EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Trasport

transport

Il-politika tat-trasport tal-Unjoni Ewropea (UE) timmira li tiżgura moviment bla intoppi, effiċjenti, sigur u liberu ta’ nies u oġġetti madwar l-UE permezz ta’ netwerks integrati li jużaw kull mod ta’ trasport (triq, ferrovija, ilma u ajru). 

Timmira li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ mobilità fl-UE li huma effiċjenti, sikuri u tajbin għall-ambjent ġol-UE u li tipprovdi l-kundizzjonijiet għal industrija kompetittiva li tiġġenera t-tkabbir u l-impjiegi.

Il-politika tat-trasport tal-UE tindirizza wkoll kwistjonijiet li jvarjaw ħafna bejniethom bħat-tibdil fil-klima, id-drittijiet tal-passiġġieri, karburanti nodfa, eċċ., u kwalunkwe kwistjoni relatata mat-trasport li tista’ tiġi ndirizzata aħjar fuq livell tal-UE.

Irregolat mill-Artikolu 4(2)(g) u Titlolu VI (Artikoli 90 sa 100) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, it-trasport huwa wieħed mill-politiki strateġiċi l-aktar komuni tal-UE.