Avviż legali

L-informazzjoni f’dan is-sit web hi suġġetta għal dikjarazzjoni ta' rinunzja, avviż dwar id-drittijiet tal-awtur u regoli relatati mal-protezzjoni tad-dejta personali.

 Dikjarazzjoni ta’ rinunzja

Dan is-sit tal-Uffiċċju tal-pubblikazzjoni għandu l-għan li jippromwovi l-aċċess tal-pubbliku għall-bażijiet tad-dejta leġiżlattivi uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-għan tal-portal N-Lex hu li jippermetti lil kull ċittadin tal-Unjoni li jaċċessa s-siti nazzjonali tal-Istati Membri u li jagħmel riċerki fil-lingwa tiegħu f'dawn il-bażijiet tad-dejta. Qed nagħmlu li nistgħu biex noffru informazzjoni preċiża u aġġornata dwar il-bażijiet tad-dejta ta' kull pajjiż, l-istruttura u l-kontenut ta' kull sistema leġiżlattiva nazzjonali. Jekk tiġbdulna l-attenzjoni għal xi żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà rigward l-informazzjoni f'dan is-sit.

L-informazzjoni li tinsab fil-portal N-Lex:

  • hi esklussivament ta' natura ġenerali u ma tikkonċernax sitwazzjonijiet partikolari;

  • mhix neċessarjament sħiħa, eżawrita, preċiża jew aġġornata;

  • hi llinkjata ma’ siti esterni li l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma għandux kontroll fuqhom u li għalihom ma jassumi ebda responsabbiltà;

  • mhix parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, dejjem għandek tikkonsulta professjonist bi kwalifiki xierqa).

Innota wkoll li mhuwiex possibbli li niggarantixxu li dokument disponibbli onlajn jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment.

Nixtiequ nillimitaw kemm jista' jkun l-iżvantaġġi minħabba problemi tekniċi. Madanakollu, xi dejta jew informazzjoni fis-sit tagħna hi ta' oriġini esterna u setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’fajls jew formati li mhumiex ħielsa mill-iżbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew b’xi mod effettwat minn problemi bħal dawn. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jerfa' ebda responsabbiltà għal dan it-tip ta' problemi bħala riżultat tal-użu tas-sit N-Lex jew kwalunkwe siti esterni relatati.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jistax jinżamm responsabbli għall-informazzjoni, l-opinjonijiet u d-dokumenti li jinstabu fl-arkivji tal-liġi nazzjonali uffiċjali llinkjati mas-sit tal-N-Lex, la fil-funzjoni attwali ta’ dawn il-links u lanqas għal kwalunkwe problema oħra li tista' tfeġġ fl-użu ta’ dawn il-bażijiet tad-dejta. Nistednuk taqra bir-reqqa ċ-ċaħda ta’ reponsabbiltà kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet tal-użu li jidhru fl-arkivju kkonċernat.

Din ir-rinunzja mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fil-kontravenzjoni ta' kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali u l-anqas biex tneħħi r-responsabbiltà għal kwistjonijiet li jistgħu ma jkunux esklużi taħt dik il-liġi.

 Avviż dwar id-Drittijiet tal-Awtur

© Unjoni Ewropea, 2006-2011

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, li wieħed iniżżel jew jirripproduċi għall-użu personali jew tixrid kummerċjali jew mhux kummerċjali ulterjuri, id-daħla tal-informazzjoni ġenerali dwar il-kontenut tal-bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li huma aċċessibbli permezz tas-sit N-Lex huwa awtorizzat sakemm it-tagħrif xieraq jingħata hekk kif ġej:

"© Unjoni Ewropea, http://eur-lex.europa.eu/n-lex/".

Il-permess mogħti hawn fuq ma jkopri l-ebda test legali jew dokumenti li jintwerew fil-bażijiet tad-dejta nazzjonali. Għat-tniżżil, ir-riproduzzjoni jew it-traduzzjoni ta' dawn it-testi jew dokumenti legali, l-utenti għandhom jikkonsultaw id-dispożizzjonijiet tad-dikjarazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur fuq il-bażi tad-dejta kkonċernata.

Jekk għandek xi dubji dwar l-użu mill-ġdid tat-testi fuq l-N-Lex, tista' tibgħat il-mistoqsijiet tiegħek bil-miktub lill-:

  

Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Direttorat "Ġurnal Uffiċjali u Riċerka"

Legal and Documentary Issues, Consolidation and Copyright Unit

Copyright/Licenses, Pre-litigation and Legal Issues Section

2, rue Mercier, 2985 Luxembourg, LUXEMBOURG

Faks: +352 2929-42755

Posta elettronika : copyright-info@publications.europa.eu

 

Il-protezzjoni tad-dejta personali

L-Unjoni Ewropea hi marbuta bil-privatezza tal-utent.

Il-politika dwar il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji tissejjes fuq ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta' Diċembru 2000.

L-għan tal-ipproċessar tad-dejta

Id-dejta personali tiegħek tinġabar u tiġi pproċessata biex tippermetti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek.

Id-dejta personali miġbura tiġi ttrattata skont il-politika deskritta fir-Regolament imsemmi hawn fuq.

Id-dejta tintuża biss mill-persunal tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u l-kuntratturi tagħhom biex iwieġbu u janalizzaw l-iżbalji u l-mistoqsijiet tiegħek biex jitjieb is-servizz.

Id-dejta tinġabar bil-ftehim tal-persuni kkonċernati.

Il-kontrollur tat-trattament tad-dejta

Il-kontrollur responsabbli mill-ipproċessar ta' din id-dejta huwa l-kap tal-unità OPOCE.A.1 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Jekk għandek xi mistoqsija dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u dejta personali relatata, tiddejjaq xejn tinkludihom fil-messaġġ tiegħek, b'mod partikolari jekk tixtieq tara, tbiddel jew tħassar xi parti mid-dejta personali tiegħek li qed inżommu. Tista' wkoll tibgħat email lil: eurlex-helpdesk@publications.europa.eu.

Id-dejta li tinġabar

Isem, Kunjon u Email (oqsma obbligatorji).

Organizzazzjoni, pajjiż (oqsma mhux obbligatorji).

Lil min tintwera d-dejta tiegħek?

Id-dejta miġbura tinżamm kunfidenzjali u tintuża biss mill-helpdesk tal-EUR-Lex u t-tim EUR-Lex tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u l-kuntrattur tiegħu.

L-ebda dejta personali ma tingħata lill-entitajiet li jinsabu lil hinn mir-riċevituri u l-qafas legali msemmi, mingħajr ħsara għal trażmissjoni possibbli lill-entitajiet responsabbli mill-kompitu ta' monitoraġġ jew spezzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità pereżempju OLAF jew maġistrat investigattiv.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni ma’ jaqsamx id-dejta personali ma’ partijiet terzi għal finijiet ta’ tqegħid fis-suq dirett.

Għal kemm żmien tinżamm id-dejta?

Id-dejta tinżamm għal massimu ta' erba' snin, u wara titħassar, sakemm ma tinżammx minħabba l-bżonnijiet ta' inkjesta.

Kif tista' taċċessa d-dejta tiegħek, tivverifika l-preċiżjoni tagħha u jekk jinħtieġ tikkoreġiha?

Għandek id-dritt li titlob kopja tad-dejta personali tiegħek fi kwalunkwe ħin biex tikkoreġi l-preċiżjoni tal-informazzjoni miżmuma u/jew biex tikkoreġi jew taġġorna din l-informazzjoni. Barra minn hekk tista' titlob sabiex id-dejta personali tiegħek titħassar kompletament jekk m'hemm l-ebda inkjesta għaddejja min-naħa tiegħek.

Bl-għan li nipproteġu l-privatezza u s-sigurtà tiegħek, aħna nieħdu passi raġonevoli sabiex ngħinuk tivverifika l-identità tiegħek qabel ma jingħata aċċess jew isiru modifki.

X'inhuma l-modi tekniċi u l-miżuri tas-sigurtà użati biex ikun evitat aċċess ħażin jew mhux awtorizzat?

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ħa miżuri fiżiċi, elettroniċi u amministrattivi, li jirrevedi u jaġġorna b'mod regolari, sabiex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat, tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta u l-użu korrett tal-informazzjoni miġbura.

It-talbiet tiegħek jinżammu fuq is-server tal-kuntrattur qabel ma jiġu pproċessati. Jistgħu wkoll jiġu trażmessi bil-posta elettronika lill-espert responsabbli.

Dan il-kuntrattur estern iffirma kuntratt mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, li jorbot legalment, li jkun konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali u l-ipproċessar tagħha, u b’mod aktar speċifiku, mar-Regolament (KE) 45/2001.

Il-persunal tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE li għandu aċċess għall-informazzjoni identifikabbli personalment huma mitluba jipproteġu din l-informazzjoni skont l-Avviż tal-Privatezza, billi ma jużawx din l-informazzjoni għal kwalunkwe għan għajr dak li jagħtu s-servizzi mitluba f’ħidmiethom.

Lil min għandi nibgħat il-mistoqsijiet jew l-ilmenti?

Jekk tixtieq tikkonsulta, tħassar jew tikkoreġi l-informazzjoni personali tiegħek jekk jogħġbok ikkuntattja lil: eurlex-helpdesk@publications.europa.eu.

F'każ ta' kunflitt l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta tal-Kummissjoni jew lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Tibdil fl-Avviż tal-Privatezza

F'każ ta' kwalunkwe tibdil f'dan l-avviż dwar il-ħarsien tal-ħajja privata, nippubblikaw verżjoni aġġornata fuq din il-paġna: [http://eur-lex.europa.eu/n-lex/disclaimer/disclaimer_mt.htm]. Inħeġġuk iżżur regolarment din il-paġna biex tkun aġġornat dwar l-informazzjoni li niġbru, kif nipproċessawha u l-kundizzjonijiet eventwali meta nittrażmettuha lill-parti terza.

 

Publications Office
Siti oħrajn

EU Bookshop
Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-UE li qed tfittex

TED
L-akkwist pubbliku fi ħdan l-Unjoni Ewropea

Cordis
Il-portal għar-riċerka u l-iżvilupp Ewropej

Whoiswho
Id-direttorju uffiċjali tal-Unjoni Ewropea