Is-soċjetà tal-informazzjoni

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

L-aħħar tliet deċennji raw innovazzjoni rapida fit-teknoloġija tal-informazzjoni. It-telefons ċellulari, l-internet u s-sistemi ta' kunsinna diġitali b'veloċità għolja rrivoluzzjonaw ħafna mid-dinja ta' madwarna. Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikoli 179-180), l-UE għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp u t-tixrid ta' dawn it-teknoloġiji ġodda, li tintroduċi sett ta' regoli biex tiżgura li l-klijenti u n-negozji jkollhom aċċess ġust u affordabbli għan-netwerks u s-servizzi, kif ukoll li tneħħi l-ostakoli li jeżistu għall-kompetizzjoni.

Bħala waħda mill-inizjattivi ewlenin ta' Ewropa 2020, li hija l-istrateġija tal-UE li toħloq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tfittex li tottimizza l-benefiċċji tat-teknoloġiji diġitali.