EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Id-drittijiet tal-bniedem

Id-Drittijiet tal-bniedem huma definiti minn Nazzjonijiet Uniti bħala “prinċipji morali jew norm li jiddeskrivu ċertu standards ta’ mġieba umana u li huma protetti b’mod regolari fil-liġi muniċipali u internazzjoniali”.

Fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE), it-terminu “drittijiet fundamentali” jintuża biex jesprimi l-kunċett tad-“drittijiet tal-bniedem”. Dawn id-drittijiet li huma fundamentali għall-individwi li jgħixu fl-UE huma mniżżla fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Il-Karta saret legalment vinkolati madwar l-UE bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona f’Diċembru 2009.

Ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità huwa wieħed mill-valuri fundamentali tal-UE. Flimkien mal-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazjija, tal-ugwaljanza u l-istat tad-dritt, jiggwida l-azzjoni tal-UE kemm ġewwa kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha. L-UE tuża t-terminu d-“drittijiet tal-bniedem” biex tirreferi għal dawk id-drittijiet lil hinn minn fruntieri tagħha, bħal fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni jew il-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp.

L-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jippermetti l-possibbiltà li d-drittijiet ta’ sħubija tal-UE jiġu sospiżi (bħad-drittijiet tal-vot fil-Kunsill) jekk pajjiż jikser serjament u persistentement il-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE (il-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt).

ARA WKOLL

Top