EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Politika reġjonali

regional_policy

B’rikonoxximent għall-importanza tal-politika reġjonali, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (UE) jiddedika ħames artikli dwar il-“koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” (l-Artikoli 174–178).

Il-politika reġjonali u ta’ koeżjoni tal-UE issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Istati Membri tal-UE u fir-reġjuni billi tappoġġa l-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, kwalità ta’ ħajja imtejba u tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. 

Biex tilħaq dawn l-għanijiet, l-UE warrbet EUR392 biljun għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, imwassla permezz ta’ fondi speċifiċi għall-perjodu 2021–2027.