Kultura

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

L-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddefinixxi l-irwol tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-qasam tal-kultura: jappoġġa, jikkoordina jew jissupplimenta l-azzjonijiet ta' pajjiżi membri u jfittex li jġib il-wirt kulturali komuni tal-Ewropa fuq quddiem nett.

L-UE tappoġġa azzjonijiet sabiex tippreserva l-wirt kulturali u tippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambji transnazzjonali bejn istituzzjonijiet kulturali f'pajjiżi membri. Bejn l-2014 u l-2020 sejjer jiġi implimentat programm ta' finanzjament ġdid “Ewropa Kreattiva”. Inizjattivi oħrajn jinkludu Jiem ta' Wirt (inizjattivi bbażati lokalment li jippermettu aċċess għal siti li normalment ma jkunux miftuħin għall-pubbliku) u Bliet Kapitali tal-Kultura, it-tnejn li huma mnedija fl-1985.

L-UE taħdem ukoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn sabiex tindirizza kwistjonijiet bħat-traffikar tal-oġġetti kulturali.