Enerġija

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Iż-żieda fl-evidenza tat-tibdil fil-klima u d-dipendenza ikbar fuq l-enerġija enfasizzaw id-determinazzjoni tal-Unjoni Ewropea li ssir ekonomija li tikkonsma ftit enerġija u li l-eneġija kkunsmata tkun waħda sigura, bla periklu, kompetittiva, prodotta lokalment u sostenibbli.

Apparti milli tiżgura li s-suq tal-enerġija tal-UE jaħdem b'mod effiċjenti, il-politika tal-enerġija tippromwovi l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija. Tindirizza wkoll sorsi tal-enerġija li jvarjaw mill-fjuwils fossili, għal enerġija nukleari, għal enerġija minn sorsi rinnovabbli (xemx, riħ, bijomassa, ġeotermali, idroelettrika u bil-marei).

L-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jintroduċi bażi legali speċifika għall-qasam tal-enerġija bbażata fuq kompetenzi kondiviżi bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha.