Protokoll Nru 1

LI JEMENDA L-PROTOKOLLI ANNESSI MAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA, MAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA U/JEW MAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERGIJA ATOMIKA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

XEWQANA LI jemendaw il-protokolli annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u/jew mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, sabiex jadattahom għar-regoli l-ġodda stabbiliti mit-Trattat ta' Lisbona.

FTEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat ta' Lisbona:

Artikolu 1

1)   Il-protokolli fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan it-Trattat u li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u/jew mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika għandhom jiġu emendati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

A. EMENDI ORIZZONTALI

2)   L-emendi orizzontali previsti fil-punt 2) ta' l-Artikolu 2 tat-Trattat ta' Lisbona għandhom japplikaw għall-protokolli msemmija f'dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-punti d), e) u j).

3)   Fil-protokolli msemmija fil-punt 1 ta' dan l-Artikolu:

 
a) l-aħħar subparagrafu tal-preambolu tagħhom li jsemmi t-trattat jew it-trattati li għalih jew għalihom huwa anness il-protokoll in kwistjoni għandu jiġi ssostitwit bi “QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika għall-Protokoll dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali u lanqas għall-Protokoll dwar is-sistema ta' xandir pubbliku fl-Istati Membri.

Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta' ċerti korpi, organi u servizzi ta' l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll dwar l-Artikolu 40.3.3 tal-Kostituzzjoni ta' l-Irlanda u l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu wkoll annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika;

 
b) il-kliem “tal-Komunitajiet” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' l-Unjoni” u l-kliem “il-Komunitajiet” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-Unjoni”, u għandu jsir it-tibdil fil-grammatika kif meħtieġ.

4)   Fil-protokolli li ġejjin, il-kliem “tat-Trattat” u “t-Trattat” jew “it-Trattati” għandhom jiġu ssostitwiti, rispettivament, bi “tat-Trattati” u “t-Trattati” u r-referenza għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u/jew għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għat-Trattati, u għandu jsir it-tibdil fil-grammatika kif meħtieġ:

 
a) Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea:

 

Artikolu 1

 
b) Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew:

 

Artikolu 1.1, it-tieni subparagrafu l-ġdid;

 

Artikolu 12.1, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 14.1(it-tieni darba li tidher);

 

Artikolu 14.2, it-tieni subparagrafu;

 

Artikolu 34.1, it-tieni inċiż;

 

Artikolu 35,1

 
ċ) Protokoll dwar il-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv:

 

Artikolu 3, it-tieni sentenza;

 
d) Protokoll dwar ċerti disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka:

 

Punt 2, innumerat mill-ġdid bħala 1, it-tieni sentenza;

 
e) Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea:

 

is-sitt premessa li saret il-ħames premessa;

 

Artikolu 1;

 
f) Protokoll dwar l-asil għal ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea:

 

is-sitt premessa li saret is-seba' premessa;

 
g) Protokoll dwar l-akkwist tal-proprjetà fid-Danimarka:

 

dispożizzjoni unika

 
h) Protokoll dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri:

 

dispożizzjoni unika

 
i) Protokoll dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-fond tar-riċerka għall-faħam u l-azzar:

 

Artikolu 3

5)   Fil-Protokolli u l-annessi li ġejjin, il-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti b'referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

 
a) Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew:

 

l-Artikolu 3.1;

 

l-Artikolu 4;

 

l-Artikolu 6.3;

 

l-Artikolu 7;

 

l-Artikolu 9.1;

 

l-Artikolu 10.1;

 

l-Artikolu 11.1;

 

l-Artikolu 14.1 ;

 

l-Artikolu 15.3;

 

l-Artikolu 16, l-ewwel sub-paragrafu;

 

l-Artikolu 21.1;

 

l-Artikolu 25.2;

 

l-Artikolu 27.2;

 

l-Artikolu 34.1;

 

l-Artikolu 35.3;

 

l-Artikolu 41.1, nnumerat mill-ġdid 40.1, l-ewwel sub-paragrafu;

 

l-Artikolu 42, nnumerat mill-ġdid 41;

 

l-Artikolu 43.1, nnumerat mill-ġdid 42.1;

 

l-Artikolu 45.1, nnumerat mill-ġdid 44.1;

 

l-Artikolu 47.3, nnumerat mill-ġdid 46.3.

 
b) Protokoll dwar il-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv:

 

Artikolu 1, is-sentenza introduttiva;

 
ċ) Protokoll fuq il-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:

 

l-ewwel premessa

 

Artikolu 1, l-ewwel sentenza;

 
d) Protokoll fuq ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq:

 

Punt 6, innumerat mill-ġdid bħala 5, it-tieni subparagrafu;

 

Punt 9, innumerat mill-ġdid bħala 8, is-sentenza introduttiva;

 

Punt 10, innumerat mill-ġdid bħala 9, punt a), it-tieni sentenza;

 

Punt 11, innumerat mill-ġdid bħala 10;

 
e) Protokoll dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali:

 

il-ħmistax-il-premessa, li saret il-ħdax-il-waħda;

 
f) annessi I u II:

 

l-intestatura taż-żewġ annessi

6)   Fil-protokolli li ġejjin, il-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tat-Trattat imsemmi”:

 
a) Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew:

 

l-Artikolu 3.2;

 

l-Artikolu 3.3;

 

l-Artikolu 9.2;

 

l-Artikolu 9.3;

 

l-Artikolu 11.2;

 

l-Artikolu 43.2, nnumerat mill-ġdid 42.2;

 

l-Artikolu 43.3, nnumerat mill-ġdid 42.3;

 

l-Artikolu 44, nnumerat mill-ġdid 43, it-tieni sub-paragrafu;

 
b) Protokoll dwar il-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv:

 

Artikolu 2, is-sentenza introduttiva;

 
ċ) Protokoll fuq il-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:

 

Artikolu 2;

 

Artikolu 3;

 

Artikolu 4, l-ewwel sentenza;

 

Artikolu 6;

 
d) Protokoll fuq ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq:

 

paragrafu 7, innumerat mill-ġdid bħala 6, it-tieni subparagrafu;

 

paragrafu 10, innumerat mill-ġdid bħala 9, punt c).

7)   Fil-protokolli li ġejjin, il-kliem “, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi,” għandhom jiddaħħlu wara “il-Kunsill”:

 
a) Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea:

 

Artikolu 4, it-tieni subparagrafu;

 

Artikolu 13, it-tieni subparagrafu;

 
b) Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej:

 

Artikolu 7, innumerat mill-ġdid bħala 6, l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu.

8)   Fil-protokolli li ġejjin, il-kliem “Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej”, “Qorti tal-Ġustizzja” jew “Qorti” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea”:

 
a) Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea:

 

Artikolu 1;

 

Artikolu 3, ir-raba' subparagrafu;

 

Artikolu 1 ta' l-Anness;

 
b) Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew:

 

Artikolu 35.1, 35.2, 35.4, 35.5 et 35.6

 

Artikolu 36.2

 
ċ) Protokoll dwar l-istabbiliment tas-sedi ta' l-istituzzjonijiet u ta' ċerti organizzazzjonijiet, korpi u organi ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ta' l-Europol:

 

Artikolu uniku, punt d);

 
d) Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej:

 

Artikolu 12, innumerat mill-ġdid bħala 11, punt a);

 

Artikolu 21, innumerat mill-ġdid bħala 20, l-ewwel darba li tidher;

 
e) Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda:

 

Artikolu 2;

 
f) Protokoll dwar l-asil għal ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea:

 

it-tieni premessa li saret it-tielet premessa;

B. EMENDI SPEĊIFIĊI

PROTOKOLLI REVOKATI

9)   Il-Protokolli li ġejjin għandhom jiġu revokati:

 
a) il-Protokoll dwar l-Italja (1957);

 
b) il-Protokoll dwar merkanzija li toriġina u tiġi minn ċerti pajjiżi u li tgawdi trattament speċjali meta impurtata fi Stat Membru (1957);

 
ċ) il-Protokoll dwar l-Istatut ta' l-Istitut Monetarju Ewropew (1992);

 
d) il-Protokoll dwar it-transizzjoni għat-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1992)

 
e) il-Protokoll fuq il-Portugall (1992);

 
f) il-Protokoll dwar ir-rwol ta' Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, li hu ssostitwit minn protokoll ġdid li jġib l-istess isem (1997);

 
g) il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li hu ssostitwit minn protokoll ġdid li jġib l-istess isem (1997);

 
h) il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benessri ta' l-annimali, li t-test tiegħu jsir l-Artikolu 6b tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

 
i) il-Protokoll dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea (2001);

 
j) il-Protokoll dwar l-Artikolu 67 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (2001).

L-ISTATUT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA

10)   Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti ta' Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fil-Preambolu, l-ewwel premessa, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Fil-bqija tal-Protokoll “Trattat KE” għandhom jiġu sostiwiti b' “Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”; fil-protokoll kollu, għandhom jitħassru r-referenzi għall-Artikoli tat-Trattat KEFA revokati mill-Protokoll Nru 2 anness ma' dan it-Trattat;

 
b) fl-Artikoli li ġejjn, il-kelma “Qorti” għandha tiġi ssostitwita bi “Qorti tal-Ġustizzja”:

 

Artikolu 3, it-tieni subparagrafu;

 

Artikolu 4, ir-raba' subparagrafu:

 

Artikolu 5, it-tieni subparagrafu;

 

Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikoli 10, 11, 12 u 14;

 

Artikolu 13, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel darba li tidher;

 

Artikolu 15, l-ewwel frażi;

 

Artikolu 16, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 17, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 18, it-tielet subparagrafu;

 

Artikolu 19, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 20, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 21, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 22, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 23, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

Artikolu 24, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikoli 25 u 27;

 

Artikolu 29, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikoli 30 sa 32, 35, 38, 41 u 43;

 

Artikolu 39, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 40, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 44, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel li tidher;

 

Artikolu 46, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 52;

 

Artikolu 54, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel parti tas-sentenza;

 

Artikolu 56, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 57, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 58, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 59 l-ewwel frażi;

 

Artikolu 60, it-tieni subparagrafu;

 

Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 62, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 62a, l-ewwel subparagrafu;

 

Artikolu 62b, l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza;

 

Artikolu 63;

 

Artikolu 64, l-ewwel sub-paragrafu li jsir it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

Artikolu 3, paragrafu 2, it-tieni frażi ta' l-Anness;

 

Artikolu 6, paragrafu 1, it-tieni sentenza ta' l-Anness;

 

Artikolu 8, paragrafu 1, l-ewwel sentenza ta' l-Anness

 
ċ) fl-Artikolu 2, il-kliem “..., f'seduta pubblika,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “..., quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mlaqqa' f'seduta pubblika”;

 
d) fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3, u fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 4, għandha tiġi miżjuda s-sentenza li ġejja: “Jekk id-deċiżjoni tikkonċerna membru tal-Qorti Ġenerali jew ta' qorti speċjalizzata, il-Qorti għandha tiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-qorti konċernata.”;

 
e) fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6, għandha tiġi miżjuda s-sentenza li ġejja: “Jekk il-persuna kkonċernata tkun membru tal-Qorti Ġenerali jew ta' qorti speċjalizzata, il-Qorti għandha tiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-qorti konċernata.”;

 
f) fl-intestatura tat-Titolu II, il-kliem “tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu miżjuda;

 
g) fl-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 13, il-kelma “proposta” għandha tiġi ssostitwita bi “talba” u l-kliem “... il-Kunsill jista', b'mod unanimu jipprovdi ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jipprovdu ...”;

 
h) fl-intestatura tat-Titolu III, il-kliem “quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu miżjuda;

 
i) l-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fl-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel frażi, il-kliem “fl-Artikolu 35(1) tat-Trattat UE” għandhom jitħassru. Fit-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu, il-kliem “... kif ukoll lill-Kunsill jew lill-Bank Ċentrali Ewropew jekk l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata ikun ġie emanat minn wieħed minnhom, u lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata jkun ġie emanat b'mod konġunt minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... kif ukoll lill-istituzzjoni, lill-korp jew lill-organu ta' l-Unjoni li adottaw l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata .”;

 
ii) fit-tieni subparagrafu, il-kliem “... u meta jkun il-każ, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Bank Ċentrali Ewropew, ikollhom id-dritt ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... u meta jkun il-każ, l-istituzzjoni, l-korp jew l-organu ta' l-Unjoni li adottaw l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata jkollhom id-dritt ...”;

 
j) fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 24, il-kliem “, korpi jew organi” għandhom jiddaħħlu wara “istituzzjonijiet”;

 
k) fl-Artikolu 40, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

   “L-istess dritt jappartjeni lill-korpi u lill-organi ta' l-Unjoni u lil kull persuna oħra li tista' turi li għandha interess fir-riżultat ta' xi kawża miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi ma jistgħux jintervjenu f'kawżi bejn Stati Membri, bejn istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jew bejn Stati Membri u istituzzjonijiet ta' l-Unjoni.”;

 
l) fl-Artikolu 42, il-kliem “, korpi u organi” għandhom jiddaħlu wara “l-istituzzjonijiet”;

 
m) fl-Artikolu 46, għandu jiddaħħal is-subparagrafu l-ġdid li ġej: “Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal rikorsi kontra l-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tar-responsabbiltà non-kontrattwali.”;

 
n) l-intestatura tat-Titolu IV għandu jiġi ssostitwit bi “QORTI ĠENERALI”;

 
o) l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 47 għandu jiġi ssostitwit bi “L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9, l-Artikoli 14 u 15, l-ewwel, it-tieni, ir-raba' u l-ħames subparagrafi ta' l-Artikolu 17, u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw għall-Qorti Ġenerali u għall-membri tagħha.”

 
p) fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 51, punt a), ir-referenza għat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 202 għandha tiġi sostiwita b' referenza għall-Artikolu 249 C(2) u fil-punt b) ir-referenza għall-Artikolu 11a għandha tiġi sostiwita b' referenza għall-Artikolu 280 F(1). Fit-tieni sub-paragrafu, il-kliem “jew mill-Bank Ċentrali Ewropew” għandhom jitħassru;

 
q) l-Artikolu 64 għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) għandu jiddaħħal l-ewwel subparagrafu l-ġdid li ġej:

   

“Ir-regoli dwar l-arranġamenti lingwistiċi applikabbli għall-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu stabbiliti b'regolament tal-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu. Dan ir-Regolament għandu jiġi adottat fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, jew fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja u mal-Parlament Ewropew.”

 
ii) fl-ewwel sentenza tas-subparagrafu li sar it-tieni subparagrafu, il-kliem “Sakemm ir-regoli relattivi għal-lingwa applikabbli għall-Qorti tal-Ġustizzja u għall-Qorti ta' Prim' Istanza jiġu adottati f'dan l-Istatut ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Sakemm dawn ir-regoli jiġu adottati ...”; it-tieni sentenza għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej: “B'deroga mill-Artikoli 223 u 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu emendati jew revokati biss bl-approvazzjoni unanima tal-Kunsill.”

 
r) fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 3(1) ta' l-Anness I għal-Protokoll, il-kliem “għas-Servizz Pubbliku” għandhom jiddaħħlu wara “Tribunal”; fil-paragrafu 2 u 3, il-kliem “bil-maġġoranza kwalifikata” għandhom jitħassru.

 
s) Ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija.

STATUT TAS-SEBĊ U TAL-BĊE

11)   Il-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fil-Preambolu, l-ewwel premessa, ir-referenza għall-Artikolu 8 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-Artikolu 107(2) tt-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

 
b) it-tiolu tal-Kapitolu I għandu jiġi sostitwit b' dan: “SISTEMA EWROPEA TA' BANEK ĊENTRALI”

 
ċ) l-Artikolu 1.1 għandu jinqasam f'żewġ subparagrafi magħmula miż-żewġ partijiet tas-sentenza u jibqa' mingħajr numru. L-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Skond l-Artikolu 245a(1) tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali jikkostitwixxu s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-BĊE flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkostitwixxu l-Ewrosistema.”; fil-bidu tat-tieni subparagrafu, il-kliem “dawn għandhom iwettqu ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Is-SEBĊ u l-BĊE għandhom iwettqu ...”;

 
d) l-Artikolu 1.2 għandu jitħassar;

 
e) fl-Artikolu 2, il-kliem “Skond l-Artikolu 105(1) ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Skond l-Artikoli 105(1) u 245a(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”; Fl-aħħar tat-tieni frażi, il-kliem “ta' l-Unjoni Ewropea” jiżdiedu wara “tat-Trattat”. Fl-aħħar tat-tielet frażi, il-kliem “dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea” għandhom jiżdiedu wara “tat-Trattat”;

 
f) fl-Artikolu 3.1, it-tieni inċiż, il-kliem “fl-Artikolu 111 tat-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti b' “fl-Artikolu 188 O ta' dak it-Trattat”;

 
g) fil-punt (b) ta' l-Artikolu 4, il-kelma “approprijati” għandha titħassar;

 
h) fil-bidu ta' l-Artikolu 9.1, il-kliem “skond l-Artikolu 107(2) ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “skond l-Artikolu 245a(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

 
i) l-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fl-Artikolu 10.1, “ta' l-Istati membri li l-munita tagħhom hija l-euro” għandhom jiddaħħlu fl-aħħar;

 
ii) fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 10.2, fit-tmiem ta' l-ewwel sentenza, il-kliem “... l-Istati Membri li adottaw l-euro.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.”; fl-aħħar tat-tielet subparagrafu, il-kliem “skond l-Artikoli 10.3, 10.6 u 41.2” għandhom jiġu ssostitwiti b' “skond l-Artikoli 10.3, 40.2, u 40.3”.

 
iii) l-Artikolu 10.6 għandu jitħassar;

 
j) fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11.2, il-kliem “... bil-kunsens tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata,”;

 
k) fl-Artikolu 14.1, il-kliem fit-tmiem “..., mhux aktar tard mid-data tat-twaqqif ta' l-SEBĊ” għandhom jitħassru;

 
l) fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 16, il-kliem “ta' l-euro” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “karti tal-flus”;

 
m) fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 18.1, il-kliem “..., sew jekk f'valuti użati fil-Komunità u sew f' oħrajn barra minnha,” huma ssostitwiti bi “... sew jekk f'euro jew f'muniti oħra,”;

 
n) fl-Artikolu 25.2, il-kliem “kull deċiżjoni tal-Kunsill” għandhom jiġu ssostitwiti bi “kull regolament tal-Kunsill”;

 
o) fl-Artikolu 28.1, il-kliem fil-bidu “..., li jsir operattiv malli jiġu stabbilita,” għandhom jitħassru;

 
p) fl-Artikolu 29.1, is-subparagrafu introduttiv għandu jkun ssostitwit bit-test li ġej: “Il-kjavi għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-BĊE, iffissata għall-ewwel darba fl-1998 meta ġiet stabbilita s-SEBĊ, għandha tiġi determinata billi kull bank ċentrali nazzjonali jingħata piż f'din il-kjavi ekwivalenti għas-somma ta': ...”; it-tieni subparagrafu għandu jkun ssostitwit bit-test li ġej: “Il-perċentwali tiġi mqarrba 'l fuq jew 'l isfel għall-eqreb multiplu ta' 0,0001 %.”;

 
q) fl-Artikolu 32.2, il-kliem fil-bidu “Skond l-Artikolu 32.3,” għandhom jitħassru u fl-Artikolu 32.3, il-kliem “, wara l-bidu tat-tielet stadju,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “, wara l-introduzzjoni ta' l-euro,”;

 
r) fl-Artikolu 34.2, l-ewwel erba' subparagrafi għandhom jitħassru;

 
s) fl-Artikolu 35.6, il-kliem “dawn it-Trattati u” għandhom jiddaħħlu qabel il-kliem “... dan l-Istatut”;

 
t) l-Artikolu 37 għandu jiġi rrevokat u l-Artikoli li ġejjin għandhom bħala konsegwenza jiġu nnumerati mill-ġdid;

 
u) l-Artikolu 41, innumerat mill-ġdid bħala 40, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fil-paragrafu 41.1, innumerat mill-ġdid bħala 40.1, il-kliem “... jistgħu jiġu emendati mill-Kunsill li jaġixxi jew bil-maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... jistgħu jiġu emendati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja jew fuq rakkomandazzjoni mill-...”u l-kliem “unanimament”u l-aħħar sentenza għandhom jitħassru;

 
ii) għandu jiddaħħal il-paragrafu 40.2 ġdid li ġej, u l-paragrafu 41.2 attwali jiġi nnumerat mill-ġdid 40.3:

   
“40.2. L-Artikolu 10.2 jista' jiġi emendat b'deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu fuq rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, jew fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara l-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew. Dawn l-emendi m'għandhomx jidħlu fis-seħħ sakemm ma jkunux approvati mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.”
u l-paragrafu 41.2 eżistenti għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala 40.3.

 
v) fl-Artikolu 42, immunerat mill-ġdid bħala 41, il-parti tas-sentenza “..., minnufih wara li tiġi deċiża d-data għall-bidu tat-tielet stadju, ...” għandha titħassar u l-kliem “li jiddeċiedi bil-maġġoranza kwalifikata,” għandhom jitħassru;

 
w) fl-Artikolu 43.1, 43.2 u 43.3, innumerati mill-ġdid bħala 42.1, 42.2 u 42.3, ir-referenza għall-Artikoli 122 għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 116a; fl-Artikolu 43.3, li jsir l-Artikolu 42.3 titħassar ir-referenza għall-Artikoli 34.2 u 50 u fl-Artikolu 43.4, innumerat mill-ġdid 42.4, ir-referenza għall-Artikolu 10.1 għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 10.2 u fl-Artikolu 43.4, innumerat mill-ġdid bħala 42.4, ir-referenza għall-Artikolu 10.1 għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 10.2;

 
x) fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 44, innumerat mill-ġdid bħala 43, il-kliem “il-kompiti ta' l-IME” għandhom jiġu ssostiwiti bi “il-kompiti preċedenti ta' l-IME previsti fl-Artikolu 118a(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea” u l-kliem fl-aħħar “fit-tielet stadju” għandhom jiġu ssostiwiti bi “wara l-introduzzjoni ta' l-euro”; fit-tieni subparagrafu, ir-referenza għall-Artikolu 122 tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 117a;

 
y) fl-Artikolu 47.3, innumerat mill-ġdid bħala 46.3, il-kliem “... fil-konfront tal-muniti, jew il-munita unika, ta' l-Istati Membri mingħajr deroga, ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... fil-konfront ta' l-euro, ...”;

 
z) l-Artikoli 50 u 51 għandhom jiġu revokati u l-Artikoli ta' wara għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid b' konsegwenza;

 
aa) fl-Artikolu 52, innumerat mill-ġdid bħala 49, il-kliem “skond l-Artikolu 116a(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “Wara li r-rati tal-kambju jiġu ffissati irrevokabbilment …”.

 
ab) Ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija.

STATUT TAL-BEI

12)   Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fil-Protokoll kollu, ir-referenzi għal Artikolu “tat-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti b'referenza għal Artikolu “tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

 
b) fl-aħħar subparagrafu tal-Preambolu, il-kliem “ma' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

 
ċ) it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1 għandu jitħassar;

 
d) fl-Artikolu 3, is-sentenza introduttiva għandha tiġi ssostitwita bi “Skond l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri huma l-membri tal-Bank.” u l-lista ta' l-Istati għandha titħassar;

 
e) fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 4, iċ-ċifra tal-kapital tal-Bank għandha tkun sostitwita bi “164 808 169 000 EUR” u ċ-ċifri rigward l-Istati Membri li ġejjin għandhom jiġu ssostitwiti kif jidher hawn taħt u t-tieni subparagrafu għandu jitħassar:

Polonja3 411 263 500
Repubblika Ċeka1 258 785 500
Ungerija1 190 868 500
Rumanija863 514 500
Slovakkja428 490 500
Slovenja397 815 000
Bulgarija290 917 500
Litwanja249 617 500
Ċipru183 382 000
Latvja152 335 000
Estonja117 640 000
Malta69 804 000

 
f) l-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fil-paragrafu 2, għandha tiddaħħal is-sentenza l-ġdida li ġejja fit-tmiem: “Il-ħlas f'kontanti għandu jsir esklużivament f'euro.”;

 
ii) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-kliem “... lejn dawk li jkunu sellfuh.” għandhom jitħassru u fit-tieni paragrafu, il-kliem “..., il-valuti mitluba mill-bank sabiex jissodisfa dawn l-obbligi.” Għandhom jitħassru;

 
g) l-Artikoli 6 u 7 għandhom jiġu revokati u l-Artikoli ta' wara għandhom bħala konsegwenza jiġu nnumerati mill-ġdid;

 
h) l-Artikolu 9, innumerat mill-ġdid bħala 7, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fil-paragrafu 2, il-kliem “..., b'referenza partikolari għall-objettivi li għandhom ikunu segwiti skond il-progress magħmul fir-realizzazzjoni tas-suq komuni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... skond l-objettivi ta' l-Unjoni”;

 
ii) fil-paragrafu 3, it-test tal-punt b) għandu jiġi ssostitwit bi “b) għall-finijiet ta' l-Artikolu 9(1) jiddetermina l-prinċipji applikabbli għall-operazzjoni ta' finanzjament fil-qafas tal-missjoni tal-Bank;”, it-test tal-punt d) għandu jiġi ssostitwit bi “d) jiddeċiedi dwar l-għoti ta' finanzjament għal operazzjonijiet ta' investiment li għandhom jitwettqu interament jew parzjalment barra mit-territorji ta' l-Istati Membri, skond l-Artikolu 16(1);” u fil-punt g), il-kelma “l-oħra” għandha tiddaħħal wara “s-setgħat” u l-kliem “... previsti fl-Artikoli 4, 7, 14, 17, 26 u 27” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... mogħtija minn dan l-istatut”;

 
i) l-Artikolu 10, innumerat mill-ġdid bħala 8, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) it-tielet sentenza għandha titħassar;

 
ii) iż-żewġ subparagrafi l-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

   “Maġġoranza kwalifikata għandha teħtieġ tmintax-il vot favur u 68 % tal-kapital sottoskritt.L-astensjoni mill-membri preżenti jew tar-rappreżentanti tagħhom m'għandhiex iżżomm l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li jeħtieġu l-unanimità.”

 
j) l-Artikolu 11, innumerat mill-ġdid bħala 9, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

   

“1.   Il-Bord tad-Diretturi għandu jiddeċiedi dwar l-għoti ta' finanzjament, speċjalment fil-forma ta' self jew garanziji u faċilitajiet ta' self; għandu jiffissa r-rati ta' imgħax fuq self mogħti kif ukoll il-kummissjoni u piżijiet oħra. Dan jista', fuq il-bażi ta' deċiżjoni meħuda b'maġġoranza kwalifikata, jiddelega xi wħud mill-funzjonijiet tiegħu lill-Kumitat tat-Tmexxija. Għandu jiffissa l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet ta' din id-delega u għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni tagħha.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jassigura li l-Bank jitmexxa sewwa u għandu jassigura li l-Bank jitmexxa skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u ta' l-Istatut u d-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi.”

 
ii) fil-paragrafu 2, is-sitt subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

   “Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi u d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-supplenti u għall-esperti maħtura b'għażla.”

 
iii) fit-tieni sentenza tal-paragrafu 5, il-kelma “unanimament” għandha titħassar;

 
k) l-Artikolu 13, innumerat mill-ġdid bħala 11, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, il-kliem “... l-għoti ta' self” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... l-għoti ta' finanzjament, b'mod partikolari fil-forma ta' self”;

 
ii) fil-paragrafu 4, il-kliem “... dwar proposti dwar konkluzjoni ta' self jew dwar l-għoti ta' self u dwar il-garanziji ta' dan is-self” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... dwar proposti dwar konkluzjonijiet ta' self u ta' għoti ta' finanzjament, b'mod partikolari fil-forma ta' self u ta' garanziji”;

 
iii) fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 7, il-kliem “uffiċjali u impjegati” għandhom jiġu ssostitwiti bi “membri tal-persunal”. Fl-aħħar, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja: “Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jistabbilixxu liema organu jkun kompetenti biex jadotta d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-persunal.”;

 
l) l-Artikolu 14, innumerat mill-ġdid bħala 12, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fil-paragrafu 1, il-kelma “tlett” għandha tiġi ssostitwita bi “sitt” u l-kliem “... għandu ta' kull sena jivverifika li l-operazzjonijiet tal-Bank ikunu ġew kondotti u li l-kotba tiegħu jinżammu f'manjiera xierqa” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... għandu jivverifika li l-attivitajiet tal-Bank ikunu konformi ma' l-aħjar prattika bankarja u għandu jkun responsabbli mill-verifika tal-kontijiet tal-Bank”;

 
ii) il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit biż-żewġ paragrafi l-ġodda li ġejjin:

   

“2.   Il-Kumitat previst fil-paragrafu 1 għandu, kull sena, jassigura li l-operazzjonijiet tal-Bank tmexxew sew u l-kotba tiegħu nżammu b'mod xieraq. Għal dan l-iskop, għandu jivverifika li l-operazzjonijiet tal-Bank saru skond il-formalitajiet u l-proċeduri previsti minn dan l-Istatut u r-Regoli ta' Proċedura.

3.   Il-Kumitat previst fil-paragrafu 1 għandu jikkonferma li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll kull informazzjoni finanzjarja oħra fil-kontijiet annwali mogħtija mill-Bord tad-Diretturi, jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank f'dak li jirrigwarda l-kapital u d-djun tiegħu, u f'dak li jirrigwarda r-riżultati ta' l-operazzjonijiet tiegħu u l-cash flows għas-sena finanzjarja konċernata.

4.   Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jispeċifikaw il-kwalifiki meħtieġa għall-membri tal-Kumitat u jistabbilixxu l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet għall-attività tal-Kumitat.”

 
m) fl-Artikolu 15, innumerat mill-ġdid bħala 13, il-kliem “bank tal-ħruġ” għandhom jiġu ssostitwiti bi “bank ċentrali nazzjonali”;

 
n) l-Artikolu 18, innumerat mill-ġdid bħala 16, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “... għandu jagħti self” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... għandu jagħti finanzjamenti, b'mod partikolari fil-forma ta' self u ta' garanziji,”, il-kliem “proġetti ta' investiment” għandhom jiġu ssostitwiti bi “investimenti” u l-kelma “Ewropej” għandha titħassar; fit-tieni subparagrafu, il-kliem “..., deroga awtorizzata mill-Bord ta' Gvernaturi, li jaġixxi unanimament,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “..., b'deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata tal-Bord ta' Gvernaturi,”, il-kliem “self biex proġetti ta' investiment” għandhom jiġu ssostitwiti bi “finanzjament għal investimenti” u l-kelma “Ewropej” għandha titħassar;

 
ii) fil-paragrafu 3, il-kelma “il-proġett” għandha tiġi ssostitwita bi “l-investiment” u l-parti tas-sentenza li ġejja għandha tiddaħħal fl-aħħar: “, jew fuq il-posizzjoni finanzjarja soda tad-debitur” u għandu jiddaħħal it-tieni subparagrafu ġdid li ġej:

   “Barra minn hekk, skond il-prinċipji stabbiliti mill-Bord ta' Gvernaturi skond l-Artikolu 7(3)(b) u meta l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea tkun teħtieġ, il-Bord tad-Diretturi għandu, b'maġġoranza kwalifikata, jistabbilixxi l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet ta' kull operazzjoni finanzjarja li fiha riskju speċifiku u li b'hekk tkun ikkunsidrata bħala attività speċjali.”;

 
iii) il-paragrafu 5 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

   

“5.   L-ammont totali ta' self u garanziji mogħti mill-Bank m'għandux jaqbeż il-250 % tal-kapital sottoskritt, tar-riservi, ta' l-ammonti mhux allokati u ta' l-eċċess fil-kont ta' qligħ u telf tiegħu. Dan l-ammont totali għandu jitnaqqas b'ammont daqs l-ammont sottoskritt,imħallas jew mhux, ta' kull parteċipazzjoni fil-kapital mill-Bank.

L-ammont tal-parteċipazzjonijiet fil-kapital imħallsa mill-Bank m'għandu qatt jaqbeż l-ammont imħallas tal-kapital sottoskritt, tar-riżervi tiegħu, ta' l-ammonti mhux allokati u ta' l-eċċess fil-kont ta' qligħ u telf.

B'eċċezzjoni għal dan, għall-attivitajiet speċjali tal-Bank, kif deċiżi mill-Bord ta' Gvernaturi u l-Bord tad-Diretturi skond il-paragrafu 3 għandu jkun hemm allokazzjoni speċifika ta' riżerva.

Dan il-paragrafu japplika wkoll għall-kontijiet konsolidati tal-Bank.”

 
o) fl-Artikolu 19(1), innumerat mill-ġdid bħala 17, il-kliem “... kummissjoni fuq garanziji” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... kummissjoni u piżijiet oħra” u l-kliem “u r-riskji” għandhom jiddaħħlu wara “ikopri l-ispejjeż tiegħu”; fil-paragrafu 2, il-kliem “tal-proġett” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' l-investiment”.

 
p) l-Artikolu 20, innumerat mill-ġdid bħala 18, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fis-sentenza introduttiva, il-kliem “self u garanziji” għandhom jiġu ssostitwiti bi “finanzjament”;

 
ii) fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-kliem “ta' proġetti” u “il-proġett” għandhom jiġu ssostitwiti, rispettivament, bi “ta' investimenti” u “l-investimment”, il-kliem “, jew fil-każ ta' investimenti oħra” għandhom jiddaħħlu wara “... fis-settur tal-produzzjoni,” u l-kliem fit-tmiem “, jew, b'xi mezzi oħrajn” għandhom jiġu ssostitwiti bi “u”; fil-punt (b), il-kliem “tal-proġett” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' l-investiment”;

 
iii) fil-paragrafu 2, għandu jiddaħħal it-tieni subparagrafu l-ġdid li ġej:

   “Madankollu, skond il-prinċipji stabbiliti mill-Bord ta' Gvernaturi skond l-Artikolu 7(3)(b) u meta l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea hekk jitlob, il-Bord tad-Diretturi għandu, b'maġġoranza kwalifikata, jistabbilixxi l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-kapital ta' intrapriża kummerċjali, normalment bħala kompliment għal self jew garanzija, sakemm dan ikun meħtieġ biex jiġi ffinanzjat investiment jew programm.”

 
iv) fil-paragrafu 6, il-kelma “proġett” għandha tiġi ssostitwita bi “investiment”;

 
v) il-paragrafu 7 ġdid li ġej għandu jiżdied:

   

“7.   Bħala kumpliment għall-attività ta' self tiegħu, il-Bank jista' jipprovdi servizzi ta' għajnuna teknika skond il-modalitajiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Bord ta' Gvernaturi, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, u f'konformità ma' dan l-Istatut.”

 
q) l-Artikolu 21, innumerat mill-ġdid bħala 19, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

   

“1.   Kull intrapriża jew entità pubblika jew privata tista' tapplika għal finanzjament direttament mingħand il-Bank. Applikazzjonijiet lill-Bank jistgħu jsiru wkoll jew permezz tal-Kummissjoni jew permezz ta' Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu jkun ser isir l-investiment.”;

 
ii) fil-paragrafu 2, il-kelma “il-proġett” għandha tiġi ssostitwita bi “l-investiment”;

 
iii) fl-ewwel sentenza tal-paragrafi 3 u 4, il-kliem “applikazzjonijiet għal self jew garanziji” għandhom jiġu ssostitwiti bi “operazzjonijiet ta' finanzjament”;

 
iv) fil-paragrafu 4, fl-ewwel frażi, ir-referenza għall-Artikolu 20 għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 18 u 20 innumerati mill-ġdid 16 u 18, fit-tieni frażi l-kliem “li jagħti s-self jew garanzija” għandhom jiġu ssostitwiti bi “il-finanzjament” u l-kliem “abbozz ta' kuntratt” għandhom jiġu ssostitwiti bi “il-proposta kkonċernata”; fl-aħħar sentenza, il-kliem “self jew garanzija” għandhom jiġu ssostitwiti bi “finanzjament”;

 
v) fil-paragrafi 5, 6 u 7, il-kliem “s-self jew il-garanzija” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-finanzjament”;

 
vi) il-paragrafu 8 ġdid li ġej għandu jiżdied:

   

“8.   Meta operazzjoni ta' finanzjament li għandha x'taqsam ma' investiment approvat trid tiġi ristrutturata biex jiġu mħarsa d-drittijiet u l-interessi tal-Bank, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu bla telf ta' żmien jieħu l-miżuri ta' emerġenza li jidhrulu xierqa, u għandu jirrapporta dan minnufih lill-Bord tad-Diretturi.”;

 
r) fl-Artikolu 22, innumerat mill-ġdid bħala 20, fil-paragrafu 1, il-kelma “internazzjonali” għandha titħassar u l-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

   

“2.   Il-Bank jista' jissellef fis-swieq tal-kapital ta' l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet legali li japplikaw għal dawk is-swieq.

L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li jkollhom deroga fit-tifsira ta' l-Artikolu 116a(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistgħu jopponu dan biss jekk ikun hemm biża' ta' disturbi serji fis-suq tal-kapital ta' dak l-Istat.”

 
s) fil-paragrafu 1(b) ta' l-Artikolu 23, innumerat mill-ġdid bħala 21, il-kliem “... maħruġa minnu jew minn dawk li jkunu sselfu mingħandu” għandhom jitħassru u fil-paragrafu 3, il-kliem “bank tal-ħruġ” għandhom jiġu ssostitwiti bi “banek ċentrali nazzjonali”;

 
t) fl-Artikolu 25, innumerat mill-ġdid bħala 23, il-kliem “li l-munita tiegħu mhijiex l-euro” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “Stat Membru” fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, u fit-tieni paragrafu; fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, il-kliem “għall-munita ta' Stat Membru ieħor” għandhom jitħassru, fil-paragrafu 3, il-kliem “bid-deheb jew f'munita konvertibbli” għandhom jitħassru u fil-paragrafu 4, il-kelma “proġetti” għandha tiġi ssostitwita bi “investimenti”;

 
u) fl-Artikolu 26, innumerat mill-ġdid bħala 24, il-kliem “, li jagħmel self speċjali” għandhom jitħassru;

 
v) fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 27, innumerat mill-ġdid bħala 25, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fit-tmiem: “Għandu jassigura li d-drittijiet tal-persunal jiġu mħarsa.”;

 
w) fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 29, innumerat mill-ġdid bħala 27, il-kliem “ta' l-Unjoni Ewropea” għandhom jiddaħħlu fl-aħħar, kif ukoll is-sentenza li ġejja: “Il-Bank, f'kuntratt, jista' jipprevedi proċedura ta' arbitraġġ”; it-tieni subparagrafu, il-kliem “jew jipprovdi għal arbitraġġ” għandhom jitħassru;

 
x) l-Artikolu 30, innumerat mill-ġdid bħala 28, għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

   

“Artikolu 28

1.   Il-Bord ta' Gvernaturi jista', b'mod unanimu, jiddeċiedi li jistabbilixxi sussidjarji jew entitajiet oħra li għandu jkollhom personalità ġuridika u awtonomija finanzjarja.

2.   Il-Bord ta' Gvernaturi għandu jadotta l-istatut tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 b'unanimità. L-istatut għandu jiddefinixxi, b'mod partikolari, l-objettivi, l-istruttura, il-kapital, is-sħubija, is-sede, ir-riżorsi finanzjarji, il-mezzi ta' intervenzjoni, l-arranġamenti ta' verifika kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom ma' l-organi tal-Bank.

3.   Il-Bank għandu l-kompetenza li jieħu sehem fit-tmexxija ta' dawn il-korpi u jikkontribwixxi għall-kapital sottoskritt tagħhom sa ammont determinat mill-Bord tal-Gvernaturi, li jaġixxi b'mod unanimu.

4.   Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-korpi previsti fil-paragrafu 1, sakemm dawn ikunu inkorporati taħt il-liġi ta' l-Unjoni, għall-membri ta' l-organi tagħhom fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom bħala tali u għall-persunal tagħhom bil-modalitajiet u kondizzjonijiet identiċi għal dawk li japplikaw għall-Bank.

Dawk id-dividendi, il-qligħ kapitali jew forom oħra ta' dħul li jiġu minn dawn il-korpi li għalihom huma intitolati l-membri, minbarra l-Unjoni Ewropea u l-Bank, għandhom madankollu jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet fiskali tal-leġislazzjoni applikabbli.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza, fil-limiti stabbiliti hawn taħt, li tisma' kwistjonijiet dwar miżuri adottati minn organi ta' xi korp soġġett għad-dritt ta' l-Unjoni. Ir-rikorsi kontra dawn il-miżuri jistgħu jitressqu minn kull membru ta' tali korp fil-kapacità tiegħu bħala tali jew mill-Istati Membri skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

6.   Il-Bord ta' Gvernaturi jista', b'mod unanimu, jiddeċiedi li jdaħħal persunal ta' korpi soġġetti għad-dritt ta' l-Unjoni fi skemi konġunti mal-Bank, f' rispett tal-proċeduri interni rispettivi.”

PROTOKOLL DWAR IL-LOKALITÀ TAS-SEDE

13)   Il-Protokoll dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta' ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u l-Europol għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fit-titolu tal-Protokoll u fil-preambolu, il-kelma “organi” għandha tiddaħħal qabel “korpi” u l-kliem “u l-Europol” għandhom jitħassru fit-titolu tal-Protokoll;

 
b) fil-preambolu, fl-ewwel konsiderazzjoni, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u r-referenza għall-Artikolu 77 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandha titħassar; it-tieni konsiderazzjoni għandha titħassar;

 
ċ) fil-punt (d), ir-referenza għat-Tribunal tal-Prim' Istanza għandha titħassar u b'konsegwenza ta' dan l-elementi grammatikali għandhom jiġu adattati;

 
d) fil-punt (i), ir-referenza għall-Istitut Monetarju Ewropew għandha titħassar;

PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TA' L-UNJONI

14)   Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fl-ewwel premessa tal-preambolu, ir-referenza għall-Artikolu 28 tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u għall-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, imqassra f'KEEA u l-kliem “dawn il-Komunitajiet u l-Bank Ewropew ta' l-Investiment” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-Unjoni Ewropea u l-KEEA”;

 
b) l-Artikolu 5 għandu jiġi rrevokat u l-Artikoli li ġejjin għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid b' konsegwenza;

 
ċ) fl-Artikolu 7, innumerat mill-ġdid bħala 6, il-paragrafu 2 għandu jiġi rrevokat u l-paragrafu 1 għandu jsir mingħajr numru.

 
d) fl-Artikolu 13, innumerat mill-ġdid bħala 12, l-aħħar parti tas-sentenza “skond il-kondizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni” għandha tiġi ssostitwita bi “skond il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet konċernati,”;

 
e) fl-Artikolu 15, innumerat mil-ġdid bħala 14, il-parti ta' l-ewwel sentenza “Il-Kunsill għandu filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni jistipula ...” għandha tiġi ssostitwita bi “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet ikkonċernati, jistabbilixxu ...”;

 
f) fl-Artikolu 16, innumerat mil-ġdid bħala 15, il-parti ta' l-ewwel sentenza “Il-Kunsill għandu filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni ...” għandha tiġi ssostitwita bi “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja ...”;

 
g) fl-Artikolu 21, innumerat mill-ġdid bħala 20, il-kliem “l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistratur ..” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi ..” u l-kliem “..., kif ukoll għall-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti ta' Prim' Istanza, ...” għandhom jitħassru;

 
h) fl-Artikolu 23, innumerat mill-ġdid bħala 22, l-aħar subparagrafu għandu jitħassar;

 
i) il-formula finali “B'XIEHDA TA' DAN, is-sottoskritti Plenipotenzjarji ffirmaw dan il-Protokoll”, id-data u l-lista tal-firmatarji għandhom jitħassru.

PROTOKOLL FUQ IL-KRITERJI TA' KONVERĠENZA

15)   Il-Protokoll fuq il-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fit-titolu tal-Protokoll, il-kliem “msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jitħassru;

 
b) fl-ewwel premessa, il-kliem “... bid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-passaġġ lejn it-tielet stadju ta' unjoni ekonomika u monetarja” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... bid-deċiżjonijiet dwar it-tmiem tad-derogi ta' l-Istati Membri b' deroga ...”;

 
ċ) fl-Artikolu 3, it-tieni sentenza, il-kliem “... kontra xi munita ta' xi Stat Membru ieħor fuq inizjattiva tiegħu stess għall-istess perjodu.” Għandhom jiġu ssostitwiti bi “... kontra l-euro għall-istess perijodu.”;

 
d) fl-Artikolu 6, il-kliem “ta' l-IME jew” għandhom jitħassru.

PROTOKOLL FUQ ĊERTI DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IR-RENJU UNIT

16)   Il-Protokoll fuq ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fil-Protokoll kollu, il-kliem “... li jgħaddi għat-tielet fażi ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... li jadotta l-euro ...”; il-kliem “... jgħaddi għat-tielet stadju ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “jadotta l-euro ...”; il-kliem “... fit-tielet stadju ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “wara l-introduzzjoni ta' l-euro ...”;

 
b) fil-preambolu, it-tieni premessa l-ġdida li ġejja għandha tiddaħħal:

   

“BILLI, fis-16 ta' Ottubru 1996 u t-30 ta' Ottubru 1997, il-Gvern tar-Renju Unit għarraf lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li ma jipparteċipax fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,”;

 
ċ) fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tielet subparagrafi għandhom jitħassru;

 
d) it-test tal-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

   
“2. L-Artikoli 3 sa 8 u 10 għandhom japplikaw għar-Renju Unit in vista tan-notifika mogħtija lill-Kunsill mill-gvern tar-Renju Unit fis-16 ta' Ottubru 1996 u fit-30 ta' Ottubru 1997.”;

 
e) il-paragrafu 3 għandu jitħassar u l-paragrafi ta wara għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid b' konsegwenza;

 
f) il-paragrafu 5, innumerat mill-ġdid bħala 4, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fl-ewwel sentenza, in-numerazzjoni ta' l-artikoli għandha tiġi ssostitwita bi “L-Artikolu 245a(2), ħlief l-ewwel u l-aħħar sentenza tiegħu, l-Artikolu 245a(5), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 97b, l-Artikolu 104(1), (9) u (11), l-Artikolu 105(1) sa (5), l-Artikolu 106, l-Artikoli 108, 109, 110 u 111a, l-Artikolu 115 C, l-Artikolu 117a(3), l-Artikoli 188 O u 245b tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea ...”;

 
ii) għandha tiddaħħal it-tieni sentenza l-ġdida li ġejja: “Bl-istess mod, l-Artikolu 99(2) ta' dan it-Trattat ma għandux japplika għar-Renju Unit fir-rigward ta' l-adozzjoni tal-partijiet tal-linji gwida ġenerali ta' politika ekonomika li jikkonċernaw iż-żona ta' l-euro b'mod ġenerali.”;

 
g) fil-paragrafu 6, innumerat mill-ġdid bħala 5, għandu jiddaħħal l-ewwel subparagrafu l-ġdid li ġej: “Ir-Renju Unit għandu jagħmel ħiltu biex jevita deficit eċċessiv.” u fil-bidu tas-sub-paragrafu ta' wara, il-kliem “l-Artikolu 116(4)” għandhom jitħassru;

 
h) l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7, innumerat mill-ġdid bħala 6, għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “6. Id-drittijiet għall-vot tar-Renju Unit għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta' l-atti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikoli nnumerati fil-paragrafu 4 u fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 116a(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan japplikaw it-tieni u subparagraf ta' l-Artikolu 116a(4) ta' dan it-Trattat.”. Fit-tieni sub-paragrafu, il-kliem “u fl-Artikolu 123(1)” għandhom jitħassru;

 
i) fil-punt (a) tal-paragrafu 9, innumerat mill-ġdid bħala 8, il-kliem “jgħaddix għal dan l-istadju” għandhom jiġu ssostitwiti bi “jadottax l-euro”;

 
j) fil-paragrafu 10, innumerat mill-ġdid bħala 9, it-test tas-subparagrafu introduttiv għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Ir-Renju Unit jista' jinnotifika f'kull ħin l-intenzjoni tiegħu li jadotta l-euro. F'dak il-każ: ...”. Fil-punt a), ir-referenza għall-Artikolu 122(2) tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 117a, paragrafu 1 u 2

 
k) fil-paragrafu 11, innumerat mill-ġdid bħala 10, il-kliem “u l-Artikolu 116(3)” għandhom jitħassru u l-kliem fit-tmiem “... ma jgħaddix għat-tielet stadju.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... ma jadottax l-euro.”.

PROTOKOLL DWAR ĊERTI DISPOŻIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAD-DANIMARKA

17)   Il-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fil-preambolu, l-ewwel premessa għandha titħassar, fit-tieni premessa, li saret l-ewwel premessa, il-kliem “... il-parteċipazzjoni Daniża fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... ma dan l-Istat jirrinunzja għad-deroga tiegħu,” u għandha tiddaħħal it-tieni premessa l-ġdida li ġejja: “BILLI, fit-3 ta' Novembru 1993, il-Gvern Daniż għarraf lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li ma jipparteċipax fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,”;

 
b) il-paragrafi 1 u 3 għandhom jitħassru u l-punti l-oħra għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid b' konsegwenza;

 
ċ) fil-paragrafu 2, innumerat mill-ġdid bħala 1, l-ewwel sentenza għandha tiġi ssostitwita bi “Id-Danimarka għandu jkolla deroga in vista tan-notifika lill-Kunsill mill-gvern Daniż fit-3 ta' Novembru 1993.”;

 
d) fil-punt 4, nnumerat mill-ġdid bħala 2, ir-referenza għall-Artikolu 122 (2) għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 117a tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

IL-PROTOKOLL TA' SCHENGEN

18)   Il-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fit-titolu tal-Protokoll, il-kliem “li jintegra l-acquis ta' Schengen fi ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “dwar l-acquis ta' Schengen integrat fi ...”;

 
b) il-preambolu għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fl-ewwel premessa, l-aħħar parti tas-sentenza, “..., għandhom il-mira li jsaħħu l-integrazzjoni Ewropea u, partikolarment, jabilitaw lill-Unjoni Ewropea biex tiżviluppa aktar malajr fi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja”; għandha tiġi ssostitwita bi “..., ġew integrati fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea bit-Trattat ta' Amsterdam tat-2 ta' Ottubru 1997;”;

 
ii) it-tieni premessa għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej:

   

“WAQT LI JIXTIEQU jippreservaw l-acquis ta' Schengen, kif ġie żviluppat mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, u jiżviluppaw dan l-acquis biex jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-objettiv li ċ-ċittadini jkollhom spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni”;

 
iii) it-tielet premessa għandha titħassar;

 
iv) fil-ħames premessa, li saret ir-raba', il-kliem “... ma humiex partijiet mil-ftehim imsemmija hawn fuq u ma ffermawhomx ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... ma jipparteċipawx fid-diżpożizzjonijiet kollha ta' l-acquis ta' Schengen ...” u, fit-tmiem, il-kliem “... li jaċċettaw, kollha kemm huma jew in parti id-dispożizzjonijiet ta' l-akkordji msemmija,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... li jaċċettaw dispożizzjonijiet oħra minn dan l-acquis kollha kemm huma jew f'parti;”;

 
v) fis-sitt premessa, li saret il-ħames, il-kliem, fit-tmiem, “... u li dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu użati biss meta ma jkunx hemm triq oħra” għandhom jitħassru;

 
vi) fis-seba' premessa li saret is-sitta, il-kliem, fit-tmiem, “... liema żewġ Stati kienu ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jkunu marbuta bid-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, fuq il-bażi tal-ftehim iffirmati fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... ġaladarba dawn iż-żewġ Stati, kif ukoll l-Istati Nordiċi membri ta' l-Unjoni Ewropea, huma marbuta bid-dispożizzjonijiet ta' l-Unjoni Nordika tal-passaporti;”;

 
ċ) Fl-Artikolu 1, l-ewwel sentenza għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej:

   

“Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja huma awtorizzati li jistabbilixxu bejniethom kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet definiti mill-Kunsill, li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen.”

 
d) l-Artikolu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

   

“Artikolu 2

L-acquis ta' Schegen għandu japplika għall-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u ta' l-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005. Il-Kunsill għandu jissostitwixxi l-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-ftehim ta' Schengen.”;

 
e) l-Artikolu 3 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

   

“Artikolu 3

Il-parteċipazzjoni tad-Danimarka fl-adozzjoni ta' miżuri li jikkostitwixxu żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri u l-applikazzjoni tagħhom għad-Danimarka, għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.”;

 
f) fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4, il-kliem “..., li ma humiex marbuta bl-acquis ta' Schengen,” għandhom jitħassru;

 
g) l-Artikolu 5 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

   

“Artikolu 5

1.   Il-proposti u l-inizjattivi biex jinbena fuq l-acquis ta' Schengen għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

F'dan il-kuntest, jekk l-Irlanda jew ir-Renju Unit ma jkunux għarrfu bil-kitba lill-Kunsill fi żmien perijodu raġonevoli li jixtiequ jieħduu sehem, l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 280 D tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għandha titqies li tkun ingħatat lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1 kif ukoll lill-Irlanda jew lir-Renju Unit jekk xi wieħed minnhom ikun jixtieq jieħu sehem fl-oqsma ta' kooperazzjoni in kwistjoni.

2.   Fejn jitqies li l-Irlanda jew ir-Renju Unit jkunu taw notifika skond deċiżjoni skond l-Artikolu 4, dawn jistgħu madankollu jgħarfu lill-Kunsill bil-miktub, fi żmien 3 xhur, li ma jixtiequx jieħdu sehem f'tali proposta jew inizjattiva. F'dak il-każ, l-Irlanda jew ir-Renju Unit m'għandhomx jieħdu sehem fl-adozzjoni tagħha. Mid-data ta' din in-notifika ta' l-aħħar, il-proċedura għall-adozzjoni tal-miżura li tibni fuq l-acquis ta' Schengen għandha tiġi sospiża sa tmiem il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 jew 4 jew sakemm tiġi rtirata dik in-notifika fi kwalunkwe mument matul din il-proċedura.

3.   Għall-Istat Membru li jkun għamel in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill skond l-Artikolu 4 għandha tieqaf milli tapplika, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura proposta, safejn jitqies meħtieġ mill-Kunsill u taħt il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati f'deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-kriterji li ġejjin: il-Kunsill għandu jfittex li jżomm l-akbar livell possibbli ta' parteċipazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat mingħajr ma tintlaqat serjament l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet ta' l-acquis ta' Schengen u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha mill-iktar fis possibbli wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kunsill għandu, jekk meħtieġ wara li jkun sejjaħ żewġ laqgħat suċċessivi, jaġixxi fi żmien erba' xhur mill-proposta tal-Kummissjoni.

4.   Jekk, sa tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, il-Kunsill ma jkun adotta l-ebda deċiżjoni, Stat Membru jista', mingħajr dewmien, jitlob li l-kwistjoni tiġi mressqa lill-Kunsill Ewropew. F'dak il-każ, il-Kunsill Ewropew għandu, fil-laqgħa li jmiss tiegħu, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta mill-Kummissjoni, jieħu deċiżjoni skond il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Jekk, sa tmiem il-proċedura prevista fil-paragrafi 3 jew 4, il-Kunsill jew, skond il-każ, il-Kunsill Ewropew ma jkun adotta l-ebda deċiżjoni, is-sospensjoni tal-proċedura għall-adozzjoni tal-miżura li tibni fuq l-acquis ta' Schengen għandha tintemm. Jekk, sussegwentement, l-imsemmija miżura tiġi adottata, kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill skond l-Artikolu 4 għandha, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik il-miżura, tieqaf milli tapplika għall-Istat Membru kkonċernat safejn u taħt il-kondizzjonijiet deċiżi mill-Kummissjoni, sakemm qabel l-adozzjoni tal-miżura, l-imsemmi Stat Membru ma jkunx irtira n-notifika tiegħu msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha taġixxi sad-data ta' din l-adozzjoni. Meta tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3.”

 
h) fit-tmiem ta' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6, il-kliem “fuq il-bażi tal-ftehim iffirmati fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996” għandhom jitħassru;

 
i) l-Artikolu 7 għandu jiġi rrevokat u l-Artikolu 8 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “7”.

 
j) l-anness għandu jiġi rrevokat.

PROTOKOLL DWAR L-APPLIKAZZJONI TA' L-ARTIKOLI 22A GĦAR-RENJU UNIT U GĦALL-IRLANDA

19)   Il-Protokoll dwar l-Applikazzjoni ta' ċerti aspetti ta' l-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit u għall-Irlanda għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fit-titolu tal-Protokoll, il-kliem “tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea” għandhom jinbidlu bil-kliem “tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

 
b) fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1, il-kliem “ta' Stati li huma Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ta' Stati Membri”;

 
ċ) fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 1 u fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikoli 2 u 3, ir-referenza għall-Artikolu 14 għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-Artikoli 22a u 69 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

PROTOKOLL DWAR IL-POŻIZZJONI TAR-RENJU UNIT U TA' L-IRLANDA FIR-RIGWARD TA' L-ISPAZJU TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA

20)   Il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fit-titolu tal-Protokoll, il-kliem “fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja” għandhom jiġu miżjuda fit-tmiem;

 
b) fit-tieni premessa tal-Preambolu, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-Artikolu 22a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

 
ċ) fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 1, il-kliem “... skond it-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... skond it-Titolu IV tal-Parti Tlieta, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;” it-tieni sentenza għandha titħassar u għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

   “Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”;

 
d) fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 2, il-kliem “... mid-dispopożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... mid-dispopożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”; fit-tielet sentenza, il-kliem “... l-acquis communautaire u” għandhom jiġu ssostitwiti minn “... la l-acquis communautaire, u lanqas dak ta' l-Unjoni u”;

 
e) l-Artikolu 3(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fl-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu, il-kliem “... skond it-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... skond it-Titolu IV tal-Parti Tlieta, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea” u t-tieni sentenza għandha titħassar;

 
ii) is-subparagrafi l-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara t-tieni subparagrafu:

   

“Il-miżuri adottati f'applikazzjoni ta' l-Artikolu 64 C tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda fil-valutazzjonijiet dwar l-oqsma koperti mit-Titolu IV tal-Parti Tlieta ta' l-imsemmi Trattat.

Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”

 
f) fl-Artikoli 4, 5 u 6, il-kliem “… it-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “… it-Titolu IV tal-Parti Tlieta, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

 
g) fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4, ir-referenza għall-Artikolu 11(3), għandha tiġi ssostitwita b'referenza għall-Artikolu 280 F (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

 
h) l-Artikolu 4a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

   

“Artikolu 4a

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll japplikaw għar-Renju Unit u l-Irlanda anke għal miżuri proposti jew adottati skond it-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jemendaw miżura eżistenti li biha jkunu marbuta.

2.   Madankollu, f'każijiet fejn il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddetermina li n-nuqqas ta' parteċipazzjoni tar-Renju Unit jew ta' l-Irlanda fil-verżjoni emendata ta' miżura eżistenti tagħmel mod li l-applikazzjoni ta' dik il-miżura tkun inpratikabbli għal Stati Membri oħra jew għall-Unjoni, huwa jista' jħeġġiġhom jagħmlu notifika skond l-Artikolu 3 jew 4. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 3, perijodu ulterjuri ta' xahrejn jibda jgħodd mid-data ta' tali determinazzjoni mill-Kunsill.

Jekk, ma' l-iskadenza ta' dak il-perijodu ta' xahrejn mid-determinazzjoni tal-Kunsill, ir-Renju Unit jew l-Irlanda ma jkunux għamlu notifika skond l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, il-miżura eżistenti ma tibqax torbot u ma tibqax applikabbli għalih, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel notifika skond l-Artikolu 4 qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura emendatorja. Dan għandu jieħu effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura emendatorja jew ta' l-iskadenza tal-perijodu ta' xahrejn, skond liema tkun l-aktar tard.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu, wara diskussjoni sħiħa tal-kwistjoni, jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jipparteċipaw jew li jkunu pparteċipaw fl-adozzjoni tal-miżura emendatorja. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 205(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jiddetermina li r-Renju Unit jew l-Irlanda għandhom ikunu responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-miżura eżistenti.

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4.”;

 
i) fl-Artikolu 5, il-parti tas-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar: “..., sakemm il-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimità tal-membri kollha tiegħu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, ma jiddeċidix mod ieħor.”;

 
j) fl-Artikolu 6, il-kliem “... id-dispożizzjonijiet pertinenti ta' dak it-Trattat, inkluż l-Artikolu 68,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... id-dispożizzjonijiet pertinenti tat-Trattati.”;

 
k) l-Artikolu 6a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

   

“Artikolu 6a

Ir-Renju Unit jew l-Irlanda m'għandhomx ikunu marbuta minn regoli stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw it-trattament ta' data personali mill-Istati Membri fl-eżerċiżżju ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 jew 5 tat-Titolu IV tal-Parti III ta' l-imsemmi Trattat, meta r-Renju Unit jew l-Irlanda ma jkunux marbuta b'regoli ta' l-Unjoni li jirregolaw forom ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali jew ta' kooperazzjoni tal-pulizija li fil-qafas tagħhom għandhom jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 B.”

 
l) fl-Artikolu 7, il-kliem “L-Artikoli 3 u 4” għandhom jiġu ssostitwiti bi “L-Artikoli 3, 4 u 4a” u l-kliem “... għall-Protokoll li jintegra l-Acquis ta' Schengen fil-” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... għall-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-...”;

 
m) fl-Artikolu 8, il-kliem “President tal-” għandhom jitħassru.

 
n) l-Artikolu 9 l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

   

“Artikolu 9

Fir-rigward ta' l-Irlanda, dan il-Protokoll m'għandux japplika għall-Artikolu 61 H tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”.

PROTOKOLL DWAR IL-POŻIZZJONI TAD-DANIMARKA

21)   Il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) il-preambolu għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) it-tliet premessi l-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara t-tieni premessa:

   

“KONXJI mill-fatt illi l-kontinwazzjoni taħt it-Trattati tas-sistema legali li oriġinat fid-deċiżjoni ta' Edinburgu ser tillimita b'mod sinifikattiv il-parteċipazzjoni tad-Danimarka f'oqsma importanti ta' kooperazzjoni ta' l-Unjoni, u li jkun fl-aħjar interess ta' l-Unjoni li tiġi assigurata l-integrità ta' l-acquis fl-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;

XEWQANA għaldaqstant li jistabilixxu qafas legali li joffri lid-Danimarka l-possibbiltà li tipparteċipa fl-adozzjoni ta' miżuri proposti msejsa fuq it-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u jilqgħu l-intenzjoni tad-Danimarka li tagħmel użu minn din il-possibiltà meta jkun possibbli skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha;

FILWAQT LI JINNUTAW illi d-Danimarka mhix ser iżomm lill-Istati Membri l-oħra milli jkomplu jiżviluppaw il-kooperazzjoni ta' bejniethom fir-rigward ta' miżuri li ma jorbtux lid-Danimarka,”

 
ii) fil-premessa ta' qabel ta' l-aħħar, il-kliem “... tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta' Schengen fil-” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen imdaħħal fil-...”;

 
b) fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 1, il-kliem “it-titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... it-Titolu IV tal-Parti Tlieta, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”;

 
ċ) fl-Artikolu 1, it-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu għandha titħassar u għandu jiddaħħal is-subparagrafu l-ġdid li ġej:

   “Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”;

 
d) l-Artikolu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

   

“Artikolu 2

Ebda dispożizzjoni tat-Titolu IV, tal-Parti III, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-ebda miżura adottata skond dak it-Titolu, l-ebda dispożizzjoni ta' ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni skond dak it-Titolu, u l-ebda deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni ta' kwalunkwe tali dispożizzjoni jew miżura jew kull miżura emendata jew emendabbli skond dak it-Titolu m'għandhom jorbtu lid-Danimarka jew ikunu applikabbli għaliha; u l-ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m'għandha b'xi mod taffetwa l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi tad-Danimarka; u l-ebda waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m'għandha b' xi mod taffettwa l-acquis tal-Komunità jew ta' l-Unjoni u lanqas ma tifforma parti mil-liġijiet ta' l-Unjoni kif dawn japplikaw għad-Danimarka. B'mod partikolari, atti ta' l-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona li huma emendati għandhom ikomplu jorbtu lil u jkunu applikabbli għad-Danimarka mingħajr bidla.”;

 
e) l-Artikolu 2a il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

   

“Artikolu 2a

L-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għal dawk ir-regoli stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw data ta' tip personali mill-Istati Membri fl-eżerċizzju ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 jew 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta ta' l-imsemmi Trattat.”;

 
f) l-Artikolu 4 għandu jsir l-Artikolu 6;

 
g) l-Artikolu 5, innumerat mill-ġdid bħala 4, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fl-Artikolu kollu, il-kelma “deċiżjoni” għandha tiġi ssostitwita bi “miżura”;

 
ii) fil-paragrafu 1, il-kliem “... skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... u li joħorġu minn din il-Parti” u l-kliem “... l-Istati Membri l-oħra msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Irlanda jew ir-Renju Unit jekk dawk l-Istati jieħdu sehem fl-oqsma ta' kooperazzjoni in kwistjoni.” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... l-Istati Membri l-oħra marbuta b'din il-miżura.”;

 
iii) fil-paragrafu 2, l-kliem “... l-Istati Membri msemmija f'Artikolu 1 tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jikkunsidraw ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... l-Istati Membri marbuta b'din il-miżura u d-Danimarka għandhom jikkunsidraw ...”

 
h) l-Artikolu 6, innumerat mill-ġdid bħala 5, għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fl-ewwel sentenza, il-kliem “... ta' l-Artikoli 13, paragrafu 1, u l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... ta' l-Artikolu 13(1), ta' l-Artikolu 28 A u ta' l-Artikoli 28 B sa 28 E tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea” u l-aħħar parti tas-sentenza “…, imma ma timpedix l-iżvilupp ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam” għandha titħassar;

 
ii) it-tielet sentenza l-ġdida li ġejja għandha tiddaħħal: “Id-Danimarka m'għandhiex iżżomm lill-Istati Membri l-oħra milli jiżviluppaw iżjed il-kooperazzjoni ta' bejniethom f'dan il-qasam.”;

 
iii) fir-raba' sentenza l-ġdida għandu jiddaħħal it-test li ġej: “..., u lanqas li tpoġġi kapaċitajiet militari għad-disposizzjoni ta' l-Unjoni.”;

 
iv) iż-żewġ subparagrafi l-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

   “L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentant tal-gvern Daniż, għandha tkun meħtieġa għall-atti tal-Kunsill li għandhom jiġu adottati b'mod unanimu.Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 205(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”

 
i) Wara it-titolu “PARTI III” għandu jiddaħħal Artikolu 6 bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 4

 
j) it-titolu “PARTI IV” għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 7;

 
k) l-Artikolu 8 l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:

   

“Artikolu 8

1.   Fi kwalunkwe ħin u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, id-Danimarka tista', skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha, tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra li b'effett mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara n-notifika, l-Parti I għandha tkun komposta mid-dispożizzjonijiet ta' l-Anness. F'dan il-każ u b'konsegwenza ta' dan, l-Artikolu 5 sa 8 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid.

2.   Sitt xhur wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ in-notifika prevista fil-pragrafu 1, l-acquis kollu ta' Schengen kif ukoll il-miżuri adottati sabiex jiġi żviluppat fuq dan l-acquis, li sa dak iż-żmien kienu jorbtu lid-Danimarka bħala obbligi taħt id-dritt internazzjonali, għandhom jorbtu lid-Danimarka bħala dritt ta' l-Unjoni.”

 
l) l-anness il-ġdid li ġej għandu jiżdied mal-Protokoll:

   

C_2007306MT.01018901.htm

PROTOKOLL DWAR L-ASIL GĦAL ĊITTADINI TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA

22)   Il-Protokoll dwar l-asil għal ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) il-preambolu għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) l-ewwel premessa għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej:

   

“BILLI skond l-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,”;

 
ii) għandha tiddaħħal it-tieni premessa l-ġdida li ġejja:

   

“BILLI skond l-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-drittijiet fundamentali, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jikkostitwixxu parti mil-liġi ta' l-Unjoni bħala prinċipji ġenerali,”;

 
iii) fit-tieni premessa li saret it-tielet, ir-referenza għall-Artikolu 6(2) għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikolu 6(1) u (3);

 
iv) fit-tielet premessa li saret ir-raba', ir-referenza għall-Artikolu 6(1) għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikolu 1a.

 
v) fit-tielet u r-raba' premessa, li saru r-raba' u l-ħames premessa, il-kelma “prinċipji” għandha tiġi ssostitwita bi “valuri”, fir-raba' premessa li ssir il-ħames premessa, ir-referenza għall-Artikolu 309 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea għandha tiġi ssostitwita b' referenza għall-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

 
vi) fil-ħames premessa, li saret is-sitt premessa, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi sostitwita b' referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

 
vii) is-seba' premessa, li saret it-tmien premessa għandha titħassar;

 
b) l-Artikolu uniku għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fil-punt (b), wara l-kliem “... il-Kunsill” għandhom jiddaħħlu l-kliem “, jew jekk ikun il-każ il-Kunsill Ewropew,” u l-kliem “... fil-konfront ta' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin,” għandhom jiddaħħlu fit-tmiem;

 
ii) it-test tal-punt (c) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

   
“ċ) jekk il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin jew jekk il-Kunsill Ewropew ikun adotta deċiżjoni skond l-Artikolu 7(2) ta' l-imsemmi Trattat fir-rigward ta' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin;”.

PROTOKOLL FUQ IL-KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI

23)   Il-Protokoll fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali għandha tiġi emendata kif ġej:

 
a) fil-Protokoll kollu, il-kliem “koeżjoni ekonomika u soċjali” għandhom jiġu ssostitwiti bi “koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”;

 
b) il-preambolu għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) l-ewwel, it-tieni, il-ħames u l-erbatax-il premessa għandhom jitħassru;

 
ii) l-ewwel premessa l-ġdida taqra :

   

“FILWAQT LI JFAKKRU li l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jsemmi, fost objettivi oħra, il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri, u li din il-koeżjoni tidher fost l-oqsma ta' kompetenza kondiviża ta' l-Unjoni elenkati fl-Artikolu 2 C (2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,”;

 
iii) ir-raba' premessa, li saret it-tielet premessa, għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej:

   

“FILWAQT LI JFAKKRU li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 161 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jipprovdu għall-ħolqien ta' Fond ta' Koeżjoni,”;

 
iv) fil-ħdax-il premessa, li saret it-tmien premessa, il-kliem fit-tmiem“... u jisħqu fuq l-importanza ta' l-inklużjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan it-Trattat” għandhom jitħassru;

 
v) fil-ħmistax-il premessa, li saret il-ħdax-il premessa l-ġdida l-kliem “... li jrid jitwaqqaf qabel il-31 ta' Diċembru 1993 ...” għandhom jitħassru;

 
vi) fl-aħħar premessa, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi sostitwita b'referenza għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

PROTOKOLLI OĦRA

24)   Fil-Protokoll dwar il-proċedura dwar żbilanċi eċċessiv, fil-preambolu, fl-ewwel premessa, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi sostitwita b' referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

25)   Fil-Protokoll dwar Franza, il-kliem “... fit-territorji barranin tagħha ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... fil-Kaledonja Ġdida, fil-Polineżja Franċiża u għal Wallis u Futuna ...”.

26)   Fil-Protokoll dwar ir-relazzjonijiet esterni ta' l-Istati Membri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni, ir-referenza għall-Artikolu 62, punt 2) a) tat-Titolu IV tat-Trattat għandha tiġi sostitwita b' referenza għall-Artikolu 62(2) punt b) tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

27)   Fil-Protokoll dwar l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea , fit-termini ta' promulgazzjoni, il-parti tas-sentenza finali “, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam” għandha titħassar.

28)   Fil-Protokoll dwar is-sistema ta' Xandir Pubbliku fl-Istati Membri, fl-aħħar sub-paragrafu tal-preambolu, il-kliem “annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea”, għandhom jiġu ssostitwiti bi “annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”.

29)   Fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità Ekonomika Ewropea ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda, il-kliem “... b'deċiżjoni meħuda b'maġġoranza kkwalifikata” għandhom jitħassru.

30)   Il-Protokoll dwar l-Artikolu 141 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fl-intestatura tal-Protokoll, ir-referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi ssostitwita b'referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

 
b) fid-dispożizzjoni unika, il-kliem “ta' dan it-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”.

31)   Fil-Protokoll dwar arranġamenti speċjali għall-Groenlandja il-kliem “Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea” għandhom jinbidlu bil-kliem “trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea” u l-Artikolu 2 għandu jitħassar.

32)   Il-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu emendati kif ġej:

 
a) it-titolu tal-Protokoll għandu jiġi ssostitwit bi “Protokoll dwar l-Artikolu 40.3.3 tal-Kostituzzjoni ta' l-Irlanda”;

 
b) il-kliem “Xejn fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew fit-Trattati li jistabbilixxu l-komunità Ewropea...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Xejn fit-Trattati, fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika ...”.

33)   Il-Protokoll dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-fond tar-riċerka għall-faħam u l-azzar għandu jiġi emendat kif ġej:

 
a) fil-preambolu, l-ewwel żewġ premessi għandhom jiġu ssostitwiti bl-ewwel premessa l-ġdida li ġejja:

   

“FILWAQT li jfakkru illi l-kapital u d-dejn kollu tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar kif kien jeżisti fit-23 ta' Lulju 2002, kien ingħadda lill-Komunità Ewropea fl-24 ta' Lulju 2002,”;

 
b) fl-Artikolu 1, il-paragrafu (1) għandu jitħassar u ż-żewġ paragrafi l-oħra għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid b' konsegwenza;

 
ċ) l-Artikolu 2 għandu jinqasam f'żewġ subparagrafi, bl-ewwel subparagrafu jintemm bil-kliem “..., inklużi l-prinċipji essenzjali.”. Dan l-Artikolu, barra minn hekk għandu jiġi emendat kif ġej:

 
i) fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “li jaġixxi skond proċedura leġislattiva speċjali” u l-kliem “li jkun ikkonsulta” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-approvazzjoni”;

 
ii) fit-tieni subparagrafu, il-kliem “u l-proċeduri ta' deċiżjoni xierqa, prtikolarment għall-adozzjoni ta' linji gwida ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Il-Kunsill għandu jadotta, fuq proposta mil-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-miżuri li jistabbilixxu l-linji gwida ...”;

 
d) l-Artikolu 4 għandu jiġi rrevokat.

Artikolu 2

1.   L-Artikoli tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea, kif emendati mit-Trattat ta' Lisbona għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid skond it-tabella ta' korrispondenza annessa ma' dan il-Protokoll. Ir-referenzi inkroċati għall-Artikoli ta' Protokolli fit-test tal-Protokolli għandhom jiġu adattati skond l-imsemmi tabella.

2.   Ir-referenzi għall-premessi tal-Protokolli msemmija fl-Artikolu 1, punt 1 jew għall-Artikoli ta' tali Protokolli, inkluż il-paragrafu jew sub-paragrafi tagħhom kif innumerati jew ordnati mill-ġdid minn dan il-Protokoll u li jinsabu fi Protokolli jew atti oħra ta' dritt primarju għandhom jiġu adattati skond dan il-Protokoll. Dawn l-adattazzjonijiet jirrigwardaw ukoll, fejn ikun jixraq, il-każijiet fejn id-disposizzjoni in kwistjoni tkun revokata.

3.   Ir-referenzi għall-premessi u Artikoli, inklużi l-paragrafi jew sub-paragrafi tagħhom tal-Protokolli msemmija fl-Artikolu 1, punt 1 kif innumerati jew ordnati mill-ġdid mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u li jinsabu fi strumenti oħra għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-premessi u l-Artikoli, inkluż il-paragrafi jew sub-paragrafi ta' tali Protokolli kif innumerati jew ordnati mill-ġdid skond dan il-Protokoll.