Agrikoltura

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 
Employment and social policy

Il-ħtieġa li tiżdied il-produzzjoni tal-ikel u li l-agrikoltura tiġi ristrutturata fl-ewwel snin tal-integrazzjoni Ewropea wara t-Tieni Gwerra Dinjija wasslu għall-politika agrikola komuni (PAK).

Apparti li tiżgura provvista stabbli ta' ikel bi prezz li jista' jintlaħaq u ta' kwalità għan-nofs biljun ċittadin tal-UE, kif ukoll volumi sostanzjali ta' esportazzjonijiet,hija għandha rwol kruċjali fis-salvagwardja tal-futur tal-komunitajiet rurali, villaġġi u rħula, il-biodiversità, il-pajsaġġi u l-kwalità tal-ħamrija.

Riformata radikalment fl-2013 sabiex tkun aktar ġusta, aktar favur l-ambjent, aktar effiċjenti u aktar innovattiva, il-PAK tibqa' ta' importanza prinċipali, hija u tikkontribwixxi għal tkabbir aktar sostenibbli u inklussiv, objettivi prinċipali tal-Istrateġija għall-2020 tal-UE.