Ġustizzja, libertà u sigurtà

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Il-qasam tal-Unjoni Ewropea tal-libertà, sigurtà u ġustizzja nħoloq biex jiżgura l-moviment liberu ta' persuni u biex joffri livell għoli ta' protezzjoni liċ-ċittadini. Huwa jkopri oqsma ta' politika li jinfirxu mill-immaniġġar tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea sal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija. Huwa jinkludi wkoll il-politika dwar l-ażil u l-immigrazzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità (it-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, l-isfruttament għal skopijiet sesswali tat-tfal, it-traffikar tal-bnedmin, id-drogi illegali, eċċ.).

Il-ħolqien tal-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja huwa bbażat fuq il-programm ta' Tampere (1999-2004), tal-Aja (2004-2009) u ta' Stokkolma (2010-2014). Huwa joħroġ mit-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tirregola “L-Ispazju tal-libertà, sigurtà u ġustizzja”.