Menu principal du site

ĠABRIET
IR-ROKNA TAL-PROFESSJONISTI
Dwar il-liġi tal-UE

Mistoqsijiet Frekwenti


1. Dokumenti tal-Adeżjoni


2. Il-Kontenut tas-Sit


3. Il-Lingwi


4. It-Tmexxija tas-Sit


5. LexAlert


6. Links


7. Detenturi ta’ liċenzja


8. Il-Konsolidazzjoni


1. Dokumenti tal-Adeżjoni

1.1. Wara li nkun fittixt, kif nista’ nara t-test tad-dokument fuq l-iskrijn tar-riżultati?

Hemm żewġ metodi kif tista’ tagħmel dan waqt li l-formati tal-varji dokumenti (pdf, html, tiff, doc, eċċ.) ikunu qed jitilgħu fis-sistema:

  • billi tikklikkja fuq it-tieni għażla bl-isem ta’ ‘Nota biblijografika + it-test (preżentazzjoni bilingwa)’ u tmur direttament fit-test, jew inkella
  • agħżel l-għażla ‘Nota biblijografika’, imbagħad fuq l-iskrijn ta’ wara ċċekkja t-‘Test’ u klikkja fuq ‘Go’ biex tara t-test. It-test jidher fin-naħa t’isfel ta’ l-iskrijn, għaldaqstant huwa importanti li tiskrollja l-isfel.

Iż-żewġ għażliet li huma jitilgħu fuq l-iskrijn jistaqsuk jekk tridx tara d-dokument b’żewġ lingwi f’daqqa. Dan il-fattur huwa l-istess bħall-viżwalizzazzjoni doppja li forsi ltqajt magħha fis-CELEX.

Lura għall-mistoqsijiet

1.2. Għaliex ma nistax nara t-test sħiħ (inkluż l-istampi, it-tabelli u l-grafiċi) ta' ċerti dokumenti?

Għax ċerti dokumenti EUR-Lex huma disponibbli fil-format html biss, li għal raġunijiet tekniċi ma jippermettix stampi, tabelli u grafiċi.

EUR-Lex fih dokumenti fil-formait doc, html, PDF u TIFF. PDFs, docs u TIFFs jista' jkollhom stampi, tabelli u grafiċi.

EUR-Lex fih verżjoni PDF (it-testi sħaħ bil-grafiċi kollha) ta' kull ĠU u dokument COM ippubblikat mill-1998. Id-dokumenti ppubblikati qabel l-1998 qed jiġu skennjati u mtella' fil-format PDF bil-mod il-mod.

Lura lejn il-mistoqsijiet

1.3. Ma nistax insib id-dokument li qed infittex. X'nista' nagħmel?

Qed tfittex dokument legali? Kien ippubblikat fil-ĠU?

Jekk id-dokument kien ippubblikat fil-ĠU qabel l-1998, jista' jkun li għadu ma jidhirx fil-EUR-Lex, iżda se ssibu iktar tard billi l-ĠU u d-dokumenti COM kollha minn qabel l-1998 qed jiddaħħlu fil-bażi ta' dejta.

Qed tfittex dokument li mhux dokument legali? Ipprova fittex fir-reġistri tad-dokumenti tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Lura lejn il-mistoqsijiet

1.4. Fejn nista' nsib u nordna pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għajr mill-Ġurnal Uffiċjali?

L-EU bookshop huwa ħanut virtwali li jagħtik aċċess għall-pubblikazzjonijiet mill-istituzzjonijiet tal-UE, aġenziji u korpi oħra. Minbarra dan il-ħanut virtwali, dan is-servizz joffri katalgu u arkivji online tal-pubblikazzjonijiet kollha ta’ l-UE. L-EU Bookshop jagħti ċans lill-utenti biex ifittxu l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li jniżżlu l-verżjoni PDF u jekk inhu possibbli li jordnaw kopja.

EU bookshop

Lura għall-mistoqsijiet

1.5. Fejn nista’ nsib verżjoni stampata ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea?

Tista’ tabbona għal sena (700-800 ħarġa) jew tordna kopji individwali. Hemm ċerti annessi speċjalizzati disponibbli bla ħlas meta jintalbu minn dawk li jkunu abbonati.

Għal abbonament, jekk jogħġbok ikkuntattja n-netwerk tal-bejgħ tagħna:

http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm

Għal kopji individwali jekk jogħġbok ibgħat l-ordni tiegħek f’dan l-indirizz tal-e-mail li ġej:

opoce-bookshop@publications.europa.eu

Lura għall-mistoqsijiet

1.6. Kif ikolli aċċess għall-leġiżlazzjoni konsolidata?

Permezz tal-paġna għat-tiftix sempliċi

  • Biex tfittex skont in-numru tad-dokument. ikklikkja 'Test konsolidat'.
  • Biex tfittex skont in-numru CELEX, agħżel ‘Tiftixa permezz ta' numru CELEX' , ittajpja 0 (żero) + sena (4 ċifri) + R (għal regolament), L (għal Direttiva) jew D (għal Deċiżjoni), u mbagħad in-numru tal-Att (4 ċifri). Tista' wkoll tagħmel din it-tiftixa direttament mill-menu tax-xellug.

Per eżempju, biex tikseb il-verżjoni kkonsolidata tar-Regolament Nru 1 tal-Kunsill ta’ l-1958, niżżel 01958R0001.

Permezz tad-direttorji tagħna

  • Direttorju ta' leġiżlazzjoni konsolidata tal-Unjoni Ewropea: ikklikkja 'Leġiżlazzjoni konsolidata' fil-menu tax-xellug u agħżel il-qasam li inti interessat fih. Jekk l-att oriġinali ġie konsolidat, tintwera link għall-aħħar verżjoni konsolidata.
  • Direttorju tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Unjoni Ewropea: ikklikkja 'Leġiżlazzjoni fis-seħħ' fil-menu tax-xellug u agħżel il-qasam li inti interessat fih. Jekk l-att oriġinali ġie konsolidat, tintwera link għall-verżjoni konsolidata. Jekk sarulu bosta emendi, il-verżjonijiet konsolidati varji huma disponibbli.

Lura għall-mistoqsijiet

1.7. Ma għadnix nista' nsib id-dokumenti SEC.

Id-dokumenti SEC jiġu ppubblikati b'identifikatur SWD ġdid minn Jannar 2012 (il-kodiċi CELEX tagħhom jibqa' 5 SC). Tista' ssibhom permezz ta' tiftixa skont in-numru ta' dokument jew billi tikklikkja 'atti preparatorji' fil-menu tax-xellug u mbagħad dokumenti SEC u SWD. Fil-ġejjieni, l-identifikatur SEC se jintuża biss għal dokumenti interni tal-Kummissjoni Ewropea, li ma jkunux ippubblikati fuq il-EUR-Lex.

Id-dokumenti SWD jiġu ppubblikati bi lsien wieħed, apparti mit-taqsiriet tal-evalwazzjonijiet tal-impatt, li jkunu ppubblikati bl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE.

Għal aktar tagħrif: X'inhuma d-dokumenti COM, JOIN, SEC u SWD? Tipi ta' dokumenti fil-EUR-Lex

Lura għall-mistoqsijiet

1.8. Qed infittex id-dokumenti ta’ interess pubbliku li qabel kienu fuq il-EUR-Lex. Fejn nista’ nsibhom?

Dokumenti ta’ interess pubbliku huma dokumenti li fihom il-Kummissjoni Ewropea tesprimi l-opinjoni tagħha fuq kwistjoni ta’ interess ġenerali għall-Komunità Ewropea. Dawn id-dokumenti huma ppubblikati bħala dokumenti COM. Hemm żewġ metodi kif tista’ tidħol għalihom mid-daħla tas-sit:

  • agħżel il-kollezzjoni ‘atti preparatorji’, imbagħad ikklikkja fuq ‘dokumenti COM’; jew inkella
  • agħżel ‘tfittxija sempliċi’, imbagħad il-kategorija ‘atti preparatorji’ u llimita t-tfittxija tiegħek għal ‘komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni’.

Fil-futur qegħdin nippjanaw sabiex noffru kollezzjoni ta’ ‘Dokumenti ta’ interess pubbliku’.

Lura għall-mistoqsijiet

1.9. Qed infittex dokument riċenti, imma ma nistax insibu fil-EUR-Lex. Id-database tkun aġġornata spiss?

Il-EUR-Lex jiġi aġġornat kuljum.

Il-Ġurnal Uffiċjali intellgħuh fuq l-internet f’verżjoni pdf dakinhar filgħodu kmieni stess tal-jum li fih jiġi ppubblikat.

Il-kontenuti huma mbagħad ipproċessati għall-inklużjoni individwali fid-database li tinvolvi analiżi ddetaljata lagali u biblijografika. Anki jekk dokumenti individwali jistgħu jidhru fuq l-internet f’dak il-jum stess tal-pubblikazzjoni akkumpanjati min-numru limitat ta’ informazzjoni analitika (it-titolu, ir-referenza tal-pubblikazzjonition), l-informazzjoni analitika kompluta tidher fi żmien tlett ijiem. Dan il-fattur jispjega għaliex hemm dfferenza zgħira fiż-żmien meta jidher il-ĠU nnifsu u d-disponnibbiltà ta’ l-atti individwali għat-tfittxija.

Dokumenti oħra huma wkoll suġġetti għal varjazzjonijiet fil-frekwenza tal-inklużjoni tagħhom fid-database legali minħabba s-sorsi differenti tagħhom.

Lura għall-mistoqsijiet

1.10. X'inhu link permanenti u kif nużah?

Link permanenti jippermetti lill-utent jimmarka (bookmark) l-indirizz ta' notifika bibljografika ta' dokument għal aċċess aktar mħaffef fil-futur. L-indirizz li tara fl-ispazju fejn tikteb l-indirizz tal-brawżer huwa dinamiku u m'għandux jintuża għal bookmarking.

Hemm żewġ modi sempliċi biex tuża link permanenti:

  • 1. Tista' tqiegħed il-cursor fuq il-link permanenti, imbagħad tikklikkja bil-buttuna tal-lemin u tagħżel 'Add to favourites' jew azzjoni korrispondenti.
  • 2. Tista' tikklikkja link permanenti u timmarka (bookmark) il-paġna ta' wara.

L-isem tal-bookmark ingħatalek diġà , iżda tistà tbiddlu skont il-bżonnijiet tiegħek.

Lura għall-mistoqsijiet

1.11. Fejn nista’ nsib is-sejħiet għall-offerti (akkwist pubbliku fl-Ewropa)?

Tista' ssib is-sejħiet għall-offerti fis-serje S ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hi aċċessibbli fuq il-websajt tat-TED (Tenders Electronic Daily).

Lura għall-mistoqsijiet

1.12. Kif jiġi fformat numru Celex?

In-numru Celex jidentifika b'mod uniku kull dokument f'EUR-Lex, indipendentement mill-verżjoni lingwistika.

Hu jiġi fformat kif ġej: SaaaaT(T)nnn(n)

S -- 1 numru għat-taqsima (ara hawn taħt)
aaaa --------- 4 ċifri għas-sena (ġeneralment tas-sena ta' adozzjoni)
T(T) ------------------- 1 jew 2 numri għat-tip ta' dokument (ara l-lista hawn taħt)
nnn(n) ----------------------- 4 ċifri (b'mod ġenerali) għan-numru tad-dokument.

Pereżempju d-dokument 32008R1338 hu:

  • dokument ta' taqsima 3 (leġiżlazzjoni sekondarja):
    3
    2008R1338
  • tas-sena 2008: 3
    2008
    R1338
  • regolament, tip "R": 32008
    R
    1338
  • ippubblikat fil-ĠU bin-numru 1338: 32008R
    1338

It-taqsimiet differenti

taqsima deskrittiv taqsima deskrittiv taqsima deskrittiv
1 Trattati 5 Ħidmiet preparatorji 9 Mistoqsijiet parlamentari
2 Ftehimiet internazzjonali 6 Ġurisprudenza 0 Verżjonijiet konsolidati tad-dokumenti tat-taqsima 3
3 Leġiżlazzjoni sekondarja 7 Miżuri nazzjonali ta' eżekuzzjoni E Dokumenti tal-EFTA
4 Leġiżlazzjoni komplementari 8 Ġurisprudenza nazzjonali C Dokumenti oħra pubblikati fil-ĠU C

It-tipi prinċipali ta' dokument skont it-taqsima

taqsima 3 taqsima 5 taqsima 6
L = Direttivi PK = Proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni
(dokumenti COM)
K = Konklużjonijiet tal-avukat ġenerali
R = Regolamenti DC = Dokumenti Oħra COM Ġ = Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja
D = Deċiżjonijiet SC = Dokumenti SEC O = Ordinanza tal-Qorti tal-Ġustizzja

Lista sħiħa tat-taqsimiet u tat-tipi ta' dokumenti tinsab bil-format ta' fajl HTML.

Tista' wkoll tikkonsulta dokument iktar espliċitu [PDF - 654KB] dwar in-numri CELEX, inklużi ħafna eżempji. Dan id-dokument inġabar f'Lulju 2011 u huwa disponibbli bl-Ingliż biss.

Eżempji utli oħrajn

Għat-trattati, l-aħħar ċifri jikkorrispondu man-numru tal-artiklu li jista' jkollu sa tliet numri. Pereżempju 11957E086 hu l-artiklu 86 tat-Trattat tal-Komunità Ekonomika Ewropea adottat fl-1957. Għall-verżjonijiet konsolidati tat-trattati, tintuża s-sena tal-konsolidazzjoni.

In-numri Celex tal-ftehimiet internazzjonali jużaw id-data tal-pubblikazzjoni. Pereżempju d-dokument 21986A0331(01) kien ippubblikat fil-ĠU L 86, 31/03/1986. Jekk diversi atti huma ppubblikati fl-istess jum, jinbidel biss in-numru bejn il-parentesi, pereżempju 21986A0331(02).

Għad-dokumenti tal-ġurisprudenza, in-numru Celex jiġi fformat min-numru tal-kawża attribwit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. Is-sena hi dik tal-introduzzjoni tal-kawża.

Il-korrezzjonijiet għandhom l-istess numru Celex bħall-att li jemendaw, u jispiċċaw b'R(xx) fejn xx hu n-numru tal-korrezzjoni. Pereżempju 32009L0164R(01) hi l-korrezzjoni nru 1 tad-Direttiva 32009L0164. Korrezzjoni tista' tikkonċerna lingwa waħda, diversi, jew il-lingwi kollha.

Id-dokumenti konsolidati tat-taqsima 3 għandhom l-istess numru Celex bħall-att bażiku, ħlief fit-taqsima "0" minflok "3". Dawn huma segwiti mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar att li jemendahom (ara FAQ 8.1)

Lura għall-mistoqsijiet

1.13. X'inhuma d-dokumenti COM, JOIN, SEC u SWD?

Id-dokumenti bl-identifikatur COM, JOIN, SWD jew SEC huma atti preparatorji (settur 5).

JOIN u SWD huma identifikaturi ta' dokumenti ġodda introdotti f'Jannar 2012 mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni.

Il-bidliet ma jikkonċernawx id-dokumenti adottati qabel l-2012.

Settur Awtur Deskrittur Tip ta’ dokument
5 KE PC COM Proposti u atti oħrajn adottati fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva
KE DC COM Dokumenti COM oħrajn: komunikazzjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti, white papers, green papers
KE u HR JC JOIN: Proposti konġunti, komunikazzjonijiet, rapporti, white papers u green papers adottati mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli
KE jew KE u HR SC SWD: Dokumenti ta' ħidma (valutazzjoni ta' impatt, taqsira ta' valutazzjonijiet ta' impatt, dokumenti ta' ħidma tal-istaff) tal-istaff u tal-istaff konġunt. Dokumenti ta' ħidma tal-istaff kellhom l-identifikatur SEC qabel l-2012. SEC mhux se jintuża aktar fil-ġejjieni.

KE: Il-Kummissjoni Ewropea, RU: Ir-Rappreżentant Għoli

Biex issir taf aktar dwar it-tipi ta' dokumenti u l-identifikaturi tagħhom ara t-tabella tagħna "Tipi ta' dokumenti f'EUR-Lex".

Lura lejn il-mistoqsijiet


2. Il-Kontenut tas-Sit

2.1. X'dokumenti jinstabu fil-EUR-Lex?

Il-bażi tad-dejta tkopri ħafna tipi ta' dokumenti magħmulin l-aktar mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, iżda wkoll mill-pajjiżi l-membri, EFTA, eċċ.

Il-kontenut jinqasam f'taqsimiet; 1 – Trattati, 2 – Ftehimiet internazzjonali, 3 – Leġiżlazzjoni, 4 – Leġiżlazzjoni komplementarja, 5 – Atti preparatorji, 6 – Każistika, 7 – Miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali , 8 – Referenzi għall-każistika nazzjonali li għandha x'taqsam mal-liġi tal-UE, 9 – Mistoqsijiet parlamentari, 0 – Leġiżlazzjoni konsolidata, C - Dokumenti oħra ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali serje C, E - dokumenti EFTA.

Għal ħarsa ġenerali fid-dettall mur: Tipi ta' dokumenti fil-EUR-Lex

Lura għall-mistoqsijiet

2.2. Kemm hemm dokumenti fil-EUR-Lex?

Id-database fiha dokumenti sa mill-bidu nett tal-koperazzjoni Ewropea, mill-konklużjoni tat-twaqqif tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fl-1951 u l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Euratom fl-1957 ’il quddiem. Tinkludi madwar 467 000 referenza f’diversi lingwi, b’total ta’ 2 815 000 test. Kull sena jiżdiedu medja ta’ 12 000 dokument.

Lura għall-mistoqsijiet


3. Lingwi

3.1. Id-dokumenti huma disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni?

Il-kopertura lingwistika hija akbar fl-erba' lingwi uffiċjali tal-Istati Membri fundaturi, l-Olandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u t-Taljan. Għall-ilsna l-oħra ssib traduzzjonijiet tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fiż-żmien tal-adeżjoni tat-tali pajjiż u t-testi adottati wara din id-data. B'hekk, xi wħud mit-testi, partikolarment l-eqdem, mhumiex disponibbli bl-ilsna li żdiedu waqt adeżjonijiet ta' wara: l-Ingliż u d-Daniż; il-Grieg; l-Ispanjol u l-Portugiż; il-Finlandiż u l-Iżvediż; iċ-Ċek, l-Estonjan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, is-Slovakk, is-Sloven u l-Ungeriż; u aktar riċentament il-Bulgaru u r-Rumen. Ara wkoll 3.2.

Mill-1 ta' Jannar 2007, l-Irlandiż (GA) sar wieħed mit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minħabba raġunijiet prattiċi u fuq bażi ta' tranżizzjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mhumiex obbligati li jabbozzaw, jittraduċu u jippubblikaw l-atti kollha, inklużi l-ġudizzji tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ilsien Irlandiż. Madankollu dan ma japplikax għar-Regolamenti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien. Il-mod kif taħdem-ta' din id-dispożizzjoni għandha tiġi evalwata fuq bażi regolari biex jiġi determinat jekk tkunx għadha meħtieġa.

Il-Kostituzzjoni u ċertu Trattati ġew ippubblikati bl-Irlandiż ukoll. Dawn it-testi huma disponibbli fuq is-sit fil-ġabra tat-'Trattati'..

Ara wkoll 3.2.

Lura lejn il-mistoqsijiet

3.2. Qed infittex it-testi leġiżlattivi bil-lingwi tal-Istati Membri l-ġodda. Fejn nista' nsibhom?

Il-Bulgarija u r-Rumanija (tkabbir 2007)

Dan is-sit joffri aċċess għal:

EU10 (tkabbir 2004)

Dan is-sit joffri aċċess għal:

Fuq bażi eċċezzjonali u tranżitorja, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mhumiex taħt l-obbligu li jabbozzaw l-atti kollha bl-ilsien Malti, u li jippubblikawhom b'dik il-lingwa fuq il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sa l-1 ta' Mejju 2007, ir-regolamenti biss li kienu adottati b'mod konġunt bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jeħtieġilhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali bil-Malti.

Lura lejn il-mistoqsijiet

3.3. Għaliex ċerti karattri tal-alfabett Bulgaru u/jew Rumen ma jidhrux kif suppost fil-paġna tal-kontenut tal-Ġurnal Uffiċjali jew fil-fajls tal-HTML?

Il-problema ġejja mill-fatt li dawk il-karattri huma neqsin mill-fonts stallati fil-kompjuter tiegħek. Għal verżjonijiet aġġornati ta' dawn il-fonts, jekk jogħġbok irreferi għall-paġni ta' għajnuna tas-sistema operattiva tal-kompjuter tiegħek.

Jekk il-problema xorta tibqa' ma tissolviex, nistednuk tikkuntattja lill-helpdesk tal-EUR-Lex f'dan l-indirizz:

eurlex-helpdesk@publications.europa.eu

Lura għall-mistoqsijiet

3.4. Liema dokumenti tal-UE nista' nsib bl-Irlandiż?

Mill-1 ta' Jannar 2007, l-Irlandiż (GA) sar wieħed mit-23 lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għal raġunijiet prattiċi u fuq bażi tranżitorja, l-uniċi dokumenti disponibbli bl-Irlandiż huma dawk tal-leġiżlazzjoni adottata b'mod konġunt bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dan ifisser li, b'mod ġenerali, m'hemmx edizzjoni sħiħa tal-Ġurnal Uffiċjali bl-Irlandiż. Madankollu, ċerti trattati ġew ippubblikati bl-Irlandiż. Dawn it-testi huma disponibbli fuq is-sit tagħna fil-ġabra tat-'Trattati'.

Il-ftehim prattiku attwali jiġi evalwat kull ħames snin. Se jibqa' fis-sett għall-inqas sal-aħħar tal-2016.

Għal aktar informazzjoni ara:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr 920/2005, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr 1257/2010, it-Trattati

Ara wkoll, 3.1 u 3.2.

Lura lejn il-mistoqsijiet


4. It-Tmexxija tas-Sit

4.1. Lil min nista’ ngħaddi d-diffikultajiet tiegħi?

Ara l-paġna tal-kuntatti.

Lura għall-mistoqsijiet

4.2. Min jieħu ħsiebha d-database?

Id-database jieħu ħsiebha l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jidher għan-nom ta’ l-istituzzjonijiet kollha. L-istituzzjonijiet jieħdu sehem regolari fl-iżviluppi ta’ din id-database permezz ta’ diversi kumitati u gruppi ta’ ħidma. Grupp ta’ ħidma mill-Kunsill, li fih ikun hemm jieħdu sehem delegati mill-Istati Membri jieħdu sehem ukoll, huwa regolarment infurmat dwar l-iżviluppi u l-progress tad-database.

Lura għall-mistoqsijiet

4.3. Ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa biex ikolli aċċess għas-sit?

L-aċċess għas-sit huwa interament b'xejn, imma tista' tirreġistra sabiex tagħżel il-lingwi li tippreferi; il-lingwa ewlenija tiegħek kif ukoll dawk il-linguw li bihom tixtieq tirċievi d-dokumenti li ma jkunux disponibbli fil-lingwa ewlenija tiegħek. Tista' tagħżel sa tliet lingwi u tista' wkoll tagħżel in-numru preferut ta' dokumenti li jintwerew f'kull paġna. Uża l-link bla ħlas tar- reġistrazzjoni biex tiddefenixxi jew tibdel il-profil tiegħek.

Lura lejn il-mistoqsijiet


5. LexAlert

5.1. X’inhu l-LexAlert?

LexAlert huwa servizz awtomatiku għall-avviżi ta' dokumenti ġodda mqiegħda fuq EUR-Lex.

Tista' tirċievi l-avviżi permezz ta' RSS jew email li tgħidlek li tqiegħed dokument ġdid fuq EUR-Lex f'qasam li jinteressak. Tista' tagħżel minn avviżi predefiniti jew toħloq tiegħek.

Jekk tkun tixtieq tabbona f'dan is-servizz, ibgħat email: eurlex-helpdesk@publications.europa.eu

Għal aktar tagħrif u spjegazzjoni pass b'pass dwar kif tuża s-servizz, jekk jogħġbok ara din il-preżentazzjoni:

Lura għall-mistoqsijiet


6. Links

6.1. Kif noħloq il-links għall-EUR-Lex?

Tista’ ssib struzzjonijiet preċiżi sabiex toħloq links għas-sit fil-paġna tal-għajnuna Kif toħloq links għad-dokumenti fuq il-EUR-Lex.

Lura għall-mistoqsijiet


7. Detenturi ta’ liċenzja

7.1. Nista' nerġa' nuża il-kontenut kollu tal-bażi ta' dejta EUR-Lex? Kif?

Il-liġi tal-UE minn EUR-Lex hi disponibbli wkoll b’liċenzja minn partijiet terzi. Id-detentur tal-liċenzja jista’ jagħti l-informazzjoni liċenzjata bħala prodott jew servizz.

Id-dejta hi aġġornata kuljum permezz ta’ server FTP, fil-format XML. Il-‘User ID’ u l-‘Password’ huma meħtieġa.

Vantaġġi ta’ servizz bil-liċenzja:

  • aċċess dirett għad-dejta, ipprovduta direttament mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet,
  • server (FTP) u format (XML) li jippermettu lid-detentur tal-liċenzja juża d-dejta,
  • il-konsumatur jiġi infurmat jekk tittella’ dejta ġdida: l-aġġornamenti huma disponibbli fuq bażi regolari,
  • awtorizzazzjoni awtomatika għar-riproduzzjoni tad-dejta ta’ EUR-Lex.

Il-kumpaniji li jixtiequ jsiru jafu t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ ftehim għal-liċenzja EUR-Lex jistgħu jitolbu fajl sħiħ, bit-termini u l-kundizzjonijiet, lil licences@publications.europa.eu

Lura għall-mistoqsijiet


8. Konsolidazzjoni

8.1. X'inhi l-konsolidazzjoni? X'atti legali tinkludi?

Il-konsolidazzjoni tikkonsisti fl-integrazzjoni f'att legali tal-emendi u l-corrigenda suċċessivi tiegħu. Diversi atti legali ppubblikati inizjalement u uffiċjalment f'ħarġiet differenti tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'hekk jinġabru bħala 'familja konsolidata' f'dokument wieħed li faċli jinqara fejn jista' jinstab l-istatus attwali tal-liġi tal-UE.

Jekk tiġi ppubblikata kwalunkwe corrigendum wara l-inkorporazzjoni tal-aħħar att ta' emenda, nikkonsolidawh minnufih, ħlief jekk ikun jinvolvi biss tibdila minuri. F'dan il-każ, tiġi inkluża fil-konsolidazzjoni li jmiss.

Lura lejn il-mistoqsijiet

8.2. Liema atti legali jiġu konsolidati?

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jikkonsolida regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet tal-UE. Madankollu, ma nikkonsolidawx atti legali li jkunu fis-seħħ biss għal żmien qasir. Corrigenda minuri fi ftit lingwi jiġu inklużi f'konsolidazzjoni fil-modifika li jmiss.

Lura lejn il-mistoqsijiet

8.3. Normalement meta ssir disponibbli verżjoni konsolidata ta' att legali?

Il-konsolidazzjoni ssir hekk kif jiġi modifikat att leġiżlattiv. Fuq medja, il-verżjoni konsolidata ssir disponibbli f'EUR-Lex 4 ġimgħat wara l-pubblikazzjoni ta' modifika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Lura lejn il-mistoqsijiet

8.4. Xi jfissru l-abbrevjazzjonijiet (B, M, A, C) fil-verżjonijiet konsolidati?

Dawn jindikaw it-tip tal-att:

  • B = att bażiku
  • M = modifika
  • A = Trattat ta' Adeżjoni
  • C = corrigendum

Lura lejn il-mistoqsijiet

8.5. X'inhi t-tifsira tal-intestatura ta' att konsolidat?

L-intestatura tidher hekk:

1991L0414 — MT — 01.02.2011 — 028.001 — 5

Lura lejn il-mistoqsijiet


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet