Is-sigurtà fl-Ikel

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà fl-ikel għandha l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi, filwaqt li tiggarantixxi t-tħaddim bla xkiel tas-suq uniku. Il-politika, li tmur lura għall-2003, tiċċentra fuq il-kunċett tat-traċċabbiltà kemm tal-inputs (eż. l-għalf tal-annimali) u tal-outputs (eż. il-produzzjoni primarja, l-ipproċessar, il-ħażna, it-trasport u l-bejgħ bl-imnut).

L-UE qablet fuq standards intiżi biex jiżguraw l-iġjene fl-ikel, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti, kif ukoll biex jikkontrollaw il-kontaminazzjoni minn sustanzi esterni, bħal pestiċidi. F'kull stadju jitwettqu kontrolli rigorużi, filwaqt li l-importazzjonijiet (eż. laħam) minn barra l-UE għandhom jilħqu l-istess standards u jkunu soġġetti għall-istess kontrolli bħall-ikel li jiġi prodott fl-UE.