Drittijiet tal-bniedem

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità, flimkien mal-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza u tal-istat tad-dritt, huma valuri komuni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE). Huma jiggwidaw ukoll l-azzjoni tal-Unjoni kemm ġewwa kif ukoll barra l-fruntieri tagħha.

L-azzjoni Ewropea f'dan il-qasam hija bbażata fuq it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li miegħu hemm annessa l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, proklamata fl-2000. Il-Karta ilha vinkolanti għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-gvernijiet nazzjonali (meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-UE) mill-2009. Il-Karta hija konsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (adottata fil-qafas tal-Kunsill tal-Ewropa). Madankollu, ma tistabbilixxi ebda dritt ġdid iżda sservi sabiex tiġbor flimkien drittijiet eżistenti li tferrxu bejn sorsi differenti.