EMENDI GĦAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U GĦAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA
Artikolu 2
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandu jiġi emendat skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.
| 1) | L-intestatura tat-Trattat għandha tiġi ssostitwita bi: “Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea”. |
| A. | EMENDI ORIZZONTALI |
| 2) | Fit-Trattat kollu:
|
| 3) | Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem “skond il-proċedura leġislattiva speċjali”, għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “jaġixxi unanimament” jew “jaġixxi b'mod unanimu” u l-kliem “fuq proposta tal-Kummissjoni” għandhom jitħassru:
|
| 4) | Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem “, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi,” għandhom jiddaħħlu wara “il-Kunsill”:
|
| 5) | Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem “li jikkonsulta mal-Parlament” u “li jikkonsulta lill-Parlament” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-approvazzjoni tal-Parlament”:
|
| 6) | Fl-Artikoli li ġejjin, il-kelma “istituzzjoni” għandha tiġi ssostitwita bi “istituzzjoni, korp jew organu” u, skond il-każ, is-sentenza għandha tkun grammatikalment adattata bħala konsegwenza:
|
| 7) | Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem “Qorti tal-Ġustizzja” jew “Qorti” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea”:
Fl-Artikoli li ġejjin, il-kliem “tal-Ġustizzja” wara l-kelma “Qorti” għandhom jitħassru:
|
| 8) | Fl-Artikoli li ġejjin, ir-referenza għal Artikolu ieħor tat-Trattat għandha tiġi ssostitwita bir-referenza li ġejja għal Artikolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea:
|
| 9) | Ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija. |
| B. | EMENDI SPEĊIFIĊI |
PREAMBOLU
| 10) | Fit-tieni premessa, il-kelma “pajjiżi” għandha tiġi ssostitwita bi “Stati” u fl-aħħar premessa tal-Preambolu, il-kliem “IDDEĊIDEW li jistabbilixxu KOMUNITÀ EWROPEA u għal dan il-għan innominaw...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “INNOMINAW għal dan il-għan...”. |
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
| 11) | L-Artikoli 1 u 2 għandhom jiġu revokati. Għandu jiddaħħal Artikolu 1a:
|
KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA
| 12) | Għandhom jiddaħlu titolu u artikoli ġodda 2 A sa 2 E:
|
DISPOŻIZZJONIJIET TA' APPLIKAZZJONI ĠENERALI
| 13) | Għandhom jiddaħħlu t-titolu u l-Artikolu 2 F li ġejjin:
|
| 14) | L-Artikolu 3(1) għandu jiġi rrevokat. Il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat hekk: il-kliem “... l-attivitajiet (...) msemmija f'dan l-Artikolu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... l-azzjonijiet tagħha,” u l-paragrafu jibqa' mingħajr numru. |
| 15) | It-test ta' l-Artikolu 4 isir l-Artikolu 97b. Dan qed jiġi emendat kif jidher fil-punt 85). |
| 16) | L-Artikolu 5 għandu jiġi rrevokat; dan jiġi sostitwit mill-Artikolu 3b tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea . |
| 17) | Għandu jiddaħħal Artikolu 5a :
|
| 18) | Għandu jiddaħħal Artikolu 5b:
|
| 19) | Fl-Artikolu 6, il-kliem “imsemmija f'Artikolu 3” għandhom jitħassru. |
| 20) | Għandu jiddaħħal Artikolu 6a bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 153(2). |
| 21) | Għandu jiddaħħal Artikolu 6b bil-formulazzjoni tat-termini normattivi tal-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benessri ta' l-annimali; il-kliem “, tas-sajd,” għandhom jiddaħħlu wara “l-agrikoltura,” il-kliem “...u r-riċerka,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u ta' l-ispazju,” u l-kliem “bħala esseri sensibbli,” għandhom jiddaħħlu wara “...tal-benessri ta' l-annimali”. |
| 22) | L-Artikoli 7 sa 10 A għandhom jiġu rrevokati. L-Artikoli 11 u 11 A għandhom jiġu ssostitwiti mill-Artikoli 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mill-Artikoli 280 A sa 280 I tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif jidher hawn isfel fl-Artikolu 1 punt 22) ta' dan it-Trattat u hawn isfel fil-punt 278). |
| 23) | It-test ta' l-Artikolu 12 isir l-Artikolu 16 D. |
| 24) | It-test ta' l-Artikolu 13 għandu jsir l-Artikolu 16 E. Huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 33). |
| 25) | It-test ta' l-Artikolu 14 għandu jsir l-Artikolu 22a. Huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 41). |
| 26) | It-test ta' l-Artikolu 15 għandu jsir l-Artikolu 22b. Huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 42). |
| 27) | L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 28) | Għandu jiddaħħal Artikolu 16 A bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 255; dan għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 29) | Artikolu 16 B għandu jiddaħħal, li jissostitwixxi l-Artikolu 286:
|
| 30) | L-Artikolu 16 C il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:
|
NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA
| 31) | L-intestatura tat-tieni parti għandha tiġi ssostitwita bl-intestatura li ġejja: “NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI”. |
| 32) | Għandu jiddaħħal Artikolu 16 D bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 12. |
| 33) | Għandu jiddaħħal Artikolu 16 E, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 13; fil-paragrafu 2, il-kliem “...meta l-Kunsill jadotta...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jadottaw il-prinċipji bażiċi...” u l-kliem fit-tmiem “..., huwa għandu jaġixxi skond il-proċedura fl-Artikolu 251” għandhom jitħassru. |
| 34) | L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 35) | L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 36) | Fl-Artikolu 20, il-kliem “..jistabbilixxu r-regoli neċessarji bejniethom u...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...jieħdu d-dispożizzjonijiet meħtieġa u ...”. Is-subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiżdied:
|
| 37) | Fl-Artikolu 21, l-ewwel subparagrafu l-ġdid għandu jiddaħħal:
|
| 38) | Fl-Artikolu 22, it-tieni subparagrafu, il-kliem “...mad-drittijiet previsti f'din il-Parti, u jirrakkommandahom lill-Istati Membri għall-adozzjoni skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...mad-drittijiet elenkati fl-Artikolu 17(2). Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.”. |
| 39) | Fl-intestatura tat-tielet parti, il-kliem “U AZZJONIJIET INTERNI” għandhom jiżdiedu wara “POLITIKA”. |
SUQ INTERN
| 40) | It-titolu I, intitolat “IS-SUQ INTERN”, għandu jiddaħħal fil-bidu tat-tielet parti. |
| 41) | L-Artikolu 22a għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 14; Il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 42) | L-Artikolu 22b għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 15; Fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “matul il-perjodu ta' l-istabbiliment” għandhom jiġu ssostiwiti bi “għall-istabbiliment...”. |
| 43) | It-Titolu I dwar il-moviment liberu tal-merkanzija għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “Ia”. |
| 44) | Fl-Artikolu 23(1), il-kliem “... hija bażata fuq...” għandhom jiġi ssostitwiti bi “tinkludi”. |
| 45) | Il-kapitolu 1a għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 27, intitolat “KOOPERAZZJONI DOGANALI”, u l-Artikolu 27a għandu jiddaħħal bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 135, fejn l-aħħar sentenza ta' dan l-Artikolu 135 għandha titħassar. |
AGRIKOLTURA U SAJD
| 46) | Fl-intestatura tat-Titolu II, il-kliem “U SAJD” għandhom jiżdiedu. |
| 47) | L-Artikolu 32 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 48) | L-Artikolu 36 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 49) | L-Artikolu 37 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
MOVIMENT LIBERU TAL-ĦADDIEMA
| 50) | L-Artikolu 39(3)(d) għandu jiġi fformulat mill-ġdid, kif ġej: “li jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru wara li jkun okkupa impjieg hemm, soġġett għal kondizzjonijiet f' regolamenti implimentattivi li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni”. |
| 51) | L-Artikolu 42 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
ID-DRITT TA' STABBILIMENT
| 52) | Fl-Artikolu 44(2), il-kliem “il-Parlament Ewropew,” għandhom jiżdiedu fil-bidu ta' l-ewwel subparagrafu. |
| 53) | Fl-Artikolu 45, it-tieni subparagrafu, il-kliem “Il-Kunsill, b'vot tal-maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jeżenta...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jeżentaw...”. |
| 54) | L-Artikolu 47 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 55) | L-Artikolu 48a għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 294; |
IS-SERVIZZI
| 56) | L-Artikolu 49 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 57) | Fl-Artikolu 50, it-tielet subparagrafu, il-kliem “fil-pajjiż” għandhom jiġu sostitiwiti bi “fl-Istat Membru” u l-kliem “dak il-pajjiż” għandhom jiġu sostitiwiti bi “dan l-Istat”. |
| 58) | Fl-Artikolu 52(1), il-kliem “...il-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jiġu kkonsultati l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Parlament Ewropew, għandu...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom, b'maġġoranza kwalifikata...”. |
| 59) | Fl-Artikolu 53, il-kliem “... jiddikjaraw ruħhom disposti li jipproċedu għal-liberaliżżazzjoni tas- ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “...jagħmlu ħilithom biex jilliberalizzaw is-...”. |
KAPITAL
| 60) | Fl-Artikolu 57(2), il-kliem “... il-Kunsill jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta miżuri ...” għandhom jiġu sostiwiti bi “... il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri...” u l-aħħar sentenza tal-paragrafu 2 issir il-paragrafu 3 li għandha taqra kif ġej:
|
| 61) | Fl-Artikolu 58, il-paragrafu 4 l-ġdid li ġej għandu jiżdied:
|
| 62) | L-Artikolu 60 għandu jsir l-Artikolu 61 H. Huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 64). |
L-ISPAZJU TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA
| 63) | Titolu IV, intitolat “L-ISPAZJU TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA” għandu jissostitwixxi t-Titolu IV dwar il-visa, l-asil, l-immigrazzjoni u politika oħra relatati mal-moviment liberu ta' persuni. Dan it-titolu għandu jinkludi l-kapitoli li ġejjin:
|
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
| 64) | L-Artikolu 61 għandu jiġi ssostitwit bil-Kapitolu 1 u l-Artikoli 61 sa 61 I li ġejjin. L-Artikolu 61 jissostitwixxi wkoll l-Artikolu 29 tat-Trattat attwali dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 61 D jissostitwixxi l-Artikolu 36, l-Artikolu 61 E jissostitwixxi l-Artikolu 64(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 33 tat-Trattat attwali dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 61 G jissostitwixxi l-Artikolu 66 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 61 H jieħu l-Artikolu 60 ta' dan l-aħħar Trattat, kif jidher fil-punt 62) hawn isfel.
|
KONTROLLI FIL-FRUNTIERI, ASIL U IMMIGRAZZJONI
| 65) | L-Artikoli 62 sa 64 għandhom jiġu ssostitwiti bil-Kapitolu 2 u l-Artikoli 62 sa 63b li ġejjin. L-Artikolu 62 jissostitwixxi l-Artikolu 62, l-Artikolu 63 (1) u (2) jissostitwixxi l-Artikolu 63 punti 1 u 2, l-Artikolu 63(3) jissostitwixxi l-Artikolu 64(2), u l-Artikolu 63a jissostitwixxi l-Artikolu 63, punti 3 u 4:
|
KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F'MATERJI ĊIVILI
| 66) | L-Artikolu 65 għandu jiġi ssostitwit bil-Kapitolu 3 u l-Artikolu 65 li ġejjin:
|
KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F'MATERJI KRIMINALI
| 67) | L-Artikoli 66 għandu jiġi sostitwit bl-Artikolu 61 G, kif jidher fil-punt 64) u l-Artikoli 67 sa 69 jiġu rrevokati. Għandhom jiddaħlu l-Kapitolu 4 u l-Artikoli 69 A sa 69 E li ġejjin. L-Artikoli 69 A, 69 B u 69 D jissostitwixxu l-Artikolu 31 tat-Trattat attwali ta' l-Unjoni Ewropea, kif jidher hawn isfel fl-Artikolu 1 punt 51), ta' dan it-Trattat:
|
KOOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA
| 68) | Għandhom jiddaħlu l-Kapitolu 5 u l-Artikoli 69 F, 69 G u 69 H. L-Artikoli 69 F u 69 G jissostitwixxu l-Artikolu 30 tat-Trattat attwali ta' l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 69 H jissostitwixxi l-Artikolu 32 ta' dak it-Trattat, kif jidher hawn isfel fl-Artikolu 1 punt 51), ta' dan it-Trattat:
|
TRASPORT
| 69) | Fl-Artikolu 70, il-kliem “...l-Istati Membri għandhom isegwu l-għanijiet tat-Trattat” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-objettivi tat-Trattati għandhom jiġu segwiti ...” |
| 70) | Fl-Artikolu 71, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 71) | Fil-bidu ta' l-Artikolu 72, il-kliem “..., u sakemm il-Kunsill ma jagħtix il-kunsens unanimu tiegħu,...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “..., u sakemm il-Kunsill ma jkunx adotta miżura li tagħti deroga,...”. |
| 72) | L-Artikolu 75 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 73) | Fl-Artikolu 78, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:
|
| 74) | Fl-Artikolu 79, il-parti tal-sentenza “mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali” għandha titħassar. |
| 75) | Fl-Artikolu 80, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
REGOLI FUQ IL-KOMPETIZZJONI
| 76) | Fl-Artikolu 85, il-paragrafu 3 l-ġdid li ġej għandu jiżdied:
|
| 77) | L-Artikolu 87 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 78) | Fl-Artikolu 88, il-paragrafu 4 l-ġdid li ġej għandu jiżdied:
|
DISPOŻIZZJONIJIET FISKALI
| 79) | Fl-Artikolu 93, fl-aħħar, il-kliem “...fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 14” għandhom jiġi ssostitwiti bi “u tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni”. |
APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET
| 80) | L-Artikoli 94 u 95 huma maqluba. l-Artikolu 94 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “95” u l-Artikolu 95 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “94”. |
| 81) | l-Artikolu 95, innumerat mill-ġdid bħala 94, għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 82) | Fl-Artikolu 94, innumerat mill-ġdid bħala 95, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94,...” għandhom jiddaħħlu fil-bidu. |
| 83) | Fl-Artikolu 96, it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, il-kliem “, il-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni (...) għandu joħroġ” għandhom jiġi ssostitwiti bi “, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom joħorġu...”. It-tieni sentenza għandha tiġi ssostitwita bi “Kwalunkwe miżura utli oħra prevista fit-Trattati tista' tiġi adottata.”. |
PROPRJETÀ INTELLETTWALI
| 84) | L-Artikolu 97a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal bħala l-aħħar Artikolu tat-titolu 6:
|
POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA
| 85) | Artikolu 97b għandu jiddaħħal bħala l-ewwel Artikolu tat-Titolu VII, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 4; huwa għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 86) | L-Artikolu 99 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
DIFFIKULTAJIET FIL-FORNIMENT TA' ĊERTI PRODOTTI (ENERĠIJA)
| 87) | Fl-Artikolu 100, il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA – POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA
| 88) | Fl-Artikolu 102, il-paragrafu 2 għandu jitħassar u l-paragrafu 1 għandu jibqa' mingħajr numru. |
| 89) | Fl-Artikolu 103, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
PROĊEDURA FIL-KAŻ TA' ŻBILANĊ EĊĊESSIV
| 90) | L-Artikolu 104 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
POLITIKA MONETARJA
| 91) | L-Artikolu 105 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 92) | L-Artikolu 106 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 93) | L-Artikolu 107 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 94) | Fl-aħħar ta' l-Artikolu 109, il-parti tas-sentenza “...l-aktar tard sad-data ta' l-istabbiliment tas-SEBĊ” għandha titħassar. |
| 95) | Fl-Artikolu 110, l-ewwel erba' subparagrafi tal-paragrafu 2 għandhom jitħassru. |
MIŻURI DWAR L-UŻU TA' L-EURO
| 96) | Fl-Artikolu 111, it-testi tal-paragrafi 1 sa 3 u 5 għandhom isiru, rispettivament, il-paragrafi 1 sa 4 ta' l-Artikolu 188 O; dawn għandhom jiġu emendati kif indikat hawn taħt fil-punt 174). It-test tal-paragrafu 4 għandu jsir il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 115c; dan għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 100). |
| 97) | L-Artikolu 111a għandu jiddaħħal:
|
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI (UEM)
| 98) | It-test ta' l-Artikoli 112 isir l-Artikolu 245b, u jiġi emendat kif jidher fil-punt 228). It-test ta' l-Artikolu 113 isir l-Artikolu 245c. |
| 99) | L-Artikolu 114 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro
| 100) | Il-kapitolu 3a l-ġdid u l-Artikoli 115 A, 115 B u 115 C l-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI DWAR L-ISTATI MEMBRI B'DEROGA
| 101) | L-Artikolu 116 għandu jiġi rrevokat u jiddaħħal Artikolu 116a:
|
| 102) | L-Artikolu 117 għandu jiġi rrevokat, minbarra l-ewwel ħames inċiżi tal-paragrafu 2 li jsiru l-ewwel ħames inċiżi tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 118a; dawn jiġu emendati kif jidher hawn isfel fil-punt 103). Għandu jiddaħħal Artikolu 117a kif ġej:
|
| 103) | L-Artikolu 118 għandu jiġi rrevokat. Għandu jiddaħħal Artikolu 118a kif ġej:
|
| 104) | L-Artikolu 118b għandu jiddaħħal bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 124 (1); dan għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 105) | L-Artikolu 119 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 106) | L-Artikolu 120 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 107) | Fl-Artikolu 121, il-paragrafu 1 għandu jsir il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 117a; dan għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 102). Il-bqija ta' l-Artikolu 121 għandu jiġi rrevokat. |
| 108) | Fl-Artikolu 122, it-tieni sentenza tal-paragrafu 2 għandha ssir l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 117a; din għandha tiġi emendata kif indikat hawn fuq fil-punt 102). Il-bqija ta' l-Artikolu 122 għandu jiġi rrevokat. |
| 109) | Fl-Artikolu 123, il-paragrafu 3 għandu jsir il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 118a u l-paragrafu 5 għandu jsir il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 117a; dawn għandhom jiġu emendati, kif indikat hawn taħt, rispettivament fil-punt 103) u fil-punt 102). Il-bqija ta' l-Artikolu 123 għandu jiġi rrevokat. |
| 110) | Fl-Artikolu 124, il-paragrafu 1 għandu jsir l-Artikolu 118b l-ġdid; huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 104). Il-bqija ta' l-Artikolu 124 għandu jiġi rrevokat. |
IMPJIEGI
| 111) | Fl-Artikolu 125, il-kliem “u fl-Artikolu 2 ta' dan it-Trattat” għandhom jitħassru. |
TITOLI MĊAQALQA
| 112) | It-titolu IX “IL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI” u l-Artikoli 131 u 133 għandhom isiru, rispettivament, it-titolu II fil-ħames parti dwar l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni u l-Artikoli 188 B u 188 C. L-Artikolu 131 għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 157) u l-Artikolu 133 għandu jiġi ssostitwit bl-Artikolu 188 C. L-Artikoli 132 u 134 għandhom jiġu rrevokati. |
| 113) | It-titolu X “IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI” u l-Artikolu 135 għandhom isiru, rispettivament, il-Kapitolu 1a, fit-titolu Ia “Il-moviment liberu tal-merkanzija” u l-Artikolu 27a, kif indikat hawn fuq fil-punt 45). |
POLITIKA SOĊJALI
| 114) | L-intestatura tat-Titolu XI “POLITIKA SOĊJALI, EDUKAZZJONI, FORMAZZJONI VOKAZZJONALI U ŻGĦAŻAGĦ” għandha tiġi ssostitwita bl-intestatura li ġejja: “POLITIKA SOĊJALI” u nnumerata mill-ġdid bħala IX; l-intestatura “Kapitolu 1 – Disposizzjonijiet Soċjali” għandha titħassar. |
| 115) | L-Artikolu 136a ġdid li ġej għandu jiddaħħal:
|
| 116) | L-Artikolu 137 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 117) | Fl-Artikolu 138(4), l-ewwel sentenza, il-kliem “Fl-okkażjoni ta' dawn il-konsultazzjonijiet, ...” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Fl-okkażjoni ta' konsultazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 2 u 3, ...” u, fit-tieni sentenza, il-kliem “tal-proċedura” għandhom jiġu ssostiwiti bi “ta' dan il-proċess”. |
| 118) | L-Artikolu 139(2), għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 119) | Fl-Artikolu 140, il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied fl-aħħar tat-tieni subparagrafu: “..., b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw skambju ta' l-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perjodiċi. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm kompletament infurmat.”. |
| 120) | Fl-Artikolu 143, it-tieni subparagrafu għandu jitħassar. |
IL-FOND SOĊJALI EWROPEW
| 121) | Il-Kapitolu 2 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “TITOLU X”. |
| 122) | Fl-Artikolu 148, il-kliem “deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li għandhom x'jaqsmu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “regolamenti ta' implimentazzjoni relatati”. |
EDUKAZZJONI, FORMAZZJONI VOKAZZJONALI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT
| 123) | Il-Kapitolu 3 għandu jiġu nnumerat mill-ġdid bħala t-“TITOLU XI” u l-kliem “... U ŻGĦAŻAGĦ” għandhom jiġu ssostitwiti bi “, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT”. |
| 124) | L-Artikolu 149 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 125) | Fl-Artikolu 150(4), il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied fl-aħħar: “u l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta rakkomandazzjonijiet.” |
KULTURA
| 126) | L-Artikolu 151(5) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
SAĦĦA PUBBLIKA
| 127) | L-Artikolu 152 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
| 128) | Fl-Artikolu 153, il-paragrafu 2 għandu jsir l-Artikolu 6a u l-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid rispettivament bħala 2, 3 u 4. |
INDUSTRIJA
| 129) | L-Artikolu 157 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
IL-KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI
| 130) | L-intestatura tat-Titolu XVII għandha tiġi ssostitwita bi: “KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI”. |
| 131) | L-Artikolu 158 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 132) | Fl-Artikolu 159, it-tieni subparagrafu, il-kliem “ekonomika u soċjali” għandhom jiġu ssostitwiti bi “ekonomika, soċjali u territorjali”. |
| 133) | L-Artikolu 161 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 134) | Fl-Artikolu 162, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “Deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “Ir-Regolamenti ta' implimentazzjoni”. |
RIĊERKA U ŻVILUPP TEKNOLOĠIKU
| 135) | Fl-intestatura tat-Titolu XVIII, il-kliem “U SPAZJU” għandhom jiżdiedu. |
| 136) | L-Artikolu 163 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 137) | Fl-Artikolu 165(2), il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied fl-aħħar: “..., b'mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju ta' l-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perijodiċi. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm kompletament infurmat.” |
| 138) | Ll-Artikolu 166 jiġi emendat kif ġej:
|
| 139) | Fl-Artikolu 167, il-kliem “il-Kunsill” għandhom jiġu ssostitwiti bi “l-Unjoni”. |
| 140) | Fl-Artikolu 168, it-tieni subparagrafu, il-kliem “Il-Kunsill” għandhom jiġu ssostitwiti bi “L-Unjoni”. |
| 141) | Fl-Artikolu 170, l-aħħar parti tas-sentenza “..., li jkunu negozjati u konklużi skond l-Artikolu 300” għandha titħassar. |
SPAZJU
| 142) | L-Artikolu 172a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:
|
AMBJENT (BIDLA FIL-KLIMA)
| 143) | L-Artikolu 174 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 144) | L-Artikolu 175 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
TITOLI MĊAQALQA
| 145) | It-Titolu XX “KOOPERAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP” u l-Artikoli 177, 179, 180 u 181, għandhom isiru, rispettivament, il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tal-ħames parti dwar l-Azzjoni Esterna ta' l-Unjoni u l-Artikoli 188 D sa 188 G; dawn l-Artikoli għandhom jiġu emendati kif indikat hawn taħt fil-punti 161) sa 164). L-Artikolu 178 għandu jiġi rrevokat. |
| 146) | It-Titolu XXI “KOOPERAZZJONI EKONOMIKA, FINANZJARJA U TEKNIKA MA' PAJJIŻI TERZI” u l-Artikolu 181 A għandhom isiru, rispettivament, il-Kapitolu 2 tat-Titolu 11 fil-ħames parti dwar l-Azzjoni Esterna ta' l-Unjoni u l-Artikolu 188 H l-ġdid; dan l-Artikolu għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 166). |
ENERĠIJA
| 147) | It-Titolu XX għandu jiġi ssostitwit bit-Titolu l-ġdid u l-Artikolu 176 A li ġejjin:
|
TURIŻMU
| 148) | It-Titolu XXI għandu jiġi ssostitwit bit-Titolu l-ġdid u l-Artikolu 176 B il-ġdid li ġejjin:
|
PROTEZZJONI ĊIVILI
| 149) | It-Titolu XXI il-ġdid u l-Artikolu 176 C il-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
| 150) | It-Titolu XXIII il-ġdid u l-Artikolu 176 D il-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
ASSOĊJAZZJONI TA' PAJJIŻI U TERRITORJI EXTRA-EWROPEJ
| 151) | Fl-Artikolu 182, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “ta' dan it-Trattat”, fl-aħħar, għandhom jitħassru. |
| 152) | Fl-Artikolu 186, il-parti finali tas-sentenza “...għandu jiġi regolat b'konvenzjonijiet sussegwenti li jkunu jeħtieġu l-unanimità ta' l-Istati Membri.” għandha tiġi ssostitwita “għandu jiġi regolat b'atti adottati skond l-Artikolu 187.”. |
| 153) | Fl-Artikolu 187, il-kliem “b'mod unanimu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni” u s-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' l-Artikolu: “Meta d-dispożizzjonijiet imsemmija jiġu adottati mill-Kunsill skond il-proċedura leġislattiva speċjali, dan għandu jiddeċiedi b'unanimità fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.”. |
AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI
| 154) | Il-ħames parti l-ġdida għandha tiddaħħal. Hi għandha tkun intitolata “L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI” u għandha tinkludi t-titoli u l-kapitoli li ġejjin:
|
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
| 155) | It-Titolu I il-ġdid u l-Artikolu 188 A l-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
| 156) | Titolu II “IL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI”, li jirriproduċi l-intestatura tat-Titolu IX tat-tielet parti, għandu jiddaħħal. |
| 157) | Artikolu 188 B għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 131; Dan għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 158) | Artikolu 188 C għandu jiddaħħal, li għandu jissostitwixxi l-Artikolu 133:
|
KOOPERAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP
| 159) | Titolu III “IL-KOOPERAZZJONI MAL-PAJJIŻI TERZI U L-GĦAJNUNA UMANITARJA” għandu jiddaħħal. |
| 160) | Kapitolu 1 bit-Titolu “IL-KOOPERAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP”, li jirriproduċi l-intestatura tat-Titolu XX tat-tielet parti, għandu jiddaħħal. |
| 161) | Artikolu 188 D għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 177; huwa għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 162) | Artikolu 188 E għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 179; dan għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 163) | Artikolu 188 F għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 180; dan għandu jiġi emendat kif ġej: Il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiddaħħal fil-bidu tal-paragrafu 1: “Sabiex tippromwovi l-kumplimentarità u l-effikaċja ta' l-azzjoni tagħhom, ..”. |
| 164) | Għandu jiddaħħal Artikolu 188 G, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 181; it-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu għandhom jitħassru. |
KOOPERAZZJONI EKONOMIKA, FINANZJARJA U TEKNIKA MA' PAJJIŻI TERZI
| 165) | Kapitolu 2 bit-Titolu “IL-KOOPERAZZJONI EKONOMIKA, FINANZJARJA U TEKNIKA MA' PAJJIŻI TERZI”, li jirriproduċi l-intestatura tat-Titolu XXI tat-tielet parti, għandu jiddaħħal. |
| 166) | Artikolu 188 H għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 181 A; dan għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 167) | l-Artikolu 188 I il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:
|
GĦAJUNUNA UMANITARJA
| 168) | Il-Kapitolu 3 l-ġdid u l-Artikolu 188 J il-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
MIŻURI RESTRITTIVI
| 169) | Titolu IV u Artikolu 188 K li ġejjin għandhom jiddaħħlu, li għandhom jissostitwixxu l-Artikolu 301:
|
FTEHIM INTERNAZZJONALI
| 170) | Titolu V “FTEHIM INTERNAZZJONALI” għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 188 K. |
| 171) | Artikolu 188 L għandu jiddaħħal:
|
| 172) | Artikolu 188 M, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 310 għandu jiddaħħal. Il-kelma “Stati” għandha tiġi ssostitwita bi “pajjiżi terzi”. |
| 173) | Artikolu 188 N, li għandu jissostitwixxi l-Artikolu 300, għandu jiddaħħal:
|
| 174) | Artikolu 188 O għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3 u 5 ta' l-Artikolu 111, fejn l-aħħar żewġ sentenzi tal-paragrafu 1 għandhom isiru t-tieni subparagrafu tal-paragrafu msemmi; huwa għandu jiġi emendat kif ġej:
|
RELAZZJONIJIET TA' L-UNJONI MA' L-ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI U L-PAJJIŻI TERZI U D-DELEGAZZJONIJIET TA' L-UNJONI
| 175) | Titolu VI u l-Artikoli 188 P u 188 Q li ġejjin għandhom jiddaħħlu, l-Artikolu 188P għandu jissostiwixxi l-Artikoli 302 sa 304:
|
KLAWŻOLA TA' SOLIDARJETÀ
| 176) | It-Titolu VII l-ġdid u l-Artikolu 188 R il-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
| 177) | Il-ħames parti għandha tiġi nnumerata mill-ġdid bħala “IS-SITT PARTI” u l-intestatura tagħha għandha tiġi ssostitwita bi “DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI”. |
IL-PARLAMENT EWROPEW
| 178) | L-Artikolu 189 għandu jiġi rrevokat. |
| 179) | L-Artikolu 190 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 180) | Fl-Artikolu 191, l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar. Fit-tieni subparagrafu, il-kliem “għandu jagħmel ir-regolamenti” għandhom jiġu ssostitwiti bi “għandu jistabbilixxi, permezz ta' Regolament, ir-regoli” u l-kliem “msemmija fl-Artikolu 8 A(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea” għandhom jiddaħħlu wara “f'livell Ewropew”. |
| 181) | Fl-Artikolu 192, l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar; fit-tieni subparagrafu l-kliem “tal-Membri tiegħu” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tal-Membri komponenti tiegħu” u s-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tas-subparagrafu: “Jekk il-Kummissjoni ma tippreżentax proposta, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-raġunijiet.” |
| 182) | L-Artikolu 193 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 183) | L-Artikolu 195 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 184) | Fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 196, il-kliem “f'sessjoni straordinarja” għandhom jiġu ssostitwiti bi “f'perijodu ta' sessjoni straordinarja” u l-kliem “tal-membri tagħha” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tal-Membri komponenti tiegħu”. |
| 185) | L-Artikolu 197 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 186) | Fl-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 198(1), il-kelma “assoluta” għandha titħassar. |
| 187) | Fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 199(2), il-kliem “...skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli ta' proċedura” għandhom jiġu sostitiwiti bi “... skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tar-regoli ta' proċedura.”. |
| 188) | Fl-Artikolu 201, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
IL-KUNSILL EWROPEW
| 189) | It-taqsima l-ġdida 1a u l-Artikoli ġodda 201a u 201b li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
IL-KUNSILL
| 190) | L-Artikoli 202 u 203 għandhom jiġu rrevokati. |
| 191) | L-Artikolu 205 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 192) | L-Artikolu 207 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 193) | Fl-Artikolu 208, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' l-Artikolu “Jekk il-Kummissjoni ma tippreżentax proposta, din għandha tinforma lill-Kunsill bir-raġunijiet.”. |
| 194) | Fl-Artikolu 209, il-frażi “jieħu l-opinjoni tal-Kummissjoni” għandha tiġi ssostitwita bi “jikkonsulta lill-Kummissjoni”. |
| 195) | L-Artikolu 210 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
IL-KUMMISSJONI
| 196) | L-Artikolu 211 għandu jiġi rrevokat. Għandu jiddaħħal Artikolu 211a:
|
| 197) | L-Artikolu 212 għandu jsir paragrafu 2 ġdid ta' l-Artikolu 218. |
| 198) | Fl-Artikolu 213, il-paragrafu 1 għandu jitħassar, il-paragrafu 2 jibqa' mingħajr numru; l-ewwel żewġ subparagrafi tiegħu għandhom jingħaqdu u jaqraw kif ġej:
|
| 199) | L-Artikolu 214 għandu jiġi rrevokat. |
| 200) | L-Artikolu 215 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 201) | Fl-Artikolu 217, il-paragrafi 1, 3, u 4 għandhom jitħassru u l-paragrafu 2 għandu jibqa' mingħajr numru. L-ewwel sentenza tiegħu għandha tiġi ssostitwita bis-sentenza li ġejja: “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 E(4), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni għandhom jiġu organizzati u mqassma fost il-membri tagħha mill-President tagħha, skond l-Artikolu 9 D(6), ta' dan it-Trattat.”. |
| 202) | L-Artikolu 218(1) għandu jitħassar; il-paragrafu 2 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala “1” u l-kliem “skond id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat” għandhom jitħassru. Paragrafu 2, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 212 għandu jiddaħħal. |
| 203) | Fl-Artikolu 219, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “ta' l-għadd tal-membri skond l-Artikolu 213” għandhom jiġu ssostitwiti bi “tal-Membri tagħha” u t-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bi “Ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu għandhom jiddeterminaw il-quorum.” |
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
| 204) | Fl-intestatura tat-taqsima 4, il-kliem “TA' L-UNJONI EWROPEA” għandhom jiżdiedu. |
| 205) | L-Artikolu 220 għandu jiġi rrevokat. |
| 206) | Fl-Artikolu 221, l-ewwel subparagrafu għandu jitħassar. |
| 207) | Fl-Artikolu 223, il-kliem “..., wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst bl-Artikolu 224a.” għandhom jiżdiedu fl-aħħar ta' l-ewwel subparagrafu. |
| 208) | Fl-Artikolu 224, l-ewwel subpragrafu, l-ewwel sentenza għandha titħassar u l-kliem “tal-Qorti” għandhom jiddaħħlu wara “In-numru ta' l-Imħallfin ...”. Fit-tieni subparagrafu, il-kliem “..., wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst bl-Artikolu 224a.” għandhom jiżdiedu fl-aħħar tat-tieni sentenza. |
| 209) | L-Artikolu 224a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:
|
| 210) | Fl-Artikolu 225(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, il-kliem “... assenjati lil xi awla ġurisdizzjonali u ta' dawk ...” għandhom ikunu ssostitwiti bi “... assenjati lil qorti speċjalizzata stabbilita taħt l-Artikolu 225 A u ta' dawk ...” u fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “stabbiliti bl-Artikolu 225 A” għandhom jitħassru. |
| 211) | L-Artikolu 225 A għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 212) | L-Artikolu 228 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 213) | Fl-Artikolu 229 A, il-kliem “... il-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi unanimament, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, ...” għandhom jiġu sostiwiti bi “...il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu, skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament ewropew, ...” u l-kliem “drittijiet Komunitarji ta' proprjetà industrijali” għandhom jiġu ssostitwiti bi “drittijiet Ewropej ta' proprjetà industrijali”. L-aħħar sentenza għandha tiġi ssostitwita bit-test li ġej: “Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.”. |
| 214) | L-Artikolu 230 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 215) | Fl-Artikolu 231, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, jekk tikkunsidra dan meħtieġ, tiddikjara liema mill-effetti ta' l-att li ddikjarat null għandhom jiġu kkunsidrati bħala definittivi.”. |
| 216) | L-Artikolu 232 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 217) | Fl-Artikolu 233, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “jew l-istituzzjonijiet” għandhom jitħassru u l-elementi grammatikali għandhom ikunu adattati bħala konsegwenza. it-tielet subparagrafu għandu jitħassar. |
| 218) | Fl-Artikou 234, l-ewwel subparagrafu, b), il-kliem “u tal-BĊE” għandhom jitħassru u c) għandu jitħassar. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-aħħar ta' l-Artikolu: “Jekk din il-kwistjoni titressaq f'każ pendenti quddiem ġurisdizzjoni ta' Stat Membru fir-rigward ta' persuna miżmuma f' kustodja, il-Qorti għandha taġixxi mill-aktar fis possibbli.” |
| 219) | Fl-Artikolu 235, ir-referenza għall-Artikolu 288, it-tieni subparagrafu, għandha tkun issostitwita b'referenza għall-Artikolu 288, it-tieni u t-tielet subparagrafi. |
| 220) | L-Artikolu 235a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:
|
| 221) | Fl-Artikolu 236, il-kliem “... fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg” għandhom jiġu ssostitwiti bi “... fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra ta' l-Unjoni”. |
| 222) | Fl-Artikolu 237, d), fil-bidu tat-tieni sentenza, il-kelma “Regolatorju” għandha tiddaħħal wara “Kunsill”. |
| 223) | Iż-żewġ Artikoli ġodda 240a u 240b li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
| 224) | L-Artikolu 241 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 225) | Fl-Artikolu 242, it-tieni sentenza, il-kliem “tal-Ġustizzja” wara “Qorti” għandhom jitħassru. |
| 226) | Fl-Artikolu 245, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
| 227) | It-taqsima 4a u l-Artikolu 245a li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
| 228) | Artikolu 245b għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 112; huwa għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 229) | Artikolu 245c għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 113. |
IL-QORTI TA' L-AWDITURI
| 230) | Fl-Artikolu 246, il-kliem “ta' l-Unjoni” għandhom jiddaħħlu fl-aħħar u s-subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiżdied bħala t-tieni subparagrafu: “Għandha tkun komposta minn ċittadin wieħed minn kull Stat Membru. Il-membri tagħha għandhom jaqdu dmirijiethom f' indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali ta' l-Unjoni.” |
| 231) | L-Artikolu 247 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 232) | Fl-Artikolu 248, il-kelma “l-entitajiet” għandha tiġi ssostitwita bi “il-korpi jew l-organi”, fis-singular jew fil-plural skond il-każ. |
ATTI LEGALI TA' L-UNJONI
| 233) | L-intestatura tal-Kapitolu 2 għandha tiġi ssostitwita bit-titolu li ġej: “ATTI LEGALI TA' L-UNJONI, PROĊEDURI TA' ADOZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN”. |
| 234) | Taqsima 1 għandha tiddaħħal fuq l-Artikolu 249:
|
| 235) | L-Artikolu 249 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 236) | L-Artikolu 249 A sa 249 D il-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
PROĊEDURI TA' ADOZZJONI TA' L-ATTI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN
| 237) | Taqsima 2 bit-Titolu “PROĊEDURI TA' ADOZZJONI TA' L-ATTI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA” għandha tiddaħħal, qabel l-Artikolu 250: |
| 238) | Fl-Artikolu 250, il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 239) | L-Artikolu 251 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 240) | L-Artikolu 252 għandu jiġi rrevokat. Għandu jiddaħħal Artikolu 252a ġdid:
|
| 241) | L-Artikolu 253 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 242) | L-Artikolu 254 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 243) | L-Artikolu 245a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:
|
| 244) | L-Artikolu 255 għandu jsir l-Artikolu 16 A; huwa għandu jiġi emendat kif indikat hawn fuq fil-punt 28). |
| 245) | Fl-Artikolu 256, l-ewwel subparagrafu, il-kliem “Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li jimponu ...” għandhom ikunu ssostitwiti bi “L-atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponu ...”. |
KORPI KONSULTATTIVI
| 246) | Il-Kapitolu 3 l-ġdid u l-Artikolu 256a li ġej għandu jiddaħħal, il-Kapitoli 3 u 4 għandhom isiru rispettivament it-taqsima 1 u t-taqsima 2 u l-Kapitolu 5 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala 4:
|
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI
| 247) | L-Artikoli 257 u 261 għandhom jiġu rrevokati. |
| 248) | Fl-Artikolu 258, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jiġu ssostitwiti bis-subpargarafu li ġej:
|
| 249) | L-Artikolu 259 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 250) | Fl-Artikolu 260, l-ewwel subparagrafu, il-kelma “sentejn” għandha tiġi ssostitwita bi “sentejn u nofs” u fit-tielet subparagrafu, il-kliem “tal-Parlament Ewropew”, għandhom jiddaħħlu qabel il-kliem “tal-Kunsill”. |
| 251) | L-Artikolu 262 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
| 252) | L-Artikolu 263 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 253) | Fl-Artikolu 264, fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “sentejn” għandha tiġi ssostitwita bi “sentejn u nofs” u fit-tielet subparagrafu, il-kliem “tal-Parlament Ewropew”, għandhom jiddaħħlu qabel il-kliem “tal-Kunsill”. |
| 254) | L-Artikolu 265 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
IL-BANK EWROPEW TA' INVESTIMENT
| 255) | Fl-Artikolu 266, it-tielet subparagrafu, il-kliem “fuq talba tal-Kummissjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bi “fuq proposta tal-Kummissjoni”, il-kliem “skond il-proċedura leġislattiva speċjali” għandhom jiddaħħlu wara “unanimità” u l-kliem “l-Artikoli 4, 11 u 12 u l-Artikolu 18(5) ta' l-Istatut tal-” għandhom jitħassru. |
| 256) | Fl-Artikolu 267(b), il-kelma “rikjesti” għandha tiġi ssostitwita bi “li joħorġu” u l-kelma “progressiv” għandha tiġi ssostitwita bi “jew il-funzjonament”. |
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
| 257) | L-Artikolu 268 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
RIŻORSI PROPRJI TA' L-UNJONI
| 258) | Kapitolu 1 bit-Titolu “RIŻORSI PROPRJI TA' L-UNJONI” għandu jiddaħħal, qabel l-Artikolu 269. |
| 259) | L-Artikolu 269 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 260) | L-Artikolu 270 għandu jiġi rrevokat. |
IL-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI
| 261) | Il-Kapitolu 2 il-ġdid u l-Artikolu 270a l-ġdid li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
BAĠIT ANNWALI TA' L-UNJONI
| 262) | Kapitolu 3 bit-Titolu “IL-BAĠIT ANNWALI TA' L-UNJONI” għandu jiddaħħal, wara l-Artikolu 270a. |
| 263) | Artikolu 270b għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 272. |
| 264) | L-Artikolu 271 għandu jsir l-Artikolu 273a l-ġdid; dan għandu jiġi emendat kif indikat hawn taħt fil-punt 267). |
| 265) | Fl-Artikolu 272 il-paragrafu 1 għandu jsir l-Artikolu 270b u l-paragrafi 2 sa 10 ta' l-Artikolu 272 għandhom jiġi ssostitwiti bit-test li ġej:
|
| 266) | L-Artikolu 273 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 267) | Artikolu 273a għandu jiddaħħal, bil-formulazzjoni ta' l-Artikolu 271; dan għandu jiġi emendat kif ġej:
|
L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT U L-KWITTANZA
| 268) | Kapitolu 4 bit-Titolu “L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT U L-KWITTANZA” għandu jiddaħħal, qabel l-Artikolu 274, li għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 269) | Fl-Artikolu 275 il-frażi “Il-Kummissjoni għandha tissottometti kull sena lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew”għandha tiġi sostitwita bi “Il-Kummissjoni għandha tippreżenta kell sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill”. It-tieni subparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:
|
| 270) | Fl-Artikolu 276(1), il-kliem “il-kontijiet u l-istqarrija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 275,” għandhom jiġu ssostitwiti bi “il-kontijiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja u r-rapport ta' valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 275,” |
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI KOMUNI
| 271) | Kapitolu 5 bit-Titolu “DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI” għandu jiddaħħal, qabel l-Artikolu 277. |
| 272) | L-Artikolu 277 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 273) | L-Artikolu 279 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 274) | L-Artikoli ġodda 279a u 279b li ġejjin għandhom jiddaħħlu:
|
ĠLIEDA KONTRA L-FRODI
| 275) | Kapitolu 6 bit-Titolu “IL-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI” għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 280. |
| 276) | L-Artikolu 280 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
KOOPERAZZJONI MSAĦĦA
| 277) | Titolu III “KOOPERAZZJONI IMSAĦĦA” għandu jiddaħħal, wara l-Artikolu 280. |
| 278) | L-Artikoli 280 A sa 280 I li ġejjin, li flimkien ma' l-Artikolu 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jissostitwixxu l-Artikoli 27 A sa 27 E, 40 sa 40 B u 43 sa 45 tat-Trattat attwali dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 11 u 11 A tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, għandhom jiddaħħlu:
|
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
| 279) | Is-sitt parti għandi tiġi nnumerata mill-ġdid bħala “IS-SEBA' PARTI”. |
| 280) | L-Artikoli 281, 293, 305 u 314 għandhom jiġu rrevokati. L-Artikolu 286 għandu jiġi sostitwit bl-Artikolu 16 B. |
| 281) | Fl-Artikolu 282, is-sentenza li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar: “Madankollu, l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa ta' l-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom.” |
| 282) | Fl-Artikolu 283, l-ewwel parti tas-sentenza “Il-Kunsill, b'votazzjoni unanima, għandu, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-istituzzjonijiet l-oħra interessati, jistabbilixxi” għandha tiġi ssostitwita bi “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet l-oħra interessati, għandhom jistabbilixxu” u fl-aħħar, il-kliem “għall-aġenti l-oħra tal-Komunità” għandha tiġi ssostitwita bi “għall-aġenti l-oħra ta' l-Unjoni”. |
| 283) | Fl-Artikolu 288, it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 284) | Fl-Artikolu 290, il-kliem “permezz ta' regolament” għandhom jiżdiedu fl-aħħar. |
| 285) | Fl-Artikolu 291, il-kliem “, l-Istitut Monetarju Ewropew” għandhom jitħassru. |
| 286) | L-Artikolu 294 għandu jsir l-Artikolu 48a. |
| 287) | L-Artikolu 299 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 288) | L-Artikoli 300 u 301 għandhom jiġu ssostitwiti rispettivament bl-Artikoli 188 N u 188 K u l-Artikoli 302 sa 304 għandhom jiġu ssostitwiti bl-Artikolu 188 P. |
| 289) | L-Artikolu 308 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 290) | L-Artikolu 308a l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal:
|
| 291) | L-Artikolu 309 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
|
| 292) | L-Artikolu 310 għandu jsir l-Artikolu 188 M. |
| 293) | L-Artikolu 311 għandu jiġi rrevokat. Għandu jiddaħħal Artikolu 311a bil-formulazzjoni tal-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, u tal-paragrafi 3 sa 6 ta' l-Artikolu 299; dan it-test għandu jiġi emendat kif ġej:
|
| 294) | It-titolu “DISPOSIZZJONIJIET FINALI” qabel l-Artikolu 313 għandu jitħassar. |
| 295) | Għandu jiddaħħal Artikolu 313a:
|