Żvilupp

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

L-Unjoni Ewropea (UE) hi komponent ewlieni fir-rigward tal-għajnuna għall-iżvilupp internazzjonali, waħda mill-erba' faxex ewlenin tal-politiki esterni tagħha. Il-pedamenti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp huma stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Titolu III). L-għan ewlieni ta' din il-politika hu li jitnaqqas u mbagħad jinqered il-faqar u għandha fil-mira tagħha lil dawk il-pajjiżi bl-aktar bżonn u tiffoka fuq aspetti bħall-protezzjoni soċjali, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-iżvilupp kummerċjali, agrikoltura sostenibbli u l-enerġija. Il-politika ta' żvilupp tal-UE żviluppat gradwalment: fil-bidu kienet tkopri biss il-pajjiżi u t-territorji barranin assoċjati mal-UE iżda mbagħad ġiet estiża biex tinkludi l-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw.