Għajnuna umanitarja

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

L-Unjoni Ewropea (UE) hi d-donatur ewlieni fid-dinja ta' għajnuna umanitarja. Din l-għajnuna, fil-forma ta' finanzjament, il-forniment ta' prodotti jew servizzi, jew assistenza teknika, għandha l-għan li tgħin fit-tħejjija għal u l-ġestjoni b'mod urġenti tal-kriżijiet li jaffettwaw serjament il-popolazzjonijiet barra mill-UE.

L-azzjoni tal-UE hi bbażata fuq il-prinċipji umanitarji fundamentali ta' umanità, newtralità, imparzjalità u indipendenza, u tinkludi tliet elementi: għajnuna ta' emerġenza, għajnuna permezz ta' ikel, u għajnuna għar-refuġjati u persuni spostati. L-Uffiċċju Umanitarju tal-Komunità Ewropea (ECHO)) jikkoordina din l-azzjoni u jikkoopera fil-prattika ma' msieħba b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet mhux governattivi.