Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Ir-riċerka u l-innovazzjoni jikkontribwixxu direttament għal-livell ta' prosperità tagħna u għall-benesseri tal-individwi u tas-soċjetà b'mod ġenerali. It-Trattat ta' Lisbona jsaħħaħ l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) f'dan il-qasam ta' riċerka bil-għan li joħloq Żona Ewropea tar-Riċerka.

B'baġit ta' kważi EUR 80 biljun, “Orizzont 2020” huwa l-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-UE għall-perjodu 2014-2020. Huwa mfassal biex jimplimenta l-Unjoni ta' Innovazzjoni, l-istrateġija tal-Ewropa għall-innovazzjoni u waħda mill-inizjattivi ewlenin ta' Ewropa 2020. Orizzont 2020 għandu l-għan li jistabbilixxi l-UE bħala ekonomija ewlenija bbażata fuq l-għarfien, li tipproduċi xjenza u innovazzjoni ta' klassi dinjija sabiex tiżgura l-kompetittività globali tal-Ewropa.