DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 6

1.   Dan it-Trattat għandu jkun ratifikat mill-Partijiet Kontraenti Għolja skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depożitati mal-Gvern tar-Repubblika Taljana.

2.   Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009, bil-kondizzjoni li jkunu ġew depożitati l-istrumenti ta' ratifika kollha, jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-ewwel jum tax-xahar wara d-depożitu ta' l-istrument ta' ratifika mill-Istat firmatarju li jwettaq dan il-pass l-aħħar.