Affarijiet ekonomiċi u monetarji

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

L-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU), tirreferi għall-eqreb koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fuq livell Ewropew, bi 18-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) marru lil hinn minn dan u adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom. Taħt din il-politika, l-Istati Membri huma impenjati jevitaw żbilanċi eċċessivi fil-baġit (“Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir”). L-isfond relevanti għall-EMU jista' jinstab fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Titolu VIII dwar il-politika ekonomika u monetarja).

B'rispons għall-kriżi tad-dejn sovran tal-2008, il-governanza ekonomika u fiskali madwar l-UE ġiet imsaħħa b'mod sostanzjali, b'mod partikolari fiż-żona euro.