Trasport

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Il-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar it-trasport timmira li tiżgura moviment bla intoppi, effiċjenti, sigur u liberu ta' nies u oġġetti madwar l-UE permezz ta' netwerks integrati li jużaw kull mod ta' trasport (triq, ferrovija, ilma u ajru). Il-politika tal-UE tindirizza wkoll kwistjonijiet li jvarjaw ħafna bejniethom bħat-tibdil fil-klima, id-drittijiet tal-passiġġieri, karburanti nodfa, u t-tnaqqis tal-burokrazija relatata mad-dwana fil-portijiet.

Irregolat mit-Titolu VI (Artikoli 90 sa 100) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, it-trasport huwa waħda mill-politiki strateġiċi l-aktar komuni tal-UE. Il-politika futura sejra tkun ibbażata ħafna fuq il-White Paper tal-2011, li tinkludi 40 inizjattiva ddisinjati sabiex jiġġeneraw it-tkabbir, ix-xogħlijiet, it-tnaqqis tad-dipendenza fuq iż-żejt importat u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju tas-settur b'60% sal-2050.