Tassazzjoni

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Il-politika fiskali fl-Unjoni Ewropea (UE) għandha żewġ komponenti: it-tassazzjoni diretta, li tibqa' r-responsabbiltà unika tal-Istati Membri, u t-tassazzjoni indiretta, li taffettwa l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

Fir-rigward tat-tassazzjoni diretta, l-UE madankollu stabbiliet xi standards armonizzati għal tassazzjoni tal-kumpanija u personali, u l-pajjiżi membri ħadu miżuri konġunti sabiex jimpedixxu l-evażjoni fiskali u t-tassazzjoni doppja.

Dwar it-tassazzjoni indiretta, l-UE tikkoordina u tarmonizza l-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u d-dazji tas-sisa. Tiżgura li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tiġix imfixkla minn varjazzjonijiet fir-rati u sistemi ta' tassazzjoni indiretta li jagħtu negozji f'pajjiż wieħed vantaġġ inġust fuq oħrajn.