop Meta l-makkinarju jinħareġ fis-suq jew jiġi mħaddem għall-ewwel darba, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jiżgura, billi jieħu l-miżuri xierqa jew jordna li jittieħdu dawn, illi l-aċċessorji ta’ rfigħ u l-makkinarju li jkunu lesti biex jintużaw - sewwa jekk imħaddma bl-idejn u sewwa jekk imħaddma bil-magni - ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom mingħajr perikolu. Il-miżuri msemmija għandhom iqisu l-aspetti dwar l-istatistika u d-dinamiċità tal-makkinarju. Fejn il-makkinarju ma jistax jiġi mmuntat fuq il-fond tal-fabbrikant, jew fuq il-fond tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa fuq il-post fejn jintuża. Inkella, il-miżuri jistgħu jittieħdu jew fuq il-fond tal-fabbrikant jew fuq il-post fejn jintuża. 4.3. Il-marki 4.3.1. Il-ktajjen u l-ħbula Kull tul ta’ katina, ħabel jew benniena biċ-ċineg (webbing) ta’ rfigħ li ma jagħmlux parti mill-muntaġġ għandhom iġorru marka jew, fejn dan ikun impossibbli, pjanċa jew ċirku li ma jistgħux jitneħħew, bl-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità u r-referenza ta’ identifikazzjoni taċ-ċertifikat relevanti. Iċ-ċertifikat għandu juri t-tagħrif meħtieġ skond l-istandards armonizzati jew, jekk dawn ma jeżistux, għallinqas it-tagħrif li ġej: - l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant, jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, - l-indirizz fil-Komunità tal-fabbrikant, jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, kif jixraq, - deskrizzjoni tal-katina jew tal-ħabel li tinkludi: - id-daqs nominali tagħhom, - il-kostruzzjoni, - il-materjal li jkunu magħmulin minnu, u - kull trattament speċjali metallurġiku applikat fuq il-materjal, - jekk ittestjat, l-istandard użat, - it-tagħbija massima li l-katina jew il-ħabel jiġu soġġetti għaliha waqt ix-xogħol. Tista’ tingħata firxa ta’ valuri għal applikazzjonijiet speċifikati. 4.3.2. L-aċċessorji ta’ rfigħ L-aċċessorji kollha ta’ rfigħ għandhom juru d-dettalji li ġejjin: - l-identifikazzjoni tal-fabbrikant, - l-identifikazzjoni tal-materjal (eż. il-klassifikazzjoni internazzjonali) fejn dan it-tagħrif ikun meħtieġ għal kompatibbilità dimensjonali, - l-identifikazzjoni tat-tagħbija massima tax-xogħol, - il-marka "CE". Fil-każ ta’ l-aċċessorji li jinkludu komponenti bħal cables jew ħbula, li fuqhom, l-immarkar huwa fiżikament impossibbli, id-dettalji li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu murija fuq pjanċa jew b’xi mezz ieħor u mwaħħla fis-sod ma’ l-aċċessorju. Id-dettalji għandhom jinqraw sewwa u jkunu jinsabu f’post fejn ma jkunux jistgħu jisparixxu b’riżultat tal-maċinar, xedd, eċċ, jew li jipperikolaw is-saħħa ta’ l-aċċessorju. 4.3.3. Il-makkinarju B’żieda mat-tagħrif minimu li għalih hemm provdut f’1.7.3., kull magna għandha turi, b’mod li jinqara sewwa u ma jitħassarx, it-tagħrif dwar it-tagħbija nominali: (i) imqiegħed għall-wiri fil-forma mhux kodifikata u jidher b’mod prominenti fuq it-tagħmir fil-każ tal-makkinarju li jkollu valur wieħed biss possibbli; (ii) fejn it-tagħbija nominali tiddependi fuq il-konfigurazzjoni tal-magna, kull post tas-sewqan għandu jiġi pprovdut bi pjanċa dwar it-tagħbija li tindika, preferibbilment f’għamla ta’ dijagramma jew permezz ta’ tabelli, it-tagħbijiet nominali għal kull konfigurazzjoni. Il-makkinarju mgħammar b’reffieda għat-tagħbija li jippermetti aċċess għall-persuni u li jinvolvi r-riskju li jaqa’ għandu jkollu twissija ċara u li ma titħassarx li timpedixxi l-irfigħ tal-persuni. Din it-twissija għandha tkun tidher f’kull post fejn l-aċċess ikun possibbli. 4.4. Il-manwal ta’ l-istruzzjonijiet 4.4.1. L-aċċessorji ta’ rfigħ Kull aċċessorju ta’ rfigħ li ma jistax jitneħħa kummerċjalment minn lott ta’ aċċessorji ta’ rfigħ għandu jkollu miegħu manwal ta’ l-istruzzjonijiet li jiddikjara għallinqas id-dettalji li ġejjin: - il-kondizzjonijiet normali dwar l-użu, - l-istruzzjonijiet dwar l-użu, il-muntaġġ u l-manutenzjoni, - il-limiti ta’ l-użu (b’mod partikolari għall-aċċessorji li ma jistgħux jikkonformaw ma’ 4.1.2.6(e)). 4.4.2. Il-makkinarju B’żieda mat-taqsima 1.7.4, il-manwal ta’ l-istruzzjonijiet għandu jinkludi t-tagħrif li ġej: (a) il-karatteristiċi tekniċi tal-makkinarju, u b’mod partikolari: - fejn xieraq, kopja tat-tabella tat-tagħbija deskritta fit-taqsima 4.3.3(ii), - ir-reazzjonijiet tar-reffieda jew ankri u l-karatteristiċi tal-linji tal-mogħdija, - fejn xieraq, id-definizzjoni u l-apparat ta’ l-istallazzjoni tas-saborra; (b) il-kontenut tar-reġistru tax-xogħol (logbook), jekk dan ta’ l-aħħar ma jiġix fornut mal-makkinarju; (c) pariri dwar l-użu, b’mod partikolari biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ dehra diretta tat-tagħbija mill-operatur; (d) l-istruzzjonijiet meħtieġa biex isiru t-testijiet qabel ma makkinarju li ma jkunx ġie mmuntat fuq il-fond tal-fabbrikant fl-għamla li jkun sejjer jiġi użat jibda jitħaddem għall-ewwel darba. 5. IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI TA’ SAĦĦA U SIGURTÀ GĦAL MAKKINARJU MAĦSUB GĦAL XOGĦOL TAĦT L-ART Il-makkinarju maħsub għax-xogħol taħt l-art għandu jiġi ddisinjat u mibni biex jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti hawn taħt. 5.1. Ir-riskji minħabba n-nuqqas ta’ stabbilità Ir-reffieda bil-magna għas-soqfa għandhom ikunu ddisinjati u mibnija lb’tali mod i jżommu direzzjoni mogħtija meta jiċċaqalqu u ma jiżolqux qabel ma jiġu taħt tagħbija jew matulha u wara li titneħħa t-tagħbija. Għandhom ikunu mgħammra b’ankoraġġi għall-pjanċi ta’ fuq tar-reffieda idrawliċi individwali. 5.2. Iċ-ċaqliq Ir-reffieda bil-magna tas-soqfa għandhom jippermettu ċ-ċaqliq bla xkiel ta’ persuni esposti. 5.3. Id-dawl Il-ħtiġiet stabbiliti fit-tielet paragrafu tat-taqsima 1.1.4 ma japplikawx. 5.4. L-apparat tal-kontroll Il-kontrolli ta’ l-aċċelleratur u tal-brejkijiet għaċ-ċaqliq ta’ makkinarju li jimxi fuq il-binarji għandhom ikunu manwali. Il-kontroll li jaħdem biss sakemm l-operatur jibqa’ jagħfas is-swiċċ tiegħu (deadman) jista’ madankollu jitħaddem bis-sieq. L-apparat tal-kontroll tar-reffieda tas-soqfa bil-magna għandhom ikunu ddisinjati u mqiegħda hekk li, waqt xogħol ta’ spostament, l-operaturi jkunu protetti b’reffieda f’posthom. L-apparati tal-kontroll għandhom ikunu protetti kontra kull rilaxx aċċidentali. 5.5. Il-waqfien Il-makkinarju li jaħdem waħdu u jimxi fuq il-binarji biex jintuża għal xogħol taħt l-art għandu jkun mgħammar b’kontroll li jaħdem sakemm l-operatur jibqa’ jagħfas is-swiċċ tiegħu li jaġixxi fuq iċ-ċirkwit li jikkontrolla ċ-ċaqliq tal-makkinarju. 5.6. In-nirien It-tieni inċiż ta’ 3.5.2 huwa mandatorju rigward il-makkinarju li jkun fih partijiet li jieħdu n-nar fil-pront. Is-sistema tal-brejkijiet tal-makkinarju maħsuba biex tintuża għal xogħol taħt l-art għandha tkun iddisinjata u mibnija hekk li ma tipproduċix xrar jew tikkawża nirien. Il-makkinarju b’magni tas-sħana biex jintuża fuq xogħol taħt l-art għandu jiġi mgħammar b’magni tal-kombustjoni interna li jużaw karburanti bi pressa ta’ vaporizzazzjoni baxxa u li jeskludu kull xrara ta’ oriġini elettrika. 5.7. Emissjonijiet ta’ trab, gassijiet, eċċ. Il-gassijiet li joħorġu mill-magni ta’ kombustjoni interna ma għandhomx jobżqu dawn ‘il fuq. 6. IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI TAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ BIEX JIKKUMPENSAW GĦAR-RISKJI PARTIKOLARI MINĦABBA L-IRFIGĦ JEW IĊ-ĊAQLIQ TA’ PERSUNI Il-makkinarju li jippreżenta riskji minħabba l-irfigħ jew iċ-ċaqliq tal-persuni għandu jiġi ddisinjat u mibni biex jissodisfa l-ħtiġiet iddikjarati hawn taħt. 6.1. Ġenerali 6.1.1. Definizzjoni Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, ‘trasportatur’ ifisser apparat li bih il-persuni jiġu mwieżna sabiex jintrefgħu, jitniżżlu jew imċaqalqa. 6.1.2. Saħħa mekkanika Il-koeffiċjenti tax-xogħol definiti fl-intestatura 4 ma humiex adegwati għall-makkinarju maħsub biex jerfa’ jew iċaqlaq il-persuni u għandhom, bħala regola ġenerali, jiġu rduppjati. L-art tat-trasportatur għandha tiġi ddisinjata u mibnija sabiex toffri l-ispazju u s-saħħa li tikkorrispondi għan-numru massimu ta’ persuni u t-tagħbija massima tax-xogħol stabbiliti mill-fabbrikant. 6.1.3. Il-kontroll tat-tagħbija għal tipi ta’apparat mħaddma bl-enerġija għajr is-saħħa tal-bniedem Il-ħtiġiet ta’ l-4.2.1.4 japplikaw tkun xi tkun iċ-ċifra tat-tagħbija massima tax-xogħol. Din il-ħtieġa ma tapplikax fejn rigward tagħha l-fabbrikant jista’ juri illi ma jeżisti l-ebda riskju ta’ tagħbija żejda u/jew qlib. 6.2. Il-kontrolli 6.2.1. Fejn il-ħtiġiet tas-sigurtà ma jimponux soluzzjonijiet oħra: It-trasportatur għandu, bħala regola ġenerali, ikun iddisinjat u mibni hekk li l-persuni ġewwa fih ikollhom mezzi li jikkontrollaw il-mixi ’l fuq u ’l isfel u, jekk xieraq, li jmexxu lill-trasportatur b’mod orizzontali f’relazzjoni mal-makkinarju. Meta l-makkinarju jkun qiegħed jaħdem, dawn il-kontrolli għandhom jiġu qabel kull mezz ieħor li jikkontrolla l-istess moviment, għajr l-apparat ta’ waqfien ta’ emerġenza. Il-kontrolli ta’ dan iċ-ċaqliq għandhom jkunu tat-tip tal-kmand miżmum, għajr fil-każ tal-makkinarju li jservi livelli speċifiċi. 6.2.2. Jekk il-makkinarju ta’ rfigħ jew li jgħabbi l-persuni jista’ jiġi mmexxi bil-trasportatur f’pożizzjoni oħra għajr dik ta’ mistrieħ, għandu jiġi ddisinjat u mibni hekk li l-persuna jew il-persuni fit-trasportatur ikollhom il-mezz li jimpedixxi r-riskji prodotti bil-mixi tal-makkinarju. 6.2.3. Il-makkinarju ta’ rfigħ jew tat-trasportazzjoni tal-persuni għandu jkun iddisinjat, mibni jew mgħammar hekk li l-mixi qawwi tal-trasportatur ma jikkawżax riskji. 6.3. Ir-riskji li persuni jaqgħu mit-trasportatur 6.3.1. Jekk il-miżuri li hemm referenza għalihom f’1.1.15 ma jkunux adegwati, il-trasportaturi għandhom jiġu mgħammra b’numru ta’ postijiet ta’ ankoraġġ biżżejjed skond in-numru tal-persuni li possibbilment jużaw it-trasportatur, li jkunu b’saħħithom biżżejjed biex jitwaħħal magħhom it-tagħmir ta’ protezzjoni personali kontra l-perikolu ta’ l-uqigħ. 6.3.2. Kull bokkaport fil-qiegħ jew fis-saqaf jew fil-bibien tal-ġenb għandu jiftaħ fid-direzzjoni li jwarrab kull riskju ta’ waqgħa jekk jinfetħu għall-għarrieda. 6.3.3. Il-makkinarju ta’ rfigħ jew taċ-ċaqliq għandu jiġi ddisinjat u mibni hekk li jiżgura illi l-art tat-trasportatur ma tinklinax hekk li toħloq ir-riskju li l-okkupanti jaqgħu, inkluż meta tkun miexja. L-art tat-trasportatur ma għandhiex tkun tiżloq. 6.4. Ir-riskji li t-trasportatur jaqa’ jew jinqaleb 6.4.1. Il-makkinarju ta’ rfigħ jew li jġorr lill-persuni għandu jkun iddisinjat u mibni hekk li ma jħallix lit-trasportatur jaqa’ jew jinqaleb. 6.4.2. L-aċċelleratur u l-brejkijiet tat-trasportatur jew ta’ vettura tat-trasportazzjoni taħt il-kontroll ta’ l-operatur jew imqabbda jaħdmu b’apparat ta’ sigurtà u skond il-kondizzjonijiet tat-tagħbija massima u l-ġiri massimu stabbiliti mill-fabbrikant, ma għandhom jikkawżaw l-ebda riskju għall-persuni esposti. 6.5. Il-marki Fejn ikun meħtieġ, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà, it-trasportatur għandu jkollu fuqu t-tagħrif essenzjali relevanti. -------------------------------------------------- L-ANNESS II A. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE tal-makkinarju [1] Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin: - l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità [2], - deskrizzjoni tal-makkinarju [3], - id-dispożizzjonijiet kollha relevanti li l-makkinarju jikkonforma magħhom, - fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat u n-numru taċ-ċertifikat ta’ l-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE, - fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat li lilu jkun ġie mibgħut il-file b’mod konformi ma’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 8(2)(ċ), - fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat li jkun wettaq il-verifika li hemm referenza għaliha fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 8(2)(ċ), - fejn xieraq, referenza għall-istandards armonizzati, - fejn xieraq, l-istandards tekniċi nazzjonali u l-ispeċifikazzjonijiet użati, - l-identifikazzjoni tal-persuna bis-setgħa li tiffirma f’isem il-fabbrikant jew tar-rappreżentanti maħtura minnu. B. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità (l-Artikolu 4(2)) Id-dikjarazzjoni tal-fabbrikant li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4(2) għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin: - l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat, - deskrizzjoni tal-makkinarju jew tal-partijiet tal-makkinarju, - fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat u n-numru taċ-ċertifikat ta’ l-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE, - fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat li lilu jkun ġie mibgħut il-file b’mod konformi ma’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 8(2)(ċ), - fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat li jkun wettaq il-verifika li hemm referenza għaliha fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 8(2)(ċ), - fejn xieraq, referenza għal-livelli armonizzati, - dikjarazzjoni illi l-makkinarju ma għandux jibda jitħaddem sakemm il-makkinarju li fih għandu jiġi inkorporat ma jkunx ġie ddikjarat li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, - l-identifikazzjoni tal-persuna li tiffirma. C. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE tal-komponenti ta’ sigurtà maħruġa fis-suq separatament [4] Id- dikjarazjoni tal-konformità tal-KE għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin: - l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità [5], - deskrizzjoni tal-komponent tas-sigurtà [6], - il-funzjoni tas-sigurtà imwettqa mill-komponent tas-sigurtà, jekk ma tkunx ovvja mid-deskrizzjoni, - fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat u n-numru taċ-ċertifikat ta’ l-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE, - fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat li lilu jkun ġie mibgħut il-file b’mod konformi ma’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 8(2)(ċ), - fejn xieraq, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat li jkun wettaq il-verifika li hemm referenza għaliha fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 8(2)(ċ), - fejn xieraq, riferenza għall-istandards armonizzati, - fejn xieraq, l-istandards tekniċi nazzjonali u l-ispeċifikazzjonijiet użati, - l-identifikazzjoni tal-persuna mogħtija s-setgħa li tiffirma f’isem il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità. [1] Id-deskrizzjoni tal-makkinarju (għamla, tip, numru tas-serje, eċċ.). [2] Id-deskrizzjoni tal-komponent tas-sigurtà (għamla, tip, numru tas-serje, jekk hemm eċċ.). [3] Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi fformulata fl-istess lingwa ta’ l-istruzzjonijiet oriġinali (ara t-taqsima 1.7.4(b) ta’ l-Anness I, u għandha tkun miktuba b’ittri kbar (kapitali), jew bit-typewriter jew bl-id. Għandu jkollha magħha traduzzjoni f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż li fih il-makkinarju jkun sejjer jiġi użat. Din it-traduzzjoni għandha ssir b’mod konformi ma’ l-istess kondizzjonijiet għat-traduzzjoni ta’ l-istruzzjonjiet. [4] Id-deskrizzjoni tal-makkinarju (għamla, tip, numru tas-serje, eċċ.). [5] Id-deskrizzjoni tal-komponent tas-sigurtà (għamla, tip, numru tas-serje, jekk hemm eċċ.). [6] L-isem u l-indirizz kummerċjali; ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħtu wkoll l-isem u l-indirizz kummerċjali tal-fabbrikant. -------------------------------------------------- L-ANNESS III IL-MARKA CE TAL-KONFORMITÀ - Il-marka CE tal-konformità għandha tikkonsisti fl-inizjali "CE" li tieħu l-għamla li ġejja: +++++ TIFF +++++ - jekk il-marka "CE" tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati, - il-komponenti varji tal-marka "CE" għandhom b’mod sostanzjali jkollhom l-istess dimensjoni vertikali, li ma tistax tkun inqas minn 5mm. Din id-dimensjoni minima tista’ tiġi mwarrba fuq makkinarju ta’ skala żgħira. -------------------------------------------------- L-ANNESS IV IT-TIPI TA’ MAKKINARJU U TA’ KOMPONENTI TAS-SIGURTÀ LI GĦALIHOM GĦANDHA TIĠI APPLIKATA L-PROĊEDURA LI HEMM REFERENZA GĦALIHA FL-ARTIKOLU 8(2)(b) u (ċ) A. Il-Makkinarju 1. Srieraq ċirkolari (b’xafra waħda jew b’ħafna) għax-xogħol ta’ l-injam u ta’ materjali analogi jew għax-xogħol bil-laħam u materjali analogi. 1.1. Magni tas-serrar b’għodda fissa waqt it-tħaddim, li jkollhom sodda fissa bit-tmigħ manwali tal-biċċa li għandha tinħadem jew bi tmigħ bil-magna li jista’ jiġi żmuntat. 1.2. Magni tas-serrar li jaħdmu b’għodda fissa, li jkollhom bank tas-serrar jew ġarriera mħaddma manwalment reċiprokanti. 1.3. Magni tas-serrar b’għodda fissa waqt it-tħaddim, li jkollhom apparat tat-tmigħ mibni fihom infushom għall-biċċiet li għandhom jinħadmu, fejn ix-xogħol jitgħabba u/jew jinħatt bl-idejn. 1.4. Magni tas-serrar b’għodda tiċċaqlaq waqt it-tħaddim, li jkollhom apparat tat-tmigħ mekkaniku u fejn ix-xogħol jitgħabba u/jew jinħatt bl-idejn. 2. Magni taċ-ċanar li jaħdmu l-injam mitmugħ bl-idejn. 3. Ħaxxiena (thicknessers) għal dressing minn naħa waħda għax-xogħol ta’ l-injam fejn ix-xogħol jitgħabba u/jew jinħatt bl-idejn. 4. Band-saws b’sodda fissa jew mobbli u band-saws b’ġarriera mobbli, fejn ix-xogħol jitgħabba jew jinħatt bl-idejn, fix-xogħol ta’ l-injam jew ta’ materjali analogi jew għax-xogħol fil-laħam u materjali analogi. 5. Magni kombinati tat-tip li hemm referenza għalihom f’1 sa 4 u 7 għax-xogħol fl-injam u materjali analogi. 6. Magni tal-minċotti mitmugħa bl-idejn b’numru ta’ postijiet fejn tinżamm l-għodda għax-xogħol ta’ l-injam. 7. Magni li jagħmlu l-forom bil-magħżel vertikali li jiġu mitmugħa bl-idejn għax-xogħol ta’ l-injam u materjali analogi. 8. Band-saws li jinġarru għax-xogħol ta’ l-injam. 9. Preses, inklużi brejkijiet bil-pressa, għax-xogħol mingħajr sħana tal-metalli, fejn ix-xogħol jitgħabba u/jew jinħatt bl-idejn, li l-partijiet mobbli tagħhom jista’ jkollhom medda li taqbeż is-6 mm u veloċità li taqbeż it-30 mm/s. 10. Magni li jagħtu l-forma lill-plastik bl-injezzjoni jew bil-kompressjoni fejn ix-xogħol jitgħabba jew jinħatt bl-idejn. 11. Magni li jagħtu l-forma lil-lastiku bl-injezzjoni jew bil-kompressjoni fejn ix-xogħol jitgħabba jew jinħatt bl-idejn. 12. Makkinarju li jaħdem taħt l-art tat-tipi li ġejjin: - makkinarju fuq il-binarji: lokomottivi u vannijiet tal-brejk, - reffieda tas-soqfa mħaddmin bil-fluwidu (idrawliċi), - magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu mgħammra mal-makkinarju li jaħdem taħt l-art. 13. Trakkijiet imħaddma b’mod manwali għall-ġbir ta’ l-iskart domestiku li jinkorporaw mekkaniżmu bil-kompressjoni. 14. Ilqugħ u xaftijiet tat-trasmissjoni li jinqalgħu, b’joints universali kif deskritti fit-taqsima 3.4.7. 15. Vetturi li jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fuq liftijiet. 16. Apparat għall-irfigħ tal-persuni li jinvolvu r-riskju ta’ uqigħ minn għoli vertikali ta’ iktar minn tliet metri. 17. Magni għall-fabbrikazzjoni tal-logħob tan-nar. B. Komponenti tas-sigurtà 1. Apparati elettro-sensittivi ddisinjati speċifikament biex jagħarfu l-persuni sabiex jiżguraw is-sigurtà tagħhom (ostakoli mhux materjali, tapiti b’sensors, electromagnetic detectors, eċċ). 2. Unitajiet tal-loġika li jiżguraw il-funzjonijiet tas-sigurtà ta’ kontrolli bimanwali. 3. Ilqugħ awtomatiċi li jiċċaqalqu biex jipproteġu lill-preses li hemm referenza għalihom fid-9, 10 u 11. 4. Strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib (ROPS). 5. Strutturi ta’ protezzjoni li jimpedixxu l-oġġetti milli jaqgħu (ROPS). -------------------------------------------------- L-ANNESS V ID-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-KE Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness "makkinarju" jfisser jew "makkinarju" jew "komponent ta’ sigurtà" kif definit fl-Artikolu 1(2). 1. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE hija proċedura li biha l-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, jiddikjara li l-makkinarju li jkun qiegħed jinħareġ fis-suq jikkonforma mal-ħtiġiet kollha essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà li japplikaw għalih. 2. Il-firma tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE tawtorizza lill-fabbrikant, jew lir-rappreżentat awtorizzat tiegħu fil-Komunità, li jwaħħlu l-marka "CE" mal-makkinarju. 3. Qabel jifformulaw id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE, il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità, għandhom ikunu żguraw u għandhom ikunu kapaċi jiggarantixxu li d-dokumentazzjoni elenkata hawn taħt hija u sejra tibqa’ disponibbli fuq il-fond għal kull għan ta’ spezzjon: (a) il-file tekniku tal-kostruzzjoni li jkun fih: - disinn ġenerali tal-makkinarju flimkien ma’ disinji taċ-ċirkwiti tal-kontroll, - disinji sħaħ dettaljati, akkumpanjati minn kull nota ta’ kalkolu, tar-riżultati tat-testijiet, eċċ., meħtieġa biex jikkontrollaw il-konformità tal-makkinarju mal-ħtiġiet essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà, - lista ta’: - il-ħtiġiet essenzjali ta’ din id-Direttiva, - l-istandards, u - l-ispeċifikazzjonijiet l-oħra tekniċi, li kienu ġew użati meta l-makkinarju kien qiegħed jiġi ddisinjat, - deskrizzjoni tal-metodi adottati biex jeliminaw ir-riskji ppreżentati mill-makkinarju, - jekk jixtieq hekk, kull rapport jew ċertifikat tekniku miksub minn korp jew laboratorju kompetenti [1], - jekk jiddikjara l-konformità ma’ l-istandards armonizzati, kull rapport tekniku li jagħti r-riżultati tat-testijiet imwettqa fuq l-għażla tagħhom jew minnhom infushom jew minn korp kompetenti jew minn laboratorju [2], - kopja ta’ l-istruzzjonijiet għall-makkinarju; (b) għall-fabbrikazzjoni f’serje, il-miżuri interni li għandhom jiġu implimentati biex jiżguraw li l-makkinarju jibqa’ jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Il-fabbrikant għandu jwettaq ir-riċerka jew it-testijiet meħtieġa dwar il-komponenti, it-tagħmir li jitwaħħal jew il-magna sħiħa biex jistabbilixxi jekk bid-disinn jew bil-bini tagħha, il-magna tkunx kapaċi titpoġġa f’pożizzjoni wieqfa u titħaddem bla perikolu. In-nuqqas li tiġi ppreżentata d-dokmentazzjoni bi tweġiba għal talba ssostanzjata kif mistħoqq mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tista’ tikkostitwixxi raġunijiet biżżejjed biex ikun hemm dubju dwar il-preżunzjoni tal-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. 4. (a) Id-dokumentazzjoni li hemm referenza għaliha fi 3 hawn fuq ma għandhiex għalfejn teżisti b’mod permanenti f’manjiera materjali imma għandu jkun possibbli li tinġabar u ssir disponibbli f’perjodu ta’ żmien skond l-importanza tagħha (id-dokumentazzjoni). Ma għandhiex għalfejn tinkludi pjanti jew kull tagħrif speċifiku rigward is-subassemblaġġi użati fil-fabbrikazzjoni tal-makkinarju għajr jekk it-tagħrif tagħhom ikun essenzjali għall-verifika tal-konformità mal-ħtiġiet bażiċi ta’ sigurtà. (b) Id-dokumentazzjoni li hemm referenza għaliha fi 3 hawn fuq għandha tinżamm u tibqa’ disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għal mill-inqas 10 snin wara d-data tal-fabbrikazzjoni tal-makkinarju jew ta’ l-aħħar unità prodotta, fil-każ ta’ fabbrikazzjoni f’serje. (c) Id-dokumentazzjoni li emm referenza għaliha fi 3 hawn fuq għandha titfassal f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunitajiet, għajr għall-istruzzjonijiet tal-makkinarju. [1] Kull korp jew laboratorju huwa preżunt kompetenti jekk dan jissodisfaw il-kriterji ta’ stima stabbiliti bl-istandards armonizzati relevanti. [2] Kull korp jew laboratorju huwa preżunt kompetenti jekk dan jissodisfaw il-kriterji ta’ stima stabbiliti bl-istandards armonizzati relevanti. -------------------------------------------------- L-ANNESS VI L-EŻAMINAZZJONI TAT-TIP TAL-KE Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness "makkinarju" jfisser jew "makkinarju" jew "komponent ta’ sigurtà" kif definit fl-Artikolu 1(2). 1. L-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE hija proċedura li biha korp notifikat jaċċerta u jiċċertifika li kampjun tal-makkinarju jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih. 2. L-applikazzjoni għal eżaminazzjoni tat-tip tal-KE għandha tiġi ddepożitata mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għand korp notifikat waħdieni fir-rigward tal-kampjun tal-makkinarju. L-applikazzjoni għandha tinkludi: - l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità u tal-post tal-fabbrikazzjoni tal-makkinarju, - file tekniku li mill-inqas ikun fih: - disinn ġenerali tal-makkinarju flimkien ma’ disinji taċ-ċirkwiti tal-kontroll, - disinji sħaħ dettaljati, akkumpanjati minn kull nota ta’ kalkolu, tar-riżultati tat-testijiet, eċċ., meħtieġa biex jikkontrollaw il-konformità tal-makkinarju mal-ħtiġiet essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà, - deskrizzjoni tal-metodi adottati biex jeliminaw ir-riskji ppreżentati mill-makkinarju u lista ta’ l-standards użati, - kopja ta’ l-istruzzjonijiet għall-makkinarju; - għall-fabbrikazzjoni f’serje, il-miżuri interni li għandhom jiġu implimentati biex jiżguraw li l-makkinarju jibqa’ jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Għandha tiġi akkumpanjata b’magna rappreżentattiva tal-produzzjoni ppjanifikata jew, fejn xieraq, dikjarazzjoni dwar fejn il-magna tista’ tiġi ttestjata. Id-dokumentazzjoni hemm referenza għaliha hawn fuq ma għandhiex għalfejn tinkludi pjanti jew kull tagħrif speċifiku rigward is-subassemblaġġi użati fil-fabbrikazzjoni tal-makkinarju għajr jekk jiġi magħruf li huwa essenzjali għall-verifika tal-konformità mal-ħtiġiet bażiċi ta’ sigurtà. 3. Il-korp notifikat għandu jwettaq l-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE bil-mod deskritt hawn taħt: - għandu jittestja l-file tekniku tal-kostruzzjoni biex jivverifika kemm ikun xieraq u l-magna fornita jew magħmula disponibbli għalih, - matul l-eżaminazzjoni tal-magna, il-korp għandu: (a) jiżgura li tkun ġiet iffabbrikata b’konformità mal-file tekniku tal-kostruzzjoni u li tista’ tiġi użata mingħajr perikolu skond il-kondizzjonijiet maħsuba għax-xogħol tagħha; (b) jikkontrolla li l-istandards, jekk użati, ikunu ġew applikati kif jixraq; (c) iwettaq it-testijiet u l-kontrolli xierqa biex jikkontrolla jekk il-magna tikkonformax mal-ħtiġiet essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà li japplikaw għaliha. 4. Jekk il-kampjun jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli għalih, il-korp għandu jifformola ċertifikat ta’ l-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE skond it-tip li għandu jintbagħat lill-applikant. Dan iċ-ċertifikat għandu jiddikjara l-konklużjonijiet ta’ l-eżaminazzjoni, jindika kull kondizzjoni li għaliha l-ħruġ tiegħu jista’ jiġi soġġett u jkun akkumpanjat bid-deskrizzjonijiet u d-disinji meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-kampjun approvat. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi l-oħra approvati jistgħu jiksbu kopja taċ-ċertifikat u, fuq talba raġjonata, kopja tal-file tekniku tal-kostruzzjoni u tar-rapporti dwar t-testijiet u l-kontrolli mwettqa. 5. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu jgħarraf lill-korp notifikat b’kull modifika, saħansitra b’waħda żgħira, li jkun għamel jew li jkollu l-ħsieb li jagħmel fuq il-makinarju li għalih jirrelata l-kampjun. Il-korp notifikat għandu jeżamina dawn il-modifiki u jgħarraf lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità dwar jekk iċ-ċertifikat ta’ l-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE ikunx baqa’ validu. 6. Korp li jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ l-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE għandu jgħarraf b’dan lill-korpi nnotifikati l-oħra. Korp li jirtira ċertifikat ta’ eżaminazzjoni tat-tip tal-KE għandu jgħarraf b’dan lill-Istat Membru li jkun innotifikah. Dan ta’ l-aħħar għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lil-Kummissjoni b’dan, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. 7. Il-files u l-korrispondenza li jirreferu għall-proċeduri ta’ l-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE għandhom jitfasslu fil-lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew f’lingwa aċċettabbli għalih. -------------------------------------------------- L-ANNESS VII IL-KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JITQIESU MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKA TAL-KORPIJIET Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness "makkinarju" jfisser jew "makkinarju" jew "komponent ta’ sigurtà" kif definit fl-Artikolu 1(2). 1. Il-korp, id-direttur tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-verifika ma għandhomx ikunu d-disinnjatur, il-fabbrikant, il-fornitur jew min jistalla l-makkinarju li jiġi spezzjonat, u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi wieħed minn dawn il-partijiet. Ma għandhomx ikunu jew involuti direttament jew bħala rappreżentanti awtorizzati fid-disinn, il-bini, il-bejgħ fis-suq jew il-manutenzjoni tal-makkinarju. Dan ma jeskludix il-possibbiltà ta’ skambju ta’ tagħrif tekniku bejn il-fabbrikant u l-korp. 2. Il-korp u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu t-testijiet ta’ verifika bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u ta’ kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa mill-pressjonijiet kollha u mit-tħajjir kollu, b’mod partikolari dawk finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultat tal-verifika. 3. Il-korp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, il-persunal meħtieġ u jkun fil-pussess tal-faċilitajiet meħtieġa biex jgħinuh iwettaq sewwa l-biċċiet tax-xogħol amministrattivi u tekniċi marbutin mal-verifika; għandu jkollu wkoll aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal verifika speċjali. 4. Il-persunal responsabbli mill-ispezzjoni għandu jkollu: - taħriġ tekniku u professjonali tajjeb, - għerf sodisfaċenti dwar il-ħtiġiet tat-testijiet li huma jwettqu u esperjenza adegwata f’testijiet bħal dawn, - il-ħila li jfasslu ċ-ċertifikati, ir-reġistrazzjonijiet u r-rapporti meħtieġa biex jawtentifikaw it-twettiq tat-testijiet. 5. Għandha tkun garantita l-imparzjalità ta’ l-ispezzjoni. Ir-rimunerazzjoni ma għandhiex tiddependi fuq in-numru ta’ testijiet imwettqa jew mir-riżultati ta’ dawn t-testijiet. 6. Il-korp għandu jidħol f’assigurazzjoni ta’ min iħaddem għajr jekk ir-responsabbilità tiegħu tiġix meħuda mill-Istat b’mod konformi mal-liġijiet nazzjonali, jew jekk l-Istat Membru nnifsu jidħol direttament responsabbli għat-testijiet. 7. Il-persunal tal-korp għandu jkun marbut li josserva s-segretezza professjonali rigward it-tagħrif kollu miksub fit-twettiq tal-biċċiet tax-xogħol tiegħu (għajr vis-à-vis l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat li fih jitwettqu l-attivitajiet) skond din id-Direttiva jew kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li jagħtuhom effett. -------------------------------------------------- L-ANNESS VIII Il-Parti A Direttivi Revokati (li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 14). Id-Direttiva 89/392/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha: --- id-Direttiva 91/368/KEE | -Artkolu 1 biss | --- id-Direttiva 93/44/KEE | | --- id-Direttiva 93/68/KEE | l-Artkolu 6 biss | Il-Parti B Il-lista tad-dati ta’ għeluq għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni fil-liġijiet nazzjonali (li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 14) Direttiva | Data ta’ għeluq għat-traspożizzjoni | Data ta’ l-applikazzjoni | Id-Direttiva 89/392/KEE (ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 9) | fl-1 ta’ Jannar 1992 | Tibda mill-1 ta’ Jannar 1993; għall-prodotti li hemm referenza għalihom fid-Direttivi 86/295/KEE, 86/296/KEE; jibdew mill-1 ta’ Lulju 1995 | Id-Direttiva 91/368/KEE (ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 16) | fl-1 ta’ Jannar 1992 | Tibda mill-1 ta’ Jannar 1993 | Id-Direttiva 93/44/KEE (ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 12) | fl-1 ta’ Lulju 1994 | Tibda mill-1 ta’ Jannar 1995Tibda mill-1 ta’ Lulju 1994L-Artikolu 1(10), bl-eċċezzjoni tal-punti (a), (b) u (q)L-Artikolu 1(11)(a) u (b)L-Artikolu 1(12)(ċ), (d), (e) u (f) | Id-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1) | fl-1 ta’ Lulju 1994 | Tibda mill-1 ta’ Jannar 1995 | -------------------------------------------------- L-ANNESS IX TABELLA TAL-KORRELAZZJONI Id-Direttiva tal-Kunsill 89/392/KEE | Din id-Direttiva | L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 1(2), il-punt (a), l-ewwel inċiż | L-Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 1(2), il-punt (a), it-tieni inċiż | L-Artikolu1 (2), it-tielet subparagrafu | L-Artikolu 1(2), il-punt (a), it-tielet inċiż | L-Artikolu 1(2), ir-raba’ subparagrafu | L-Artikolu 1(2), il-punt (b) | L-Artikolu 1(3) | L-Artikolu 1(3) | L-Artikolu 1(4) | L-Artikolu 1(4) | L-Artikolu 1(5) | L-Artikolu 1(5) | L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 | L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 | L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 | L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 | L-Artikolu 6 | L-Artikolu 6 | L-Artikolu 7 | L-Artikolu 7 | L-Artikolu 8(1) | L-Artikolu 8(1) | L-Artikolu 8(2) | L-Artikolu 8(2) | L-Artikolu 8(3) | L-Artikolu 8(3) | L-Artikolu 8(4) | L-Artikolu 8(4) | L-Artikolu 8 (4a) | L-Artikolu 8(5) | L-Artikolu 8(5) | L-Artikolu 8(6) | L-Artikolu 8(6) | L-Artikolu 8(7) | L-Artikolu 8(7) | L-Artikolu 8(8) | L-Artikolu 9 | L-Artikolu 9 | L-Artikolu 10 | L-Artikolu 10 | L-Artikolu 11 | L-Artikolu 11 | L-Artikolu 12 | L-Artikolu 12 | L-Artikolu 13(1) | — | L-Artikolu 13(2) | — | L-Artikolu 13(3) | L-Artikolu 13(1) | L-Artikolu 13(4) | L-Artikolu 13(2) | — | L-Artikolu 14 | — | L-Artikolu 15 | — | L-Artikolu 16 | L-Anness I | L-Anness I | L-Anness II | L-Anness II | L-Anness III | L-Anness III | L-Anness IV: | L-Anness IV: | L-Anness V | L-Anness V | L-Anness VI | L-Anness VI | L-Anness VII | L-Anness VII | — | L-Anness VIII | — | L-Anness IX | --------------------------------------------------