Il-Kompetizzjoni

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Il-kompetizzjoni ħielsa hija element ewlieni ta' ekonomija b'suq miftuħ. Din tistimola l-prestazzjoni ekonomika u toffri lill-konsumaturi għażla usa' ta' prodotti u servizzi ta' kwalità aħjar u servizzi bi prezzijiet aktar kompetittivi.

Il-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea taċċerta li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tiġix imfixkla billi tiżgura li jiġu applikati regoli simili għall-kumpaniji kollha li joperaw fi ħdanha.

L-għajnuna mill-Istat hija pprojbita skont it-Trattat, għalkemm jeżistu xi eċċezzjonijiet, minħabba li tali għajnuna tista' tkun ġustifikata minn, pereżempju, servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Għandu jintwera li dawn ma jfixklux il-kompetizzjoni b'tali mod li jmorru kontra l-interess pubbliku.