Kif tuża l-N-Lex

Paġna Ewlenija

Din il-paġna turik l-ilsna li tista' tfittex bihom u l-pajjiżi li tista' ssib il-liġijiet tagħhom.

Għal kull pajjiż, tista tikklikkja:

  • Leġiżlazzjoni - tieħdok fil-paġna tat-tiftix.

Il-kontenut li tista’ tfittex ivarja skont il-pajjiż (liġijiet oriġinali jew konsolidati, indiċi tal-liġijiet, il-gazzetta nazzjonali tal-liġi, pubblikazzjonijiet legali, eċċ.). Xi drabi jkunu disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-pajjiż.

  • Tagħrif Ġenerali - dan jispjega l-organizzazzjoni tal-arkivju nazzjonali, liema tipi ta' liġi jkun fih u kif tista' tfittixhom.

Paġna ta’ tiftix

Il-paġna ta' tiftix tal-N-Lex hija bejn wieħed u ieħor l-istess għall-pajjiżi kollha, ikunu kif ikunu organizzati l-arkivji nazzjonali diversi. Madankollu, peress li l-funzjonijiet ta’ tiftix fl-arkivji jvarjaw minn pajjiż għal ieħor, jista’ jagħti l-każ li xi oqsma ta' tiftix ma jkunux disponibbli għall-pajjiżi kollha.

Jekk it-tiftix tiegħek ma jwassal għal ebda riżultati (relevanti) - ipprova irrepeti t-tfittxija iżda neħħi l-informazzjoni f’qasam jew f'xi oqsma. Dan iwessa’ l-firxa tat-tiftix.

Jekk it-tiftix tiegħek iwassal għal wisq riżultati - irrepeti t-tfittxija iżda imla aktar oqsma, biex timmira t-tiftixa aktar preċiżament.

Oqsma ta’ tiftix li tista’ tuża

  • kelmiet fit-test
  • kelmiet fit-titoli
  • Tip ta' dokument
  • Numru tad-dokument
  • Data tad-Dokument
  • Data tal-pubblikazzjoni

Paġna tar-riżultati tat-tiftix

Ir-riżultati jiġu ppreżentati bħall-mod li tikseb kieku tuża tiftixa diretta fuq l-arkivju nazzjonali in kwistjoni. Dan ifisser li l-preżentazzjoni tar-risultati fuq l-N-lex tvarja minn pajjiż għal ieħor.

In-navigazzjoni (ġeneralment skont il-paġna) u l-għażliet ta’ preżentazzjoni għad-dokumenti jiddependu wkoll fuq l-arkivju tal-pajjiż.

Kull paġna ta’ riżultati tinkludi link fin-naħa ta’ fuq tal-iskrin li tista’ tuża biex:

  • tneħħi jew iżżid il-kriterji mit/fit-tiftixa oriġinali tiegħek (per eż. biex tibdel l-ammont ta’ riżultati) jew
  • terġa’ tfittex bi kriterji ġodda.
Publications Office
Siti oħrajn

EU Bookshop
Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-UE li qed tfittex

TED
L-akkwist pubbliku fi ħdan l-Unjoni Ewropea

Cordis
Il-portal għar-riċerka u l-iżvilupp Ewropej

Whoiswho
Id-direttorju uffiċjali tal-Unjoni Ewropea