Il-Baġit

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

L-UE tadotta baġit annwali biex tkopri l-infiq fuq, pereżempju, reġjuni ifqar, l-infrastruttura, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-agrikoltura u s-sajd, kif ukoll l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tagħha. Il-baġit jirrappreżenta madwar 1% tal-ġid li jiġi ġġenerat kull sena mill-pajjiżi membri.

76% tal-infiq baġitarju huwa ddelegat lill-pajjiżi membri. Il-bqija tal-infiq imur għall-aġenziji internazzjonali jew intergovernattivi jew jiġi ġestit ċentralment mill-UE. Il-Qorti tal-Awdituri u l-Parlament Ewropew jiflu bir-reqqa l-infiq tas-sena preċedenti permezz tal-proċedura ta' kwittanza.

Il-baġit huwa kompost minn kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi membri (ibbażati fuq id-dħul nazzjonali gross tagħhom), dazji doganali u proporzjon ta' rċevuti tal-VAT minn kull pajjiż.

Il-qafas finanzjarju multiannwali tal-UE (2014-2020) jistabbilixxi limitu massimu għal kull kategorija ta' nfiq li għandu jiġi rrispettat meta jintlaħaq qbil fuq il-baġits annwali.