Rapport mill-Kummissjoni Dwar l-applikazzjoni matul is-sena 2008 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
/* KUMM/2009/0331 finali */
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc | doc |
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |
Brussel 2.7.2009
KUMM(2009) 331 finali
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
Dwar l-applikazzjoni matul is-sena 2008 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
Dwar l-applikazzjoni matul is-sena 2008 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
KELMTEJN QABEL
Dan ir-Rapport, li jkopri s-sena 2008, sar skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[1].
L-anness għal dan ir-rapport fih dejta statistika dwar l-ipproċessar tat-talbiet għal aċċess. F'dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-istatistika hi biss dwar it-talbiet ta' aċċess għal dokumenti li ma kinux ippubblikati u ma tinkludi la l-ordnijiet ta’ dokumenti diġà ppubblikati u lanqas it-talbiet għal informazzjoni.
1. Politika ta’ Trasparenza[2]
Fit-30 ta’ April 2008, il-Kummissjoni adottat proposta bl-għan li temenda r-Regolament dwar l-aċċess pubbliku għad-dokument. Dan l-pass isegwi l-konsultazzjoni pubblika organizzata fl-2007 fuq il-bażi ta' Green Paper [3] u jwieġeb għal xewqa ripetuta tal-Parlament Ewropew. Iż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva taw bidu għall-eżami matul it-tieni semestru.
2. Reġistri u Siti fuq l-Internet
2.1. Fl-aħħar tal-2008, ir-reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni kien fih 102 582 dokument (ara t-tabella annessa).
2.2. Ir-Regolament jipprevedi fl-Artikolu 9(3) li d-dokumenti hekk imsejħa “sensittivi”[4] jitniżżlu biss fir-reġistru bi qbil mal-awtorità ta' oriġini. Fl-2008, l-ebda dokument sensittiv fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma kien kopert mir-reġistru.
2.3. Id-dejta dwar il-konsultazzjoni tas-sit “Trasparenza u aċċess għad-dokumenti”, aċċessibbli fuq is-server EUROPA hija kif ġej:
Numru ta’ viżitaturi | Numru ta’ sessjonijiet | Paġni viżwalizzati |
Total | 40 845 | 57 419 | 72 410 |
Medja fix-xahar | 3 404 | 4 785 | 6 034 |
3. Kooperazzjoni mal-Istituzzjonijiet l-oħra u l-Istati Membri
Is-servizzi tat-tliet istituzzjonijiet inkarigati bl-implimentazzjoni tar-Regolament komplew, matul l-2008, il-forum ta' skambju tagħhom dwar kwistjonijiet ta' natura legali relatati mal-applikazzjoni tar-Regolament.
4. Analiżi tal-Applikazzjonijiet Għal Aċċess
4.1. Iż-żieda kostanti fin-numru ta' applikazzjoniet inizjali osservata mill-adozzjoni tar-Regolament ġiet ikkonfermata matul l-2008 meta kien hemm 1001 applikazzjoni aktar milli fl-2007, jiġifieri żieda ta’ madwar 25%.
4.2. In-numru ta' applikazzjonijiet ta' konferma naqas notevolment; ġew irreġistrati 156 applikazzjoni fl-2008 minflok il-273 fl-2007.
4.3. F’dak li jirrigwarda t- tqassim tal-applikazzjonijiet skont l-oqsma ta’ interess , l-oqsma tat-trasport u l-enerġija, tas-suq intern, tal-kompetizzjoni, tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, tal-ambjent u tal-politika tal-impriżi jammontaw għal 40% tal-applikazzjonijiet.
4.4. It- tqassim tat-talbiet skont il-kategoriji soċjoprofessjonali kkonferma s-sehem tal-applikazzjonijiet li oriġinaw mill-qasam akkademiku, li baqgħu l-iktar numerużi, u kienu iktar minn 30% tat-talbiet.
4.5. Fl-aħħarnett, it- tqassim ġeografiku tal-applikazzjonijiet baqa’ wkoll stabbli. Madwar 20% tat-talbiet joriġinaw minn persuni jew minn organizzazzjonijiet imwaqqfa fil-Belġju, minħabba fin-numru ta' impriżi, minn uffiċċji ta' avukati jew minn assoċjazzjonijiet jew NGOs li joperaw fil-livell Ewropew. Barra dan, il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet joriġinaw mill-Istati Membri l-iktar popolati: il-Ġermanja, l-Italja, Franza, ir-Renju Unit, Spanja u l-Olanda, li waħidhom b’kollox ilaħħqu nofs l-aplikazzjonijiet (49,86 %). Is-sehem tal-Istati Membri l-ġodda għadu modest.
5. L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjonijiet għad-Dritt ta' Aċċess
5.1. Il-perċentwali ta' tweġibiet pożittivi fil-fażi inizjali tal-applikazzjonijiet żdiedet sostanzjalment (żieda ta’ kważi 10%) meta mqabbla mas-sena ta' qabel.
Fi 82,68% tal-każi (meta mqabbla ma’ 72,71% fl-2007) id-dokumenti ġew totalment żvelati u fi 3,33% tal-każi (meta mqabbla ma’ 3,88% fl-2007) ingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba.
5.2. Il-perċentwali tad-deċiżjonijiet li jikkonfermaw il-pożizzjoni inizjali naqset ħafna (għaddiet minn 66,30% tal-każi fl-2007 għal 48.06% fl-2008, jiġifieri tnaqqis ta’ kważi 20%).
Il-perċentwali tat-tweġibiet totalment pożittivi wara rifjut inizjali żdiedet kemm kemm (18,59% meta mqabbla ma' 15,38% fl-2007). Il-perċentwali tad-deċiżjonijiet li jagħtu aċċess parzjali wara rifjut inizjali kważi rdoppjat (33.33% meta mqabbla ma’ 18.32% fl-2007).
5.3. Fl-istadju inizjali, iż-żewġ raġunijiet ewlenin għar-rifjut jibqgħu:
- il-protezzjoni tal-għan tal-attivitajiet ta' spezzjoni, ta' investigazzjoni u ta' verifika (it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)), li wriet żieda żgħira meta mqabbla mal-2007 (26,63% rifjuti meta mqabbla ma’ 23,48 % fl-2007);
- il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (Artikolu 4(3)), b'perċentwali ta' 15,22% għall-każi dwar opinjonijiet għall-użu intern u ta' 13,5% għal dawk li d-deċiżjoni għadha ma tteħditx, jiġifieri total ta' 28,72% ta’ rifjuti (meta mqabbla ma’ total ta’ 31,31% fl-2007).
Il-proporzjon ta’ rifjuti bbażati fuq il-ħarsien tal-interessi kummerċjali kif ukoll fuq il-ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali tibqa’ waħda importanti, b’14,4% (kontra 10,79% fl-2007), u 10,24% (kontra 10,98% fl-2007) tal-każijiet ta’ rifjut rispettivament.
5.4. Ir-raġunijiet ewlenin li jiġġustifikaw il-konferma ta' rifjut ta’ aċċess huma:
- il-ħarsien tal-għan tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni (27.85% meta mqabbla ma' 24,75% fl-2007);
- il-ħarsien tal-interessi kummerċjali (24.89% meta mqabbla ma' 25,25% fl-2007);
- u l-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni b'perċentwali ta' 17,3% għall-każi fejn ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni u ta' 12,24% għal dawk dwar opinjonijiet għall-użu intern, jiġifieri total ta' 29.54% ta’ rifjuti (meta mqabbla ma’ total ta’ 17.4% fl-2007).
6. Ilmenti ppreżentati lill-Ombudsman Ewropew
6.1. Matul l-2008, l-Ombudsman għalaq 16-il każ li kienu jsegwu lmenti kontra l-Kummissjoni dwar rifjuti tal-għoti ta' dokumenti[5]:
4 każi magħluqa mingħajr ma nstabet amministrazzjoni ħażina |
3006/2004/BB | 3114/2004/IP | 576/2005/GG | 1129/2007/MF |
5 każi b’kumment kritiku u/jew kumment ieħor |
3303/2005/GG | 1881/2006/JF | 3208/2006/GG | 255/2007/PB | 2681/2007/PB |
7 każi magħluqa mingħajr ma tkompliet l-investigazzjoni |
101/2004/GG | 2465/2004/TN | 3090/2005/GK | 3492/2006/WP |
3824/2006/GG | 1452/2007/PB | 2420/2007/BEH |
6.2. Matul l-2008, l-Ombudsman fetaħ erbatax-il fajl dwar ilmenti li kienu jikkonċernaw rifjut ta' komunikazzjoni tad-dokumenti.
7. Kawżi ġudizzjarji
7.1. Il-Qorti tal-Prim’Istanza tat ħames sentenzi f'kawżi dwar deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw totalment jew parzjalment l-aċċess għal dokumenti fuq il-bażi tar-Regolament 1049/2001.
7.1.1. Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008, kawża T-380/04, Ioannis Terezakis vs il-Kummissjoni:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza annullat parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li rrifjutat l-aċċess għal żewġ dokumenti: rapport ta’ verifika u kuntratt iffirmat bejn l-ajruport ta’ Ateni u konsorzju.
Il-Qorti tal-Prim’Istanza tikkunsidra leġittimu r-rifjut li jiġi divulgat ir-rapport ta' verifika għaliex dan tal-aħħar huwa protett tul l-investigazzjoni/verifika kollha.
Dwar il-kuntratt, safejn ċerta informazzjoni li tidher fih kienet diġà ġiet divulgata mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza tqis li minn tal-anqas din l-istess informazzjoni kellha tingħata lill-applikant. Il-Qorti tal-Prim’Istanza għaldaqstant annullat parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għaliex ċaħdet aċċess parzjali għall-kuntratt.
7.1.2. Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Ġunju 2008, kawża T-141/05, Internationaler Hilfsfonds eV vs il-Kummissjoni:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza laqgħat l-argumenti tal-Kummissjoni u ċaħdet ir-rikors għal annullament bħala inammissibbli filwaqt li kkonfermat li l-att ikkontestat kien jammonta għal deċiżjoni purament konfermatorja ta' deċiżjoni preċedenti li ma kinitx ġiet ikkontestata fit-termini preskritti.
Il-Qorti tal-Prim’Istanza għamlet distinzjoni ċara bejn il-proċedura quddiem l-Ombudsman u l-proċedura ġudizzjarja u kkonfermat in-natura alternattiva ta’ dawn iż-żewġ proċeduri. Hija ddikjarat ukoll li deċiżjoni tal-Ombudsman, anki meta tikkonstata li jkun hemm każ ta’ amministrazzjoni ħażina, ma tistax tikkostitwixxi element ġdid li jippermetti lill-applikant iressaq rikors għal annullament kontra deċiżjoni preċedenti li tkun saret definittiva għaliex ma tkunx ġiet ikkontestata fit-termini preskritti.
Ir-rikorrent ressaq appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra din is-sentenza.
7.1.3. Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008, kawża T-403/05, MyTravel Group plc vs il-Kummissjoni:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonfermat żewġ deċiżjonijiet (ħlief fil-konfront ta’ dokument wieħed) tal-Kummissjoni li ċaħdu l-aċċess għal dokumenti fil-qasam tal-kompetizzjoni, fuq il-bażi ta’ diversi eċċezzjonijiet ("proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet", "pariri legali" u "investigazzjoni"). Min-naħa l-oħra, hija annullat il-parti tad-deċiżjoni li kienet tirrigwarda dokument li ġie rrifjutat fuq il-bażi tal-eċċezzjoni "investigazzjoni" għaliex qieset vaga wisq il-motivazzjoni għal dan ir-rifjut.
Il-Qorti tal-Prim’Istanza fakkret b’mod partikolari li:
- Rigward il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom dritt li jipproteġu l-konsultazzjonijiet u d-deliberazzjonijiet interni tagħhom meta dan ikun meħtieġ, fl-interess pubbliku, li jħarsu l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-inkarigi tagħhom, b’mod partikolari fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħat deċiżjonali amministrattivi tagħhom;
- Minħabba li r-Regolament jirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, interess partikolari jew privat mhuwiex interess li għandu jitqies meta jiġu mwieżna l-interessi previsti fir-Regolament.
L-Iżvezja ressqet appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra din is-sentenza.
7.1.4. Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-10 ta' Settembru 2008, kawża T-42/05, Rhiannon Williams vs il-Kummissjoni:
F’din il-kawża, ir-rikorrenti ressqet essenzjalment żewġ talbiet : minn naħa, ċaħda impliċita ta' aċċess għal dokumenti "kellhom jeżistu" u, min-naħa l-oħra, interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-eċċezzjonijiet għaċ-ċaħda tal-aċċess għad-dokumenti identifikati fid-deċiżjoni kkontestata.
Dwar l-ewwel aspett, il-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li fakkret li l-istituzzjonijiet għandhom l-obbligu li jassistu lill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu u li jekk, minkejja din l-għajnuna, l-applikazzjoni tibqa’ mhux ċara, l-istituzzjoni għandha tkun preċiża u, fin-nuqqas ta’ dan, l-impreċiżjoni tista’ tammonta għal ċaħda impliċita tad-dokumenti mhux identifikati. U ċaħda impliċita hija dejjem ċaħda mhux motivata u, għaldaqstant, annullabbli fuq din il-bażi waħdanija.
Rigward id-dokumenti espliċitament miċħuda, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fit-totalità tagħha.
7.1.5. Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-18 ta' Diċembru 2008, kawża T-144/05, Pablo Muñiz vs il-Kummissjoni:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-aċċess għal dokumenti li jirrigwardaw proċedura ta’ komitoloġija, fil-qasam tal-klassifikazzjoni tariffarja fuq il-bażi tal-eċċezzjoni "proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet".
Il-Qorti tal-Prim’Istanza ammettiet li l-ħarsien tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet minn pressjoni esterna mmirata jista’ jkun ta’ natura li jammonta għal raġuni leġittima biex l-aċċess jiġi ristrett. Madankollu, hija qieset li l-eżistenza ta’ pressjoni bħal din għandha tiġi stabbilita b’ċertezza u li għandu jintwera li r-riskju li d-deċiżjoni li għandha tittieħed tiġi affettwata sostanzjalment minħabba l-imsemmija pressjoni esterna huwa raġonevolment prevedibbli.
7.2. Fl-2008 tressqu 23 rikors ġdid, fosthom erba’ appelli, kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni skont ir-Regolament 1049/2001[6]:
Kawża C-506/08P, L-Iżvezja/partijiet oħrajn MyTravel Group plc u l-Kummissjoni | Kawża C-362/08P, Internationaler Hilfsfonds eV/ parti oħra Il-Kummissjoni | Kawża C-281/08P, Landtag Schleswig-Holstein/ Il-Kummissjoni |
Kawża C-28/08P, Il-Kummissjoni/ parti oħra The Bavarian Lager Co. Ltd | Kawża T-509/08, Ryanair Ltd/ Il-Kummissjoni | Kawża T-500/08, Ryanair Ltd/ Il-Kummissjoni |
Kawża T-499/08, Ryanair Ltd/ Il-Kummissjoni | Kawża T-498/08, Ryanair Ltd/ Il-Kummissjoni | Kawża T-497/08, Ryanair Ltd/ Il-Kummissjoni |
Kawża T-496/08, Ryanair Ltd/ Il-Kummissjoni | Kawża T-495/08, Ryanair Ltd/ Il-Kummissjoni | Kawża T-494/08, Ryanair Ltd/ Il-Kummissjoni |
Kawża T-474/08, Dieter C. Umbach/ Il-Kummissjoni | Kawża T-437/08, CDC Hydrogene Peroxide Cartel Damage Claims (CDC Hydrogene Peroxide)/ Il-Kummissjoni | Kawża T-383/08, New Europe/ Il-Kummissjoni |
Kawża T-380/08, L-Olanda/ Il-Kummissjoni | Kawża T-362/08, IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds gGmbH/ Il-Kummissjoni | Kawża T-344/08, EnBW Energie Baden-Württemberg AG/ Il-Kummissjoni |
Kawża T-342/08, Edward William Batchelor/ Il-Kummissjoni | Kawża T-250/08, Edward William Batchelor/ Il-Kummissjoni | Kawża T-221/08, Guido Strack/ Il-Kummissjoni |
Kawża T-186/08, Liga para Protecção da Natureza (LPN)/ Il-Kummissjoni | Kawża T-29/08, Liga para Protecção da Natureza (LPN)/ Il-Kummissjoni |
8. Konklużjonijiet
8.1. It-tip tal-applikazzjonijiet u r-raġunijiet għal rifjut:
Bħas-snin ta' qabel, l-impressjoni ġenerali li toħroġ mill-analiżi tat-talbiet għal aċċess hi li proporzjon kbir minn dawn jikkonċerna l-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kontroll tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. F'bosta każijiet, dawn it-talbiet għall-aċċess isiru bl-għan li jinkisbu dokumenti li x'aktarx li jappoġġjaw il-pożizzjoni ta' min jagħmel it-talba fil-kuntest ta' ilment, pereżempju dwar ksur preżunt tad-dritt Komunitarju, jew ta' rikors amministrattiv jew ġudizzjarju, pereżempju dwar deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni. Għandu jiġi nnutat li dawn it-talbiet ġeneralment jinvolvu volumi kbar ta’ dokumenti li l-analiżi tagħhom toħloq xogħol amministrattiv kbir.
Ta' min jinnota wkoll li l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni hija invokata l-aktar sabiex tipproteġi t-teħid ta' deċiżjonijiet b'portata individwali. Fil-qasam leġiżlattiv, aktar u aktar dokumenti huma direttament aċċessibbli għall-pubbliku, mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi ppreżentata talba għal aċċess lill-Kummissjoni. Id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni żviluppaw is-siti tal-Internet tagħhom dwar il-politiki speċifiċi u permezz tagħhom għandhom numru konsiderevoli ta’ dokumenti għad-disponibbiltà tal-pubbliku.
L-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tiġi essenzjalment invokata fil-kuntest tat-talbiet għal aċċess dwar fajls li jirrigwardaw il-politika tal-kompetizzjoni.
Dawn ix-xejriet, li qed jiżdiedu iktar ma jgħaddi ż-żmien, iggwidaw lill-Kummissjoni fir-riflessjonijiet tagħha fit-tfassil tal-proposti għar-riformulazzjoni tar-Regolament.
8.2. Evoluzzjoni tal-każistika:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonfermat il-każistika tagħha fuq diversi punti:
- Il-ħtieġa, fil-prinċipju, ta’ eżami konkret u individwali tad-dokumenti li huma s-suġġett ta’ talba għall-aċċess;
- l-interess partikolari li rikorrent jista' jressaq m'għandux importanza fl-evalwazzjoni tal-validità ta' deċiżjoni ta' ċaħda.
- L-eċċezzjoni “investigazzjoni/verifika” tapplika fiż-żmien kollu li fih tkun għaddejja l-investigazzjoni/verifika;
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza ċċarat diversi punti oħrajn:
- il-proċedura quddiem l-Ombudsman hija distinta mill-proċedura ġudizzjarja minħabba li dawn iż-żewġ proċeduri huma ta’ natura alternattiva;
- l-istituzzjonijiet għandhom dritt li jipproteġu l-konsultazzjonijiet u d-deliberazzjonijiet interni tagħhom, b’mod partikolari kontra pressjoni esterna mmirata, meta dan ikun meħtieġ, fl-interess pubbliku, biex iħarsu l-kapaċità tagħhom biex iwettqu l-inkarigi tagħhom, b’mod partikolari fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħat deċiżjonali amministrattivi tagħhom;
- madankollu, huma għandhom juru li pressjoni esterna bħal din tabilħaqq teżisti u jġibu l-prova li r-riskju li d-deċiżjoni li għandha tittieħed tiġi affettwata sostanzjalment huwa raġonevolment prevedibbli, b’mod partikolari fil-qasam leġiżlattiv
- ċaħda impliċita hija dejjem ċaħda mhux motivata u, għaldaqstant, annullabbli fuq din il-bażi waħdanija.
ANNESS
Statistika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament 1049/2001
1. KONTENUT TAR-REġISTRU
2002 | 2 095 | 6 478 | 134 | 116 | 3 066 | 11 889 |
2003 | 2 338 | 6 823 | 135 | 113 | 2 467 | 11 876 |
2004 | 2 327 | 7 484 | 134 | 145 | 2 718 | 12 808 |
2005 | 2 152 | 7 313 | 129 | 126 | 2 674 | 12 394 |
2006 | 2 454 | 6 628 | 129 | 380 | 3 032 | 12 623 |
2007 | 2 431 | 6 647 | 129 | 717 | 3 255 | 13 179 |
2008 | 2 295 | 8 882 | 131 | 747 | 3 640 | 15 695 |
Total | 15 753 | 46 762 | 790 | 1.597 | 21 985 | 102 582 |
APPLIKAZZJONIJIET INIZJALI
2. NUMRU TA’ APPLIKAZZJONIJIET
2006 | 2007 | 2008 |
3841 | 4196 | 5197 |
3. REAZZJONIJIET
2006 | 2007 | 2008 |
numru | % | numru | % | numru | % |
APPLIKAZZJONIJIET KONFERMATORJI
4. NUMRU TA’ APPLIKAZZJONIJIET
2006 | 2007 | 2008 |
140 | 273 | 156 |
5. REAZZJONIJIET
2006 | 2007 | 2008 |
numru | % | numru | % | numru | % |
ID-DISTRIBUZZJONI TAR-RIFJUTI SKONT L-EċċEZZJONI APPLIKATA (%)
6. APPLIKAZZJONIJIET INIZJALI
2006 | 2007 | 2008 |
4.1.a. protezzjoni tal-interess pubbliku - l-ewwel inċiż - is-sigurtà pubblika | 1,53 | 1,19 | 0,18 |
4.1.a. protezzjoni tal-interess pubbliku - it-2 inċiż - id-difiża u l-kwistjonijiet militari | 0,60 | 2,23 | 0,82 |
4.1.a. protezzjoni tal-interess pubbliku - it-3 inċiż - ir-relazzjonijiet internazzjonali | 7,06 | 10,98 | 10,24 |
4.1.a. protezzjoni tal-interess pubbliku - ir-4 inċiż - il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika | 1,19 | 1,26 | 2,9 |
4.1.b. Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu | 4,85 | 5,04 | 5,98 |
4.2. L-1 inċiż - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali | 8,94 | 10,79 | 14,4 |
4.2. It-2 inċiż - Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u pariri leġali | 7,49 | 6,08 | 6,52 |
4.2. It-3 inċiż - Protezzjoni tal-attivitajiet ta' ispezzjoni, investigazzjoni u verifika | 30,72 | 23,48 | 26,63 |
4.3.l-1 subparagrafu - Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li għadha ma tteħditx | 14,30 | 12,02 | 13,5 |
4.3. It-2 subparagrafu - Proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li diġà ttieħdet: Pariri għall-użu intern fil-kuntest ta’ deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet preliminari | 19,06 | 19,29 | 15,22 |
4.5. Rifjut tal-Istat Membru | 4,26 | 7,64 | 3,62 |
Total | 100,00 | 100,00 | 100,00 |
7. APPLIKAZZJONIJIET KONFERMATORJI
2006 | 2007 | 2008 |
4.1.a. protezzjoni tal-interess pubbliku - l-ewwel inċiż - is-sigurtà pubblika | 0,00 | 0,9 | 0,42 |
4.1.a. protezzjoni tal-interess pubbliku - it-2 inċiż - id-difiża u l-kwistjonijiet militari | 0,49 | 0,4 | 0,42 |
4.1.a. protezzjoni tal-interess pubbliku - it-3 inċiż - ir-relazzjonijiet internazzjonali | 3,40 | 2,2 | 5,91 |
4.1.a. protezzjoni tal-interess pubbliku - ir-4 inċiż - il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika | 0,97 | 0,4 | 0,84 |
4.1.b. Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu | 13,59 | 4,8 | 5,06 |
4.2.l-1 inċiż - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali | 16,50 | 25,25 | 24,89 |
4.2.it-tieni inċiż - Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u l-pariri legali | 10,19 | 4,8 | 3,8 |
4.2.it-3 inċiż - Protezzjoni tal-attivitajiet ta' ispezzjoni, investigazzjoni u verifika | 27,18 | 24,75 | 27,85 |
4.3.l-1 subparagrafu - Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li għadha ma tteħditx | 7,77 | 5,7 | 17,3 |
4.3. It-2 subparagrafu - Proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li diġà ttieħdet: Pariri għall-użu intern fil-kuntest ta’ deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet preliminari | 9,71 | 11,7 | 12,24 |
4.5. Rifjut tal-Istat Membru | 10,19 | 19,1 | 1,27 |
Total | 100,00 | 100,00 | 100,00 |
DISTRIBUZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
8. SKONT IL-KATEGORIJA SOċJOPROFESSJONALI TAL-APPLIKANTI (%)
2006 | 2007 | 2008 |
Id-dinja akkademika | 32,08 | 31,85 | 31,03 |
Is-soċjetà ċivili (gruppi ta' interess, industrija, NGOs, eċċ.) | 17,27 | 17,77 | 18,26 |
Membri tal-pubbliku li l-profil soċjoprofessjonali tagħhom ma ġiex indikat | 16,55 | 15,33 | 16,75 |
Awtoritajiet pubbliċi (minbarra l-istituzzjonijiet tal-UE) | 15,67 | 15,69 | 14,19 |
Avukati | 10,43 | 9,69 | 11,01 |
Istituzzjonijiet oħra tal-UE | 6,85 | 6,75 | 6,3 |
Ġurnalisti | 1,14 | 2,90 | 2,46 |
9. SKONT L-ORIġINI ġEOGRAFIKA TAL-APPLIKAZZJONIJIET (%)
2006 | 2007 | 2008 |
Il-Belġju | 20,26 | 19,86 | 18,93 |
Il-Ġermanja | 18,67 | 15,58 | 16,89 |
L-Italja | 8,41 | 8,18 | 8,54 |
Franza | 9,31 | 9,32 | 8 |
Ir-Renju Unit | 5,73 | 5,76 | 6,34 |
Spanja | 5,33 | 5,92 | 5,29 |
L-Olanda | 5,35 | 4,42 | 4,83 |
Oħrajn | 0,63 | 1,76 | 2,63 |
Il-Lussemburgu | 2,15 | 2,8 | 2,61 |
Mhux indikat | 1,64 | 1,16 | 2,61 |
Il-Polonja | 2,61 | 2,41 | 2,57 |
Id-Danimarka | 1,55 | 1,23 | 2,45 |
L-Awstrija | 3,18 | 2,71 | 2,11 |
Il-Greċja | 1,2 | 1,5 | 1,93 |
Il-Portugall | 1,31 | 1,18 | 1,5 |
L-Iżvezja | 1,24 | 1,46 | 1,44 |
L-Irlanda | 1,15 | 0,82 | 1,28 |
Ir-Repubblika Ċeka | 1,08 | 0,89 | 1,26 |
L-Iżvizzera | 0,77 | 0,82 | 1,18 |
Il-Finlandja | 0,78 | 1,43 | 1,08 |
L-Istati Uniti | 0,89 | 0,61 | 1,02 |
L-Ungerija | 0,95 | 0,86 | 0,86 |
Il-Litwanja | 1,21 | 0,55 | 0,62 |
Ir-Rumanija | 0,2 | 0,96 | 0,58 |
In-Norveġja | 0,51 | 0,32 | 0,36 |
Il-Bulgarija | 0,25 | 0,94 | 0,36 |
Is-Slovenja | 0,31 | 1,8 | 0,32 |
Il-Latvja | 0,2 | 0,14 | 0,28 |
Il-Liechtenstein | 0,12 | 0,45 | 0,28 |
Is-Slovakkja | 0,37 | 0,59 | 0,24 |
Il-Ġappun | 0,18 | 0,2 | 0,24 |
Ċipru | 0,26 | 0,25 | 0,22 |
Malta | 0,49 | 0,45 | 0,2 |
Iċ-Ċina (inkl. Ħong Kong) | 0,08 | 1,01 | 0,14 |
L-Estonja | 0,37 | 0,29 | 0,1 |
Ir-Russja | 0,11 | 0,05 | 0,1 |
Il-Messiku | 0,02 | 0,05 | 0,1 |
Il-Kroazja | 0,22 | 0,43 | 0,08 |
L-Ukrajna | 0,14 | 0,04 | 0,08 |
In-New Zealand | 0,08 |
L-Awstralja | 0,15 | 0,07 | 0,06 |
Il-Brażil | 0,05 | 0,04 | 0,06 |
It-Turkija | 0,22 | 0,12 | 0,04 |
Il-Kanada | 0,15 | 0,25 | 0,04 |
L-Iżrael | 0,09 | 0,12 | 0,04 |
L-Afrika ta’ Isfel | 0,04 |
L-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | 0,08 | 0,04 | 0,02 |
L-Albanija | 0,05 | 0,02 | 0,02 |
L-Iżlanda | 0,03 | 0,02 | 0 |
L-Eġittu | 0,14 | 0 |
2006 | 2007 | 2008 |
Pajjiżi tal-UE | 93,93 | 92,28 | 99,46 |
Pajjiżi Kandidati | 0,22 | 0,12 | 0 |
Oħrajn | 3,49 | 4,55 | 0 |
Mhux indikat | 2,37 | 3,05 | 0,54 |
10. SKONT L-OQSMA TA' INTERESS (%)
Direttorat Ġenerali /Servizz | 2007 | 2008 |
SG - Segretarjat Ġenerali | 10,19 | 9,38 |
TREN - Enerġija u Trasport | 7,54 | 8,18 |
MARKT - Suq Intern | 6,46 | 7,28 |
COMP - Kompetizzjoni | 7,32 | 7,18 |
JLS - Ġustizzja, Libertà u Sigurtà | 8,45 | 6,69 |
ENV - Ambjent | 6,11 | 6,07 |
ENTR - Impriżi | 5,48 | 5,91 |
SANCO - Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumaturi | 4,27 | 5,74 |
TAXUD - Tassazzjoni u Unjoni Doganali | 4,82 | 5,17 |
ADMIN - Persunal u Amministrazzjoni | 2,34 | 4,08 |
EMPL - Impjiegi u Affarijiet Soċjali | 3,1 | 3,72 |
AGRI – Agrikultura | 4,11 | 3,6 |
REGIO - Politika Reġjonali | 3,69 | 3,42 |
TRADE - Kummerċ | 2,48 | 2,72 |
RELEX - Relazzjonijiet Esterni | 4,09 | 2,39 |
INFSO - Soċjetà tal-Informazzjoni | 2,21 | 2,3 |
SJ - Servizz Legali | 1,34 | 1,75 |
DEV - Żvilupp | 2,12 | 1,67 |
AIDCO - Uffiċju ta' kooperazzjoni EuropeAid | 1,27 | 1,55 |
ELARG - Tkabbir | 3,18 | 1,5 |
EAC - Edukazzjoni u Kultura | 1,58 | 1,4 |
RTD - Riċerka | 1,64 | 1,23 |
ECFIN - Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji | 1,07 | 1,23 |
FISH - Sajd | 0,95 | 1,13 |
BUDG - Baġit | 1,31 | 1,07 |
COMM - Servizz Komunikazzjoni | 0,73 | 0,85 |
OLAF - Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Frodi | 0,45 | 0,62 |
CAB - Kabinetti tal-Kummissarji | 0,16 | 0,43 |
DGT - Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni | 0,4 | 0,32 |
ADMIN (OIB) | 0,22 | 0,28 |
EPSO - Uffiċċju għar-Reklutaġġ | 0,08 | 0,23 |
ESTAT - Eurostat | 0,24 | 0,22 |
PMO - Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Pagamenti ta' Drittijiet Individwali | 0,13 | 0,18 |
ECHO - Uffiċju għall-Għajnuna Umanitarja | 0,21 | 0,15 |
ĊKR - Ċentru Konġunt tar-Riċerka | 0,02 | 0,13 |
IAS - Verifika Interna | 0,1 | 0,07 |
BEPA - Uffiċċju tal-Konsulenti dwar il-Politika Ewropea | 0,06 | 0,07 |
OPOĊE - Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet | 0,03 | 0,05 |
SCIC - Servizz Komuni tal-Interpretazzjoni | 0,02 | 0,02 |
DIGIT | 0,03 | 0 |
FC - Kontroll Finanzjarju | 0,02 | - |
Total: | 100 | 100 |
[1] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
[2] Għal iktar tagħrif dwar il-politika ta’ trasparenza, irreferi għall-Bullettin tal-Unjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://europa.eu/bulletin/en/200804/p101006.htm#anch0006
[3] COM (2007) 185 tat-18 ta' April 2007.
[4] “Dokumenti sensittivi huma dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, ikklassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skont ir-regoli tal-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża” (Art 9(1))
[5] Għal tagħrif dettaljat dwar dan il-każ, ara http://www.euro-ombudsman.eu.int/decision/en/default.htm
[6] Għal tagħrif dettaljat dwar dawn il-kawżi, ara http://curia.europa.eu/jurisp/cgi-bin/form.pl?lang=mt
| Haut |