Intrapriża

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

In-negozji huma s-sinsla għax-xogħlijiet u t-tkabbir wara l-kriżi ekonomika tal-2008 u l-Unjoni Ewropea (UE) timmira li toħloq ambjent li jkattar l-inizjattiva, l-intraprenditorija, u l-kooperazzjoni sabiex jimmassimizza l-potenzjal tagħhom.

Bħala parti mill-istrateġija Ewropa 2020, l-UE qiegħda tfassal il-politika tagħha mill-ġdid sabiex tiżgura bażi industrijali b'saħħitha, diversifikata, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva sabiex tilqa' għall-isfidi tas-suq globali.

Skont l-Artikolu 173 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-UE fasslet għaliha nnifisha l-mira li toħloq l-aħjar kondizzjonijiet possibbli għall-kompetittività.