Il-ġlieda kontra l-frodi

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (UE) hija prijorità għall-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jiżguraw li jsir l-aħjar użu mill-flus tal-kontribwenti. L-OLAF, li huwa uffiċċju speċjalizzat kontra l-frodi, huwa inkarigat mit-twettiq ta' investigazzjonijiet fejn ikun hemm suspett ta' użu inadegwat tal-fondi pprovduti mill-baġit tal-UE, jew l-evażjoni tat-taxxi, tad-dazji u tal-imposti li jiffinanzjaw il-baġit tal-UE. L-OLAF jista' wkoll jeżamina każijiet bħal allegata mġiba ħażina serja fost l-uffiċjali, irregolaritajiet fil-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti, kunflitti ta' interess, falsifikazzjoni, ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u korruzzjoni kemm fl-Ewropa kif ukoll fuq livell internazzjonali.

Il-bażi legali għall-ġlieda kontra l-frodi hija l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.