Politika reġjonali

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

B'rikonoxximent tal-importanza tal-politika reġjonali, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (UE) jiddedika ħames artikli dwar il-“koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” (Artikoli 174 - 178).

Il-politika timmira li tnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali bejn ir-reġjuni tal-UE billi tappoġġa l-ħolqien tax-xogħol, il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, il-kwalità tal-ħajja mtejba u żvilupp sostenibbli.

Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ESIFs) jgħinu lir-reġjuni jegħlbu l-iżvantaġġi tagħhom u b'hekk iwasslu għall-irkupru tat-“telf tal-aqwa mħuħ” u żvantaġġi oħrajn li huma jsofru minnhom.

Bejn l-2014 u l-2020, l-UE sejra tinvesti EUR 325 biljun biex twassal it-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll tindirizza t-tibdil fil-klima, id-dipendenza fuq l-enerġija u l-esklużjoni soċjali.