EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Affarijiet Istituzzjonali

institutional_affairs

L-Unjoni Ewropea (UE) hija kemm proġett politiku kif ukoll organizzazzjoni legali. Hija tieħu azzjoni f'diversi oqsma li jolqtu l-ħajja ta' kuljum tac-ċittadini Ewropej. Il-politiki tagħha huma implimentati skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f'serje ta' Trattati.

L-Unjoni Ewropea tikkonsisti fi 27 Stat Membru li, permezz ta' dawn it-Trattati, ċediet ċerti poteri lill-istituzzjonijiet tal-UE, b'hekk l-UE għandha l-poteri esklussivi tagħha stess kif ukoll oħrajn li hija tikkondividi mal-Istati Membri tagħha. L-Istati Membri żammew ukoll ċerti poteri għalihom infushom.

Element ewlieni huwa l-prinċipju ta' sussidjarjetà li jistabbilixxi meta l-UE tkun kompetenti biex tilleġiżla, u jirriżulta f'li jittieħdu deċiżjonijiet qrib kemm jista' jkun taċ-ċittadini.