Protokoll
DWAR L-ARTIKOLU 6(2) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA DWAR L-ADEŻJONI TA' L-UNJONI GĦALL-KONVENZJONI EWROPEA GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U L-LIBERTAJIET FUNDAMENTALI
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:
Artikolu 1
Il-ftehim dwar l-adeżjoni ta' l-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni Ewropea”), previst fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu jirrifletti l-ħtieġa li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-Unjoni u tad-dritt ta' l-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta':
|
|
Artikolu 2
Il-ftehim previst fl-Artikolu 1 għandu jassigura li l-adeżjoni ta' l-Unjoni ma tolqotx il-kompetenzi tagħha u s-setgħat ta' l-istituzzonijiet tagħha. Għandu jassigura li xejn fih ma jolqot is-sitwazzjoni partikolari ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-Konvenzjoni Ewropea, b'mod partikulari fir-rigward tal-Protokolli tagħha, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri li jidderogaw mill-Konvenzjoni Ewropea, skond l-Artikolu 15 tagħha, u r-riservi għall-Konvenzjoni Ewropea magħmula minn Stati Membri skond l-Artikolu 57 tagħha.Artikolu 3
Xejn fil-ftehim previst fl-Artikolu 1 m' għandu jolqot l-Artikolu 292 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.