Ambjent

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Il-kwalità ambjentali hija meqjusa essenzjali għas-saħħa u l-benesseri. Sa mill-bidu tas-snin 1970, l-Unjoni Ewropea (UE) u l-pajjiżi membri tagħha introduċew liġijiet sabiex jiżguraw l-użu attent tar-riżorsi naturali, sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti ambjentali avversi tal-produzzjoni u l-konsum, u sabiex jiġu protetti l-biodiversità u l-abitati naturali. Abbażi tat-Titlu XX tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-liġi dwar l-ambjent tal-UE tkopri aspetti li jvarjaw ħafna bejniethom: mill-ġestjoni tal-iskart għall-kwalità tal-ilma u mill-arja, għall-gassijiet serra u s-sustanzi kimiċi tossiċi.

L-UE tintegra t-tħassib ambjentali fil-politiki l-oħrajn tagħhom, eż. it-trasport u l-enerġija, u hija forza globali maġġuri fl-isforzi sabiex ikun hawn standards ambjentali aktar stretti u sabiex tittieħed azzjoni effettiva kontra t-tibdil klimatiku.