EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi

Status legali tad-dokument Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara 'Il-Liġi tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali' għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.

Moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (UE) Nru 576/2013 dwar formalitajiet għall-annimali domestiċi li jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi tal-UE

X'INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan għandu l-għan li jiffaċilita l-formalitajiet għas-sidien ta' klieb, qtates u inmsa meta jivvjaġġaw bl-annimali domestiċi tagħhom.

PUNTI EWLENIN

  • Din il-liġi tapplika għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi f'pajjiż tal-UE minn pajjiż tal-UE ieħor jew minn territorju jew pajjiż mhux tal-UE. Hija tibni fuq l-iskema tal-passaport tal-annimali domestiċi u tintroduċi mudell ġdid ta’ passaport.
  • Il-qtates, kieb u inmsa jistgħu jivvjaġġaw ma’ sidhom fi ħdan l-UE jekk ikollhom passaport lil juri prova tal-identità tagħhom u tat-tilqima kontra r-rabja.
  • Sabiex jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi tal-UE, l-annimali domestiċi għandhom:
    • ikunu mmarkati (permezz ta’ transponder* jew tattoo);
    • ikunu rċevew tilqima kontra r-rabja;
    • jikkonformaw ma’ miżuri ta' prevenzjoni għas-saħħa għal mard ieħor minbarra r-rabja;
    • ikunu akkumpanjati minn passaport komplut u maħruġ minn veterinarju awtorizzat.
  • L-ispeċifikazzjonijiet għall-passaport il-ġdid huma stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fir-Regolament (UE) Nru 577/2013. Il-passaport jinkludi informazzjoni bħal:
    • il-post fejn hemm it-transponder jew it-tattoo u l-kodiċi alfanumeriku muri mit-transponder jew it-tattoo;
    • l-isem, l-ispeċi, ir-razza, is-sess, il-kulur, id-data ta’ twelid u kwalunkwe karatteristika ta’ min jinnota tal-annimal domestiku;
    • id-dettalji tas-sid u tal-veterinarju awtorizzat;
    • dettalji tat-tilqima kontra r-rabja;.
  • Sabiex jidħlu fl-UE, l-annimali domestiċi li ġejjin minn pajjiżi mhux fl-UE għandhom jikkonformaw mal-istess kundizzjonijiet minimi. Skont l-istat tar-rabja li jkun hemm fil-pajjiż li mhux fl-UE, jista’ jkun hemm rekwiżiti stretti addizzjonalil x’jintlaħqu, inklużi test tad-demm li jsir wara t-tilqima u vverifikat minn laboratorju approvat.
  • Il-mudell tal-passaport li kien jeżisti qabel, jekk ikun inħareġ qabel id-29 ta' Diċembru 2014, se jibqa’ validu.
  • Meta jkun hemm ir-rabja jew marda għajr ir-rabja, il-moviment jew tranżitu mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi jistgħu jkunu sospiżi mit-territorju jew parti minnu tal-pajjiżi tal-UE jew mhux tal-UE ikkonċernat.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni ċara u aċċessibbli faċilment dwar ir-rekwiżiti applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u r-regoli għall-kontrolli tal-konformità ta’ tali moviment. Għandhom ukoll jippubblikaw din l-informazzjoni fuq l-internet.

Eċċezzjonijiet

  • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jippermettu moviment mhux kummerjali għal ġewwa t-territorju tagħhom minn pajjiż tal-UE ieħor ta’ annimali domestiċi li huma jew:
    • taħt l-età ta’ 12-il ġimgħa u għadhom ma rċevewx it-tilqima kontra r-rabja; jew
    • għandhom bejn it-12 u s-16-il ġimgħa u rċevew tilqima kontra r-rabja, iżda għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-validità tat-tilqima skont il-liġi.
  • Sakemm is-sidien ma jkunux jistgħu jipprovdu prova li l-annimali qed jivvjaġġaw sabiex jieħdu sehem f’avvenimenti sportivi jew f’eżibizzjonijiet, jistgħu iġorru massimu ta’ ħames annimali domestiċi.

Revoka

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 576/2013 b'effett mill-21 ta' April 2021.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa ilu japplika mid-29 ta' Diċembru 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINU EWLIENI

transponder: apparat passiv, li jinqara biss, għall-identifikazzjoni tal-frekwenzi tar-radju

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1–26)

ATTI RELATATI

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet ipprovduti bir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109–148)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 577/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta' valur dokumentarju biss.

Regolament (EU) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208)

l-aħħar aġġornament 04.07.2016

Fuq